Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #36023 Sitting 496 2012-07-02 Oral · Final From: JOE DEBONO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Website tal-Forzi Armata ta' Malta

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex is-sit uffiċjali tal-Forzi Armata ta' Malta (http://www.afm.gov.mt) hija biss bil-lingwa ingliża u mhux aċċessibli bil-lingwa Maltija, minkejja li l-lingwa Maltija mhux biss hija lingwa uffiċjali ta' pajjiżna kif rikonoxxuta mill-Kostituzzjoni ta' Malta iżda hija saħansitra rikonoxxuta ukoll bħala lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab persważ li l-Onorevoli Interpellant japprezza li l-bini ta’ website professjonali jirrikjedi sforz kollettiv minn dawk kollha involuti sabiex iwassal il-messaġġ tal-organizzazzjoni kkonċernata mal-akbar udjenza possibbli. Kien għal dan il-għan li l-Armata ħadet id-deċiżjoni li l-ewwel fażi tal-website tkun bl-Ingliż sabiex is-sit ikun aċċessibbli internazzjonalment u ma jkunx limitat biss għal dawk li jitkellmu bil-Malti. It-tnedija tal-website tal-FAM hija ħolqa f’katina li l-għan aħħari tagħha huwa li jipproġetta x-xogħol tal-armata. Hu ppjanat li l-quddiem is-sit ikollha l-verżjoni Maltija.

Persuni b'diżabilità — faċilitajiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kapaċità għandhom dawn il-faċilitajiet li hawn eżistenti li joffru sapport lill-persuni b'diżabilità biex jibdew jgħixu fihom u jibqgħu jgħixu fil-komunità?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — entitajiet tal-internal audit

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li preżentament għandhom funzjoni ta' internal audit? Jista' jgħid liema minn dawn l-entitajiet irrikorrew għas-servizz ta' ditti tal-awdituri biex jingħatalhom dan is-servizz? F'kull każ, jista' jgħid: a) liema ditta tal-awdituri ġiet mqabbda; b) kemm qed tiġi mħallsa kull sena tal-funzjoni tal-internal audit; ċ) f'kull każ, min huma l-awdituri esterni u jekk l-awdituri interni humiex l-istess ditta? F'każ li l-istess, kemm qed jitħallsu tal-funzjoni tal-awditjar estern; d) kemm huwa t-turnover tal-entità li taqa' taħt il-Ministeru; u e) kemm għandha impjegati l-entità?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ninsab infurmat illi l-MCCAA għandha awditur intern li huwa uffiċjal tal-istess awtorità kif titlob il-liġi u għalhekk ma tużax ditti ta’ awdituri esterni. Tajjeb ukoll li nfakkru lill-Onor. Interpellant, illi d-Dipartimenti u l-entitajiet, b’mod partikolari fejn ma hemmx “Internal Audit”, ad hoc jagħmlu użu mill-Internal Audit and Investigations Department.

Ministeru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja — entitajiet tal-internal audit

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li preżentament għandhom funzjoni ta' internal audit? Jista' jgħid liema minn dawn l-entitajiet irrikorrew għas-servizz ta' ditti tal-awdituri biex jingħatalhom dan is-servizz? F'kull każ, jista' jgħid: a) liema ditta tal-awdituri ġiet mqabbda; b) kemm qed tiġi mħallsa kull sena tal-funzjoni tal-internal audit; ċ) f'kull każ, min huma l-awdituri esterni u jekk l-awdituri interni humiex l-istess ditta? F'każ li l-istess, kemm qed jitħallsu tal-funzjoni tal-awditjar estern; d) kemm huwa t-turnover tal-entità li taqa' taħt il-Ministeru; u e) kemm għandha impjegati l-entità?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-Dipartimenti u l-entitajiet li jaqghu tahti, b’mod partikolari fejn ma hemmx ‘Internal Audit’ ad hoc jaghmlu uzu mill-‘Internal Audit and Investiagtions Department’. Manadankollu, is-segwenti hija l-informazzjoni ghall-2011 minn entitajiet li ghamlu uzu minn awdituri esterni skond kif imnizzel; - Kummissjoni Nazzjonali ghal Promozzjoni tal-Ugwaljanza; Awditur estern li thallas €826. It-turnover tal-NCPE kien ta’ €230,000 u bhalissa timpjega 15-il persuna. - Fondazzjoni ghas-Servizzi ghall-Harsien Socjali; Awditur Estern li thallas €6,685. Il-Fondazzjoni ma kelliex turnover imma subventions ta’ €12,902,417 u timpjega 679 persuna. - Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Dizabilta’; Awditur estern li thallas €1,230. it-turnover kien ta’ €670,000 u timpjega 22 persuna fuq bazi full-time u 4 persuni part-time.
Leg 11 PQ #35532 Sitting 495 2012-06-27 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol — entitajiet tal-internal audit

