Legislature:
Category:
Reset
Active:

problemi fis-sistema tad-drenaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38466 u jgħid fejn jista' jirrikorri l-pubbliku meta jkun hemm każ ta’ problema fis-sistema tad-drenaġġ li tista' tkun kkawżata lil terzi mill-ġirien li jgħixu fuq jew inkella fil-madwar ta’ xi post ta’ persuna oħra fejn ikun qed jirriżulta li qed ikun hemm problem fl-istess sistema tad-drenaġġ possibilment anke minħabba li servizzi ta’ drenaġġ ma jkunux saru kif suppost? X’rimedji jistgħu jsiru f’każijiet bħal dawn?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Leg 11 PQ #38627 Sitting 531 2012-12-03 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Skola sekondarja tal-Mosta — facilitators

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm hemm tfal subien fl-iskola sekondarja tal-Mosta li għandhom is-servizz ta' facilitators jew li għandhom bżonn tali facilitator li iżda għad mhux qed jingħataw din l-għajnuna?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Hemm disgħa u tmenin (89) student li jattendu l-Iskola Sekondarja Subien tal-Mosta li għandhom is-servizz ta’ facilitator. Bħalissa għaddej il-proċess biex ikun ipprovdut sapport għal erba’ studenti li ġew statemented riċentement.

Street lights fit-toroq ta' Malta u Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 38425, 38117, 37812 u 37584 u jinforma l-Kamra kemm huwa n-numru ta' street lights ġewwa t-toroq ta' Malta u Għawdex separatament? Kemm hu l-konsum ta' elettriku? Kemm tiswa l-maintenance ta' dawn il-bozoz? Kemm jinbidlu bħala medja kull sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill- Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Talba għall-ħlas fuq ħsarat

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36095 u jgħid x'inhu l-proċess għat-talba tal-ħlas, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li saret lid-dipartiment ikkonċernat li jaqa' taħt il-Ministeru rispettiv? Jista' jgħid jekk il-ħlas mitlub hemmx xi possibiltà li jsir?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant li f’każijiet simili għal inċidenzi sporadiċi ma jkunx hemm allokazzjoni definita fejn jintrabtu fondi għal okkorenza indefinita u għalhekk jkunu iridu jinstabu fondi skond il-każ. Dan li mhuwiex dejjem faċli u jkun iridu jinkisbu l-approvazzjonijiet meħtieġa.
Leg 11 PQ #38662 Sitting 531 2012-12-03 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Edukazzjoni — part time cleaners li applikaw għal grad ta' messenger

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid il-għalex part-time cleaners mad-Dipartiment tal-Edukazzjoni ma tħallewx japplikaw għal grad ta' messenger skont l-avviż PAHRO no 208/2012 minħabba li ngħad lilhom li huma part-time? Tista' l-Public Service Commision tinvestiga dan il-każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Xiri ta' proprjetà tal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-Gvern se jibgħat għall-familji li ntagħżlu fix-xiri ta' proprjetà tal-Gvern l-aħħar skema biex jagħmel il-kuntratt tal-bejgħ magħhom?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi il-preparamenti meħtieġa qabel jissejħu l-applikanti li ġew allokati post taħt l-Avvi¿ 76 – ‘Darek Faċli’, inklu¿ l-proċess ta’ verifika tal-assi tagħhom, huma fl-aħħar fa¿i u għalhekk huwa mistenni li jibdew jiġu msejħa jersqu għall-konvenji bejn ix-xahar ta’ Diċembru 2012 u Jannar 2013.

