Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #35953 Sitting 496 2012-07-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Intern

inċident fejn individwu waqa' mis-sur

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk xi ħadd fil-Korp tal-Pulizija jew xi taqsima bħal Internal Affairs Unit għamel/għamlet inkjesta interna dwar l-inċident li fih l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament waqa' tliet sulari mis-sur għal isfel fin-naħa ta' wara tad-depot tal-pulizija nhar id-9 ta' April 2008? Jekk iva jista' jpoġġi kopja tar-rapport ta' inkjesta interna fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi, wara li kienu saru allegazzjonijiet ta’ swat mill-persuna indikata mill-Onorevoli Interpellant, waqt li kien arrestat fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, kienet saret investigazzjoni interna dwar il-ħin li l-imsemmi persuna kien miżmum fil-lock up fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija. Minħabba l-kontenut sensittiv ta’ dan ir-rapport, ma jidhirlix li għandi nagħmlu pubbliku, u dan fl-interess tal-persuna innoċenti.

Applikazzjoni għall-għajnuna

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta t-tifel lid-dettalji dwaru qed jingħataw separatament se jingħata l-għajnuna meħtieġa għax lill-ġenituri qalulhom li hemm stennija ta' sena qabel jagħtuhom risposta x'tip ta' għajnuna se jingħata?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-iSatementing Moderating Panel għadu ma rċeviex applikazzjoni għan-nom ta’ dan it-tifel. Skont l-iskola din se tintbagħat fil-jiem li ġejjin. Dan it-tifel m'għandu l-ebda diżabilità u diġà qed jibbenefika mis-support ta’ żewġ learning support assistants li qegħdin fil-klassi.

Learning Support Assistants

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm tfal bħalissa qed jistennew li jingħataw risposta wara li applikaw għal-Learning Support Assistant jew shared Learning Support Assistant minħabba: a) xi diżabilità li għandhom; u b) minħabba xi learning difficulty? Meta hu maħsub li jingħataw l-għajnuna meħtieġa?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Sa l-aħħar ta’ Mejju kien hemm 443 każ pendenti quddiem l-Istatementing Moderating Panel. Minn dawn ma hemm l-ebda każ ta’ diżabilità għaliex il-panel jagħti dejjem priorita’ lil dawn it-tip ta’ każijiet u l-ġenituri qed jingħataw appuntament appena tidħol l-applikazzjoni. Li hemm pendenti huma kollha każijiet ta’ learning difficulty li ma jidħlux taħt ir-remit tal-Istatementing Moderating Panel. Madanakollu jingħataw appuntament skont il-lista tar-reġistrazzjoni u skont id-diffikultajiet li jkollhom. Ħafna minn dawn it-tfal diġà qed jibbenefikaw mis-support li diġà hemm fil-klassi u minn servizzi oħra.

Supply ta' Learning Support Assistants

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għax-xogħol ta' supply Learning Support Assistant? Kemm minnhom se jiġu assunti sal-aħħar tas-sena 2012?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Bħalissa, hemm 169 applikazzjoni pendenti għax-xoghol minn supply learning support assistants biex jiġu impjegati. Qabel ma jkun konkluż l-eżerċizzju tal-klassifikazzjoni għas-sena skolastika segwenti li jinvolvi trasferimenti rikjesti minn LSAs, ċaqliq biex jimtlew vakanzi kkawzati minn nuqqasijiet minn LSAs li huma żejda u biex ikomplu jiġu assenjati LSAs ma’ tfal li għadhom fil-proċess ta’ statementing, ma nkunux f’pożizzjoni li nindikaw kemm minnhom se jiġu assunti sal-aħħar tas-sena 2012.

San Ġwann — inħawi ta' Taż-Żewjt - irwejjaħ ta' gassijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed iwassal biex ikun hemm riħa qawwija ta' gassijiet fl-inħawi ta Taż-Żwejt, San Ġwann, fid-dawl ta' għadd ta' lmenti li waslu mir-residenti?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jindika x’tip ta’ irwejjaħ qiegħed jirreferi għalihom biex qiegħed jassoċja din ir-riħa mal-operat ta’ dan il-Ministeru,jew entitajiet li jaqgħu taħtu.