Question

Tista' l-Ministru tgħid liema huma dawk l-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha li preżentament għandhom funzjoni ta' internal auditTista' tgħid liema minn dawn l-entitajiet irrikorrew għas-servizz ta' ditti tal-awdituri biex jingħatalhom dan is-servizz? F'kull każ, tista' tgħid: a) liema ditta tal-awdituri ġiet mqabbda; b) kemm qed tiġi mħallsa kull sena tal-funzjoni tal-internal audit; ċ) f'kull każ, min huma l-awdituri esterni u jekk l-awdituri interni humiex l-istess ditta? F'każ li l-istess, kemm qed jitħallsu tal-funzjoni tal-awditjar estern; d) kemm huwa t-turnover tal-entità li taqa' taħt il-Ministeru; u e) kemm għandha impjegati l-entità?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Tajjeb ukoll infakkru lill-Onor. Interpellant, illi d-Dipartimenti u l-entitajiet, b’mod partikolari fejn ma hemmx ‘ Internal Audit’ ad hoc jagħmlu użu mill-‘ Internal Audit and Investigations Department ’.
Leg 11 PQ #35533 Sitting 495 2012-06-27 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — entitajiet tal-internal audit

Question

Tista' l-Ministru tgħid liema huma dawk l-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha li preżentament għandhom funzjoni ta' internal auditTista' tgħid liema minn dawn l-entitajiet irrikorrew għas-servizz ta' ditti tal-awdituri biex jingħatalhom dan is-servizz? F'kull każ, tista' tgħid: a) liema ditta tal-awdituri ġiet mqabbda; b) kemm qed tiġi mħallsa kull sena tal-funzjoni tal-internal audit; ċ) f'kull każ, min huma l-awdituri esterni u jekk l-awdituri interni humiex l-istess ditta? F'każ li l-istess, kemm qed jitħallsu tal-funzjoni tal-awditjar estern; d) kemm huwa t-turnover tal-entità li taqa' taħt il-Ministeru; u e) kemm għandha impjegati l-entità?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li ma hemm ebda entità jew awtorità taħt id-dekasteru tal-Ministeru li preżentament għandha funzjoni ta' 'Internal Audit'. Tajjeb ukoll li nfakkru lill-Onorevoli Interpellant, illi d-Dipartimenti u l-entitajiet, b'mod partikolari fejn ma hemmx 'Internal Audit' ad hoc, jagħmlu użu mill-Internal Audit and Investigations Department'.

Skema tal-Amnestija — penali u multi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-iskema tal-amnestija li kienet saret biex tnaqqas il-penali u l-multi ta' dawk li jonqsu milli jħallsu t-taxxa għadhiex fis-seħħ?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għall-iskema li kien hemm dwar ħlassijiet pendenti tal-Income Tax, ninfurmah li din l-iskema hija magħluqa. Ninsab infurmat ukoll li l-iskema għat-tnaqqis ta’ penali amministrattivi u imgħax li hi dwar il-liġi tal-VAT għadha fis-seħħ peress li ġiet estiża sal-31 ta’ Lulju 2012.
Leg 11 PQ #35550 Sitting 495 2012-06-27 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kumpanija tal-ivjaġġar użata mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid ma' liema kumpanija tal-ivjaġġar jibbukja l-vjaġġi tiegħu l-Uffiċċju tal-Prim Ministru? B'liema mod intgħażlet din il-kumpanija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

kura minħabba l-kanċer tat-thyroid

Question

Jista' l-Minstru jgħid għandux ħsieb li jagħmel ftehim ma' xi klinika privata kemm f'Malta jew barra minn Malta biex pazjenti li qegħdin jistennew biex jieħdu l-kura minħabba l-kanċer tat-thyroid ikunu jistgħu jagħmlu dan ġewwa klinika privata minħabba li ż-żmien biex tistenna ħalli tingħata din il-kura ġewwa l-Isptar Boffa jidher li twal?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li qed isiru arranġamenti sabiex pazjenti li għandhom bżonn din it-tip ta’ kura għall-kanċer tat-thyroid, din tkun tista’ tingħata minn barra minn Malta. Infurmat wkoll li beda l-ippjanar għal xogħol fl-isptar Sir Paul Boffa sabiex in-numru ta’ pazjenti li jkunu jistgħu jirċievu l-kura fil-ġimgħa jiżdied minn wieħed għal-erba’ pazjenti fil-gimgħa. Hu mistenni li x-xogħol jitlesta sa’ nofs Settembru 2012.

