Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — nefqa fuq safar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija 33409 u jgħid kemm kienet in-nefqa globalment għal kull safra separata (inkluż flights, subsistence allowance u accomodation) li fiha kien involut il-Ministru u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari inkluż l-uffiċjali li marru magħhom? Fejn kienet id-destinazzjoni u minn akkumpanjahom matul l-2011?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-informazzjoni qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.

day centers — informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hija l-popolazzjoni ta' anzjani li jagħmlu użu mid-day centres li hawn f'Malta u Għawdex day center b'day center? Kemm-il darba fil-ġimgħa jmorru d-day center? Jiġi provdut transport għal dawn id-day centers u kemm-il darba fil-ġimgħa dan t-transport jiġi provdut għall-anzjani li jagħmlu użu miċ-ċentru? Jista' jgħid kemm hija l-ispiża għal kull anzjan biex jagħmel dan?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Rigward id-day centres f’Għawdex nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Casa Arkati — sussidju mill-gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm residenti f'Casa Arkati fil-Mosta li qed jiġu sussidjati mill-gvern biex jinżammu f'din il-home? Kemm hi l-ispiża li qed joħroġ bħalissa l-gvern kull xahar għal dawn ir-residenti? Jista' jagħti ukoll din l-ispiża għas-sena 2011 u fl-ewwel ħames xhur ta’ din is-sena ?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Villa Messina — sussidju mill-gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm residenti f'Villa Messina fir-Rabat li qed jiġu sussidjati mill-gvern biex jinżammu f'din il-home? Kemm hi l-ispiża li qed joħroġ bħalissa l-gvern kull xahar għal dawn ir-residenti? Jista' jagħti ukoll din l-ispiża għas-sena 2011 u fl-ewwel ħames xhur ta’ din is-sena?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Roseville — sussidju mill-gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża fuq residenti f'Roseville f'Ħ'Attard li qed jiġu sussidjati mill-gvern biex jinżammu f'din il-home matul l-2011 u fl-ewwel ħames xhur ta’ din is-sena ?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

merkanzija mill-portijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk isirx spezzjonijiet u reġistrar ta' x'jidħol merkanzija mill-portijiet tagħna anki mill-katamaran għall-konsum Malti u Ghawdxi?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-materja in kwistjoni ma taqax taħt id-dekasteru tiegħi u għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

kwestjoni dwar bejjiegħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux konxju ta' kemm hawn barranin li qed jiġu f'Malta jbiegħu kull tip ta' affarijiet, minn żraben, skieken u għodda minn ġewwa l-karozzi tagħhom b'kompetizzjoni diretta ma' tal-ħwienet li għandhom ħafna iktar spejjeż biex ibiegħu l-istess affarijiet? Jistgħu jittieħdu passi għaliex fil-waqt li l-Maltin kemm dawk li jbiegħu mill-vannijiet kif ukoll dawk li jbiegħu minn ġewwa l-ħwienet għadhom diversi liċenzji u spejjeż x'jagħmlu dawn il-barranin li qed ibiegħu minn ġewwa l-karozzi tagħhom m'għandhom xejn minn dan peress li din is-sitwazzjoni qed toħloq kompetizzjoni mhux ġusta ma' tal-ħwienet u vannijiet Maltin?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ninsab infurmat illi meta persuna diġà jkollha liċenza jew tkun xort’oħra legalment stabbilita biex twettaq xi attività kummerċjali fi Stat Membru ieħor, u dik il-persuna tkun tixtieq tiġġestixxi dik l-attività kummerċjali f ’Malta fuq bażi mhux permanenti u li ssir minn żmien għal żmien, l-awtorità regolatorja m’għandhiex twaqqaf lil dik il-persuna milli tagħmel dan billi timponi xi ħtiġiet li jkunu diskriminatorji, mhux meħtieġa jew sproporzjonati: Iżda l-awtorità regolatorja tista’ timponi dawk il-ħtiġiet dwar il-provdiment ta’ attività ta’ servizz partikolari, meta dawn ikunu ġustifikati għal raġunijiet li jkollhom x’jaqsmu ma’ l-ordni pubbliku, is-sigurtà pubblika, is-saħħa pubblika jew il-protezzjoni tal-ambjent: Iżda wkoll meta tkun qegħda tistabbilixxi jekk provditur ikunx qiegħed jeżerċita l-libertà tiegħu li jipprovdi servizzi fi ħdan it-tifsir tal-artikolu 6 tal-Att dwar Servizzi li jingħataw fis-Suq Intern u ta’ l-Artikolu 49 tat-Trattat, jew jekk ikunx każ ta’ stabbiliment, jew jekk provditur ta’ servizzi jkunx qiegħed jieħu vantaġġ mil-libertà li jforni servizzi, l-awtorità kompetenti għandha tivvaluta u tiddeċiedi kull każ fuq il-mertu individwali tiegħu u f’konformità mad-dritt Komunitarju u mad-deċiżjonijiet tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja. Dan iffiser li jekk il- persuni imsemmija huma minn pajiżżi oħra membri tal-Unjoni Ewropeja u għandhom liċenza biex ibiegħu fit-toroq , m’ghandomx bżonn liċenza oħra minn Malta. Pero xorta iridu joservaw ir-regolamenti relevanti. Jekk m’humiex minn pajjiżi oħra membri tal-Unjoni Ewropeja għandhom bżonn ukoll liċenza. Ninforma lil Onor. Interpellant li kul meta saru Rapporti lill-awtorita kompetenti u kien hemm bażi biex jittieħdu passi fil-Qorti, dawn il-passi ittieħdu, bħal per ezempju meta barranin, anke minn pajjizi tal-Unjoni Ewropea, inqabdu jbiegħu bi ksur tal-liġi tal-VAT.
Leg 11 PQ #35641 Sitting 496 2012-07-02 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru tal-Intern