Food Handler's Licence — sorvelja fuq korsijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' sorvelja hemm fuq korsijiet li jingħataw għal food handler's license?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li kull min jipprovdi l-kors irid ikun approvat mill-Kummissjoni għas-Sigurta` fl-Ikel u din l-approvazzjoni tingħata wara li jiġi sottomess kemm il-materjal li ser jintuża fil-kors kif ukoll il-curriculum vitae. Dawk li jipprovdu l-kors huma wkoll obbligati sabiex jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar il-ħin u l-post ta’ fejn qed isir kull kors sabiex jekk il-Kummissjoni għas-Sigurta` fl-Ikel jidrilha li jkun neċessarju, jsiru l-ispezzjonijiet neċessarji. Kien hemm drabi fejn ġew innutati irregolaritajiet u ġiet meħuda azzjoni saħansitra kien hemm min ġie sospiż milli jipprovdi dawn il-korsijiet. Ninsab infurmat ukoll li fil-ġimgħat li ġejjin ser titħabbar emenda għall-Avviż Legali 178/2001 liema emenda ser tibdel ir-responsabbilita` tal-eżami minn fuq min jipprovdi l-kors għal fuq il-Kummissjoni għas-Sigurta` fl-Ikel liema emenda hija mportanti sabiex tiġi eliminata l-possibilita` ta’ irregolorajiet li kien hemm fil-passat kif ukoll sabiex ikun hemm aktar uniformita`.

livell tat-tniġġis

Question

Jista' l-Ministrru jagħti rendikont tal-livell tat-tniġġis madwar l-ibħra Maltin minn Jannar sa Ottubru 2012 xahar b'xahar?

Response (MARCO, MARIO DE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-MEPA għandha l-obbligu li tasseseja l-istat ta' l-ilma tal-kosta minn aspett ekoloġiku, kimiku kif ukoll ta' traċċi ta' iżotopi radjattivi (ionizing radjation) fl-ambjent. Bħala parti mill-obbligu tal-implimentazzjoni tal-Water Framework Directive (WFD) 2000/60/EC il-MEPA qegħda twettaq programm ta' monitoraġġ ta' diversi parametri ta' l-istat ta' l-ilma tal-kosta minn aspett ekoloġiku u kimiku fl-ambjent tal-ilma. Dan ilu jseħħ minn Mejju tal-2012, fejn il-monitoraġġ se jkompli sejjer sa' Mejju 2013. Il-riżultati tal-analiżi li saru s'issa qed jiġu assessjati bħala parti minn dan il-programm. Hu maħsub li r-riżultati finali jiġu rrapportati s-sena d-dieħla hekk kif intqal fir-risposta għall-mistoqsija Parlamentari Numru 36159. Il-MEPA hija obbligata wkoll li twettaq moniteraġġ fuq traċċi ta' iżotopi radjattivi fl-ambjent (ionizing radjation in the environment) skont il-Euratom Treaty 2000/473 u jkopri ukoll analżi fuq kampjuni tal-ilma baħar. Dan il-programm, imsejjaħ 'National Environment Radioactivity Surveillance Plan (NERSP) for Malta' beda jitwettaq mill-2009 u għadu għaddej. Il-Pjan irrekjedi li jittieħdu kampjuni għall-analiżi kull tlett xhur. Ir-riżultati ta' l-ewwel tlett xhur ta' din is-sena juru li Malta m'għandiex livelli inkwinanti ta' traċċi ta' iżotopi radjattivi. Il-livell ta' 'Caesium 137' kien ta' 1.87 mBq/l (milli Becquerel per litre) u ta' 'Potassium 40' kien ta' 13.85 Bq/l. Ir-riżultati tal-kampjuni li ittieħdu minn April sa' Ottubru qegħdin fil-proċess ta' analiżi. Ir-riżultati ta' sena sħiħa ta' analiżi jiġu sottometti lir-'Radiation Protection Board' li jinforma lill-'Joint Resources Centre', l-entita li responsabbli mir-rapport annwali.

Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — materjal informattiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi spejjeż ta' materjal informattiv bħal billboards, flyers, materjal printjat, fuljetti u reklami oħrajn fil-ġurnali u fil-mezzi tax-xandir għamel il-ministeru tiegħu matul ix-xhur minn Jannar sa Ottubru 2012?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.