servizzi tal-first aid u tal-ambunanzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif se jiġu mmaniġjati s-servizzi tal-first aid u tal-ambunanzi minn u lejn xtut fil-periferiji tal-gżira bħal Marsaxlokk, Birżebbuġa, l-Għadira, Little Armier eċċ.?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li d-Dipartiment tal-Emerġenza ma jipprovdix servizzi ta’ First Aid. Id-Dipartiment jipprovdi servizz ta’ ambulanza lil kull lokalita’ f’Malta inklużi ix-xtut li qed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant. Dan is-servizz huwa pprovdut miċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta lejn it-tramuntana ta’ Malta kuljum bejn is-7am u s-7pm. Wara dawn il-ħinijiet u lejn il-bqija ta’ Malta s-servizz huwa ipprovdut mill-Isptar Mater Dei. Sejħiet għall-ambulanzi għall-każijiet urġenti u serji, ikunu akkumpanjati min-nurses tal-Emerġenza li għandhom il-kompetenza li jagħtu Basic Life Support u jużaw l-Automated External Defibrillator.

servizz ta' helicopter ambulanza

Question

Jista' l-Minstru jgħid jekk għandux pjanijiet biex ikun hemm helicopter ambulanza li jibda jinżel u jwassal pazjenti minn u lejn l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex u minn Malta għall-Malta peress li meta wieħed jieħu in konsiderazzjoni t-traffiku dejjem jiżdied u li l-ħin li bih jitwassal pazjent permezz tal-helicopter jista' jkun inqas?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li ma hemm l-ebda pjan sabiex jibda jintuża helicopter ambulanza. Madanakollu f’kull każ ta’ emerġenza li jirrikjedi servizz urġenti ta’ helicopter tal-Forzi Armati Maltin, dan jintbghat fuq il-post, fejn ikun possibli.

anzjani li ma ngħatawx il-bonus

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani li għandhom 'il fuq minn 80 sena u li sal-aħħar ta' Mejju 2012 kien għadhom ma ngħatawx il-bonus ta' €300 li ngħata mal-budget ta' din is-sena għall-anzjani ta' 'l fuq minn 80 sena?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onor interpellant li sal-11 ta’ Mejju 2012 kien hemm madwar 80 anzjan li applikaw u li għadhom ma ngħatawx l-għotja tat-€300. Il-proċess biex dan il-ħlas isir ser isir fil-jiem li ġejjin.

servizz ta' night shelters

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn postijiet f'Malta u Għawdex li joffru night shelters għall-anzjani u kemm huwa n-numru ta' anzjani li jistgħu jagħmlu użu minn dan is-servizz?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-postijiet f`Malta li joffru night shelters għall-anzjani u n-numru ta` anzjani li jistgħu jagħmlu uzu minn dan is-servizz huma dawn: Lokalita` Numru ta` Sodod Zejtun 8 Mellieħa 8 SVPR, Luqa* 8 *Huwa mistenni li r-Residenza San Vinċenz de Paule se tibda tagħti dan is-servizz fil-jiem li ġejjin.

feasability study dwar irmiġġi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35272 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-feasibility study u l-environmental impact assessment li għamlet l-ECORYS BV dwar il-bini ta’ rmiġġ/i fuq in-naħa ta’ barra tal-breakwater prinċipali fil-Port tal-Imġarr, Għawdex biex jintużaw bħala cruise berths? Jista’ jgħid jekk l-Environmental Impact Assessment tlestiex?