Mediċina Aclasta

Question

Peress li hemm diversi persuni fosthom anzjani li qed jiġu preskritti l-Aclasta 5mg, peress li din tiswa €568.12 u allura ma jistgħux iħallsu għaliha, jista' l-Ministru jgħid għaliex il-gvern mhux qed jgħin lil dawn in-nies peress li dawn għaddejjin minn tbatija kbira u ma jifilħux iħallsu għal din il-mediċina?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-mediċina li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant tinstab fil-Formularju tal-Gvern u skont il-protokoll tal-Gvern l-użu qiegħed ristrett għal minn għandu l-marda ta’ Paget kif ukoll għal dawk il-pazjenti li għandhom osteoporożi minħabba li ħadu kura ta’ sterojdi fit-tul għal waħda mill- kundizzjonijet kroniċi ta’ Skeda V tal-liġi tal-Att tas-Sigurta’ Soċjali. Il-lista ta’ kundizzjonijet kroniċi ta’ Skeda V ġiet emendata uffiċjalment fis-27 ta’ Marzu 2012 kif ġie stabilit fl-avviż legali 81 tal-2012. L-osteoporożi fin-nisa wara l-menopawsa mhijiex waħda mill-kundizzjonijiet kroniċi ta’ Skeda V tal-Att tas-Sigurtà Soċjali li għalihom tingħata kura b’xejn.

Riabilitazzjoni ta' widien f'Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-widien f'Malta li se jiġu riabilitati matul dan l-istaġun tas-sajf? Kemm hija s-somma vvutata għal dawn ix-xogħlijiet wied f'wied?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab informat li skont il-pjan imfassal, d-dipartiment ppjana li jsir xoghol ta’ tindif u riabilitazzjoni fuq numru ta’ widien, fosthom partijiet minn Wied Mofru, Wied il-Luq, Wied tal-Isqof, Wied Baqqiegħa, Wied San Anton, Wied tal-Fiddien, Wied Ġebel Għomor, Wied Rmiedi, Wied Inċita u Wied Liemu. Il-flus għal dawn ix-xogħolijiet jittieħdu mill-vot ċentrali wieħed allokat għal ‘Upgrading of Existing Stormwater Systems’.

Sussidju lill-Arriva

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hiuja ċ-ċifra ta' flus li diġà tħallset f'sussidju lill-Arriva skont il-kuntratt bejn il-gvern u l-kumpanija in kwestjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat illi minn Lulju 2011 sa Mejju 2012, il-kumpanija Arriva tħallset is-somma ta' €7,539,583.35 f'sussidju.
Leg 11 PQ #35964 Sitting 496 2012-07-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Intern

pedestrians li ttajru minn vetturi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew irrapurtati każijiet ta' pedestrians li ttajru minn vetturi matul din is-sena? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-istess perjodu għall-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel ħames xhur ta’ din is-sena ġew irrapurtati lill-Pulizija li kien hemm 97 persuna li ttajru minn vetturi. Infurmat ukoll illi matul l-istess perjodu fil-ħames snin ta’ qabel kien hemm: 2007 2008 2009 2010 2011 97 68 59 75 75

Belt — kiri tal-Ġnien ta' Hastings u l-Barrakka t'isfel - Lista tal-kontribuzzjoni

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 35172, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi il-kontribuzzjoni li saret għal kull kirja li ġiet elenkata fid-dokument impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra bħala parti mill-istess risposta tal-mistoqsija parlamentari 35772?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Belt — kiri tas-Saluting Battery

Question

B'referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 34533 u 35174, jista' l-Ministru jgħid jekk il-kiri tas-Saluting Battery u proprjetajiet oħra li qegħdin f'idejn Fondazzjoni Wirt Artna tħalliex esklussivament f'idejn il-kumpaniji Island Caterers Lrd, kif intqal fir-risposta 34533 jew jekk hux qed isir mill-istess fondazzjoni kif intqal fir-risposta 35774? Fi kwalunkwe każ, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-kamra lista ta' attivitajiet li saru fil-proprjetajiet tal-gvern li qegħdin f'idejn Fondazzjoni Wirt Artna f'dawn l-aħħar erba' snin, lil min ingħata l-permess biex jagħmel l-attività u kemm tħallas flus għal kull permess li ngħata?