persuni li daħlu Malta b'mod irregolari

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn persuni reġistrati li daħlu f'Malta b'mod irregolari mill-1 ta' Jannar 2012 sal-aħħar ta' Ġunju 2012?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, waslu Malta 971 immigrant illegali.

persuni barranin li jaħdmu Malta

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hawn persuni li l-oriġini tat-twelid tagħhom mhux Malti u li dawn kienu qed jaħdmu f"Malta bil-permessi kollha neċessarji fl-aħħar ta' Ġunju 2012?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill Onor Interpellant biex jagħmel il-Mistoqsija lil Ministru kkonċernat.

persuni li korrew fuq il-post tax-xogħol

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk bejn l-2006 u l-2011 u fl-ewwel ħames xhur tas-sena 2012 kienx hawn persuni li weġġgħu fuq il-post tax-xogħol jew anki tilfu ħajjithom u li dawn ma kinux suppost qed jaħdmu waqt li kienu f'Malta?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ticket boots fl-area tal-Viset — cruiseliners

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistpqsija parlamentari 35498 u jgħid hekk il-boots li minnhom ibiegħu t-tickets għall-buses li jinsabu fl-area tal-Viset fejn jorbtu l-cruiseliners għandhomx il-permessi meħtieġa mill-awtoritajiet ikkonċernati fosthom tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Jekk fl-affermattiv, jista' jpoġġi kopja tal-permessi fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni bin-numru PA 3666/09, validata fi-27 ta' Awwissu 2009, ġiet sottomessa quddiem l-Awtorita' għall-installazzjoni ta' disa' booths u tined max-Xatt quddiem l-Imħażen ta' Pinto. Wara diversi laqgħat u korrispondenza, id-Direttorat tal-Ippjanar qiegħed jistenna disinn adekwat għat-tined proposti. Minħabba dan, il-permess għall-booths u għat-tined għandu ma ħariġx.
Leg 11 PQ #35708 Sitting 496 2012-07-02 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Użu ta' Helicopter tal-AFM u Missjoni Militari Taljana

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34874 u jagħti lista tan-numru ta' drabi li għamel użu mis-servizz tal-helicopter tal-Forzi Armati ta' Malta u/jew Missjoni Militari Taljana biex imur u/jew jiġi minn Għawdex? Jista' jagħti r-raġuni speċifika ta' kull żjara? Jista' jagħti l-ispiża relatata ma' kull vjaġġ u min iħallas għalih? F'każ li l-Forzi Armati ta' Malta u/jew Missjoni Militari Taljani ma jiċċarġjawx ta' kull vjaġġ, kemm huma l-ispejjeż għalihom, inkluż fuel u personnel?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt f’mistoqsija parlamentari numru 33950.
Leg 11 PQ #35750 Sitting 496 2012-07-02 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Żjarat barra minn Malta minn uffiċjali Maltin

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 35203 dwar breakdown tal-ispiża kollha ta' kull żjara li saret barra minn Malta minn uffiċjali tal-Ministeru tagħha matul l-2011 u sal-aħħar ta' April 2012, tista' l-onor Ministru dwar kull żjara tpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-GA 27 u GA 27A li hemm referenza għalihom fil-Post Travel Submission Forms?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Qiegħda npoġġi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant fuq il-Mejda tal-Kamra.