Response (GATT, AUSTIN)

Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-parti tal-feasibility study li tikkonċerna il-proġett dwar il-bini ta’ rmiġġ għall-cruise liners fuq in-naħa ta’ barra tal-breakwater prinċipali fil-Port tal-Imġarr. Dan sar abbażi tal-ewwel stimi tax-xogħol u għalhekk għandu jitqies bħala indikazzjoni preliminarja tant li stimi oħra diġa jindikaw spiża ħafna aktar għolja. Qiegħed inpoġġi wkoll fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-Appropriate Assessment li sar fuq talba tal-MEPA bħala parti mill-proċess tal-EIA, liema proċess kif ukoll rapport tal-EIA jiġu konklużi wara li l-MEPA tiddiċiedi fuq l-eżodu tal-imsemmi Appropriate Assessment.

fast service bil-baħar bejn Malta u Għawdex

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 35270 dwar fast service bil-baħar bejn Malta u Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid min għamel il-proposta lill-Gozo Channel? Meta saret il-proposta? Jista’ jpoġġi kopja tal-proposta fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista’ jgħid meta se tkun konkluża l-evalwazzjoni ta’ din l-proposta?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi il-proposta saret mill-Grupp Universitarji Għawdxin bħala parti minn Survey li għamlet hi stess fost l-istudenti Għawdxin. Il-proposta tressqet waqt diskussjoni tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali nhar it-22 ta’ Mejju 2012. Kopja tal-proposta diġa qegħda f’idejn il-Kamra tar-rappreżentanti u tista tinġabar mingħand l-Editing Section. Nifhem li l-kumitat qed jikkunsidra li jħejji rapport tekniku dwar il-vijabbilità tagħha. L-Informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

fast service bil-baħar bejn Malta u Għawdex

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 35270, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-proposti li għandha l-Gozo Channel u li qed jiġu evalwati? Minn min saru dawn il-proposti u meta saru? Jista’ jpoġġi kopja ta’ dawn il-proposti fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista’ jgħid meta se tkun konkluża l-evalwazzjoni ta’ kull waħda mid-diversi proposti li rrefera għalihom l-Ministru?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari nru 35745.
Leg 11 PQ #35747 Sitting 495 2012-06-27 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — xogħol u titjib tal-ħiliet tar-riżorsi umani

Question

B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 28493, 29391, 29802, 34768 u 35207 dwar ir-rapport li ġie kkumissjonat biex janalizza s-sitwazzjoni preżenti u jagħti pariri dwar strateġija marbuta mal-ħolqien tax-xogħol u t-titjib tal-ħiliet tar-riżorsi umani f'Għawdex, tista' l-Ministru tgħid ma’ min saru l-konsultazzjonijiet s’issa? Kemm damu sejrin il-konsultazzjonijiet f’kull każ? Ma’ min ġew konklużi l-konsultazzjonijiet s’issa? Meta mistenni li jiġu konklużi dawk il-konsultazzjonijiet li bdew u għadhom ma nagħlqux? Ma’ min jonqos isiru l-konsultazzjonijiet? Meta mistenni li jibdew u jitlestew?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f'dan l-istadju m'għandi xejn x'inżid mat-tweġibiet għall-mistoqsijiet imsemmija.

Public Service Obligation — kumpanija Gozo Channel

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 34503 u 35020 u jgħid kemm intnefqu flus kull sena mill-2004 ‘l hawn fuq il-Public Service Obligation li l-gvern għandu mal-kumpanija Gozo Channel? Kemm hu mistenni li jintnefqu din is-sena? Jista’ jagħti dan it-tagħrif skont liema passiġġieri u servizzi huma koperti b’dan il-Public Service Obligation?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #35749 Sitting 495 2012-06-27 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

żjartat barra minn Malta

Question

Tista' l-Ministru tagħti breakdown tal-ispiża kollha ta’ kull żjara li saret barra minn Malta minn uffiċċjali tal-ministeru tagħha mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-aħħar ta’ Mejju 2012? Tista’ tpoġġi kopja tad-dikjarazzjonijiet/formali kollha li saru dwar kull żjara?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2011 sal-aħħar ta' April 2012 diġà ngħatat fil-Mistoqsija Parlamentari Numru 35203. Ninsab infurmata wkoll li ma saret l-ebda safra minn uffiċċjali tal-Ministeru fix-xahar ta' Mejju 2012.

Xatt ta' Bormla — spejjez addizzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk bdewx il-proċeduri biex il-kuntrattur li kien qed jaħdem fil-proġett tax-Xatt ta' Bormla, jiġi mħarrek fil-Qorti għall-ispejjeż addizzjonali?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat illli l-kuntrattur talab illi l-kwistjoni tmur arbitraġġ waqt illi l-Avukat Ġenerali ppropona illi l-ewwel isir tentattiv biex tinstab soluzzjoni amikevoli u fil-preżent qed isiru diskussjonijiet bejn il-partijiet biex tipprova tinstab din is-soluzzjoni.