Response (DEMARCO, MARIO)

Kif diġa’ ntqal qabel fir-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 34533 u 35174 il-Fondazzjoni Wirt Artna hija organizazzjoni mhux governattiva rreġistrata’ u għaldaqstant l-informazzjoni mitluba ma’ tistax tingħata.

Kapijiet tas-Skejjel tal-Knisja

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 33280, tista' l-Ministru tgħid kemm mis-16-il kap lajk li hemm fl-iskejjel tal-knisja qiegħed jaħdem fil-livell primarju, sekondarju u post-sekondarju?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sewage Treatment Plant tax-Xgħajra

Question

Issa li beda jaħdem is-Sewage Treatment Plant tax-Xgħajra, jista' l-Ministru jgħid jekk l-impjant ta' Sant' Antnin twaqqafx milli jopera? Jekk fin-negattiv, u huwa fil-ħsieb li jitwaqqaf, meta hu pjannat li jsir dan? Hemm xi data iffisata sa meta dan l-impjant irid jiġi żarmat u mneħħi?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-impjant ta’ Sant’ Antnin għadu jopera minkejja li beda jaħdem l-impjant f’ Ta’ Barkat. Dan sabiex inkomplu nipprovdu ilma għat-tisqija. Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għalhekk żammet dan l-impjant jopera għalkemm il-kwalita’ mill-latt ta’ mluħa mhuwiex sodisfaċenti. Dan l-impjant ser jibqa jitħaddem sakemm il-proġett tat-tieni fażi ta’ trattament li għandha twassal għat-tneħħija ta’ mluħa żejda jkun lest. Il-proposta tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qeda quddiem il-MEPA kif ukoll qed tiġi ikkunsidrata għall-fondi mill-Unjoni Ewropea. Waqt dan il-perjodu l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qed tieħu l-opportunita’ biex ittaffi permezz ta’ Sant’ Antnin l-impatt ta’ skart mhux domestiku liema impatt joħloq pressjoni fuq l-operat ta’ l-impjanti tat-tisfija tad-drenaġġ domestiku.

Ta' Qali Local Plan

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-draft Ta' Qali Local Plan li ġie ppublikat ftit taż-żmien ilu?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kopja ta' dan d-dokument jinsab fuq il-website tal-MEPA taħt http://www.mepa.org.mt/LpDocumentDetails?syskey=1437

MEPA — construction site management regulations

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu taħrikiet skont parti IV tal-Avviż Legali 295/07 kontra ksur tar-regolamenti dwar l-immaniġjar ambjentali tas-siti tal-kostruzzjoni kif jingħad f'mistoqsija parlamentari 35802?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li bejn 1 ta’ Jannar u l-15 ta’ Ġunju ta’ din is-sena saru madwar 341 spezzjonijiet fejn 157 minnhom irriżulta li kienu spezzjonijiet li saru darba peress li fejn kien hemm problemi s-sitwazzjoni rranġat mill-ewwel. Skont il-ħtieġa jsir il-follow-up meħtieġ biex jkun eliminat kull inkonvenjent lill-terzi u ma kien hemmx każijiet rappurtati fejn inħass li kien hemm ħtieġa ta’ passi ulterjuri. Mingħajr ma jkun eskluż li jittieħu l-passi legali fejn u meta deliberatament ma tkunx qieghda tkun seġwita l-liġi, huwa wkoll l-każ li l-operaturi jiġu edukati fil-ħarsien strett tal-parametri tal-liġi.

barrieri li ġew mirduma

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 35801, 35675, 35387 u 35166 u jgħid liema huma dawk il-barrieri li s-sidien tagħhom radmuhom mingħajr l-permessi meħtieġa? X'azzjoni qiegħda tieħu l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kontra s-sidien kkonċernati?

Response (DEMARCO, MARIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ticket boots fl-area tal-Viset — cruiseliners

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35668 u 35498 u jgħid hekk il-boots li minnhom ibiegħu t-tickets għall-buses li jinsabu fl-area tal-Viset fejn jorbtu l-cruiseliners għandhomx il-permessi meħtieġa mill-awtoritajiet ikkonċernati fosthom tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Jekk fl-affermattiv, jista' jpoġġi kopja tal-permessi fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (DEMARCO, MARIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 35668.