Labour Force Survey — paga medja gross annwali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 35085 u 34647 u jgħid, skont il-Labour Force Survey, f’Malta u f’Għawdex separatament kemm kien fl-aħħar tal-2010 u tal-2011 il-paga medja gross annwali skont id-diversi setturi tal-attività ekonomika?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #35752 Sitting 496 2012-07-02 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

language schools reġistrati

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm language schools reġistrati f’Malta u f'Għawdex separatament? Kemm jimpjegaw għalliema u kemm jesgħu studenti? Ta' liema lingwi huma?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Bħalissa hawn 40 skola tal-EFL liċenzjata, 39 f’Malta u 1 f’Għawdex. Skont l-istatistika l-iktar reċenti tal-NSO jiġifieri tal-2011 għandna l-informazzjoni li ġejja: Fl-2011, 1,287 għalliema ħadmu fl-iskejjel tal-EFL liċenzjati f’Malta u Għawdex Fl-2011, 69,297 student tal-EFL ġew Malta, bl-Italja, Ġermanja, Russja u Franza ikunu l-ikbar suq. Italja – 12,364 student Germanja - 11,874 student Russja - 8, 238 student Franza - 8,083 student Informazzjoni dwar kemm studenti jistgħu jieħdu ma tistax tiġi determinata minħabba meta Skola tal-EFL tilħaq il-kapaċita massima tagħha tista’ tapplika għal Anness u tuża spazju ta’ klassijiet addizzjonali.

Transport Malta — sewqan eċċessiv f'żoni residenzjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed tieħu Transport Malta biex sewwieqa ta' karozzi privati li xi uħud minnhom isuqu sewqan eċċessiv f'żona residenzjali cioè f'Triq il-Vittorja l-Isla bejn il-każin tal-PN u ċ-Ċentru tal-Partit Laburista ma jibqax isir minħabba li qed ikun hemm perikolu fit-triq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni tal-ispeed limits mhix responsabbiltà tal-Ministeri tiegħi u allura nitolbu li jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru konċernat.

Permessi fuq imwejjed, siġġijiet u umbrelel fuq art tal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2008 sal-lum cioè sena b'sena kemm daħħlu fi flus l-awtoritajiet kkonċernati minn permessi fuq imwejjed, siġġijiet, umbrelel eċċ. li jitpoġġew fuq art il-Gvern ta' Malta hu s-sid, lokal b'lokal?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf li Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #35780 Sitting 496 2012-07-02 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru tal-Intern

kunsilli lokali — permessi għall-umbrelel, imwejjed u siġġijiet fuq art tal-gvern

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-kunsilli lokali humiex intitolati li jipprovdu xi forma ta' permessi jew xi forma ta' kunsens lil dawk li japplikaw biex joħorġu imwejjed, siġġijiet u umbrelel fuq art tal-gvern fil-lokalità tagħhom? Jekk iva, mis-sena 2010 sena b'sena, lokal b'lokal kemm daħħal kull kunsill?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-Kunsilli Lokali huma intitolati li jipprovdu permessi għal ħruġ ta’ mwejjed u siġġijiet skont kif stabbilit fl-Avviż Legali Nru 119 tal-2002 li kopja tiegħu qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra. Fir-rigward tat-tieni parti tal-mistoqsija, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #35781 Sitting 496 2012-07-02 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru tal-Intern

permessi għall-BBQs

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-lokalitajiet li wieħed għandu jkollu l-permessi meħtieġa mill-kunsill lokali biex jorganizzaw BBQ fil-lokalitajiet tagħhom? Kemm daħħal fi flus kull kunsill mis-sena 2010 b'din il-miżura?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li hemm żewġ Kunsilli Lokali li għandhom fis-seħħ bye-law li tirregola tali attività. Dawn huwa l-Kunsilli Lokali ta’ Birżebbuġa u tal-Mellieħa. Waqt l l-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa wieġeb li ma daħħal xejn b’din il-miżura, il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa daħħal €5,060 matul l-2010, €6,006 matul l-2011 u €758 matul l-2012 (sa Mejju).

Applikazzjoni għall-post alternattiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn waslet it-talba tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li applikat għall-post alternattiv?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni tal-applikanta in kwestjoni ġiet ipproċessata mall-applikazzjonijiet l-oħra għall-akkomodazzjoni alternattiva nhar il-11 ta’ Ġunju, 2012 u l-ispezzjoni se ssir fil-futur qarib.