Legislature:
Category