Ministeru għat-Turiżmu l-Ambjent u l-Kultura — materjal informattiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi spejjeż ta' materjal informattiv bħal billboards, flyers, materjal printjat, fuljetti u reklami oħrajn fil-ġurnali u fil-mezzi tax-xandir għamel il-ministeru tiegħu matul ix-xhur minn Jannar sa Ottubru 2012?

Response (MARCO, MARIO DE)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — materjal informattiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi spejjeż ta' materjal informattiv bħal billboards, flyers, materjal printjat, fuljetti u reklami oħrajn fil-ġurnali u fil-mezzi tax-xandir għamel il-ministeru tiegħu matul ix-xhur minn Jannar sa Ottubru 2012?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — materjal informattiv

Question

Jista' l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid xi spejjeż ta' materjal informattiv bħal billboards, flyers, materjal printjat, fuljetti u reklami oħrajn fil-ġurnali u fil-mezzi tax-xandir għamel il-ministeru tiegħu matul ix-xhur minn Jannar sa Ottubru 2012?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ispejjeż ta' materjal informattiv fil-ġurnali , materjal printjat u reklami li għamel il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, minn Jannar sa Ottubru 2012 huma € 52,537. Ta' min isemmi wkoll li €50,069 oħra ġew imħallsa lura lill-Ministeru taħt l-External Border Funds.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — materjal informattiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi spejjeż ta' materjal informattiv bħal billboards, flyers, materjal printjat, fuljetti u reklami oħrajn fil-ġurnali u fil-mezzi tax-xandir għamel il-ministeru tiegħu matul ix-xhur minn Jannar sa Ottubru 2012?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f' seduta oħra.
Leg 11 PQ #38373 Sitting 530 2012-11-28 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Intern

Faċilità Korrettiva ta' Kordin — karozzi użati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm karozzi mal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin? X'inhuma n-numri tar-reġistrazzjoni ta' dawn il-karozzi? Kemm minn dawn il-karozzi huma monitored bis-sistema tad-Datatrak u kemm mhumiex hekk monitored? Liema huma dawk il-vetturi li għandhom d-Datatrak?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li fid-Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi li jinkludi wkoll il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin hemm 19 (dsatax)-il vettura. Tlieta minn dawn il-vetturi huma monitored bis-sistema tad-Datatrak iżda għal raġunijiet ta’sigurtà mhux qed jiġu identifikati.

Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozi Żgħar u Konsumatur — direct orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders (x'kienet id-direct order, kemm swiet u lil min ingħatat) f'dawn l-aħħar tliet xhur u jagħti d-dettalji relattivi?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #38393 Sitting 530 2012-11-28 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — direct orders

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ingħataw direct orders (x'kienet id-direct order, kemm swiet u lil min ingħatat) f'dawn l-aħħar tliet xhur u tagħti d-dettalji relattivi?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li f'dawn l-aħħar tliet xhur ingħatat direct order waħda, li d-dettalji tagħha qed jingħataw fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol — direct order

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ingħataw direct orders (x'kienet id-direct order, kemm swiet u lil min ingħatat) f'dawn l-aħħar tliet xhur u tagħti d-dettalji relattivi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

qtugħ tal-provvista tal-elettriku

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37658, 36979 u 37257 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-investigazzjoni interna tal-Korporazzjoni Enemalta, tal-investigazzjoni tal-Pulizija u tal-inkjesta Maġisterjali b’rabta mal-qtugħ ta’ dawl estensiv tat-18 ta' Novembru, 2009? Jista' l-Ministru jagħmel stqarrija ċara u kategorika jekk abbażi ta’ dawn l-investigazzjonijiet il-qtugh tad-dawl kienx dovut għal każ ta’ sabutaġġ jew le?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Casino Dragonara — ftehim

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentar 36980 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim li intlaħaq mal-operaturi privati tal-Casino Dragonara dwar dan l-istess casino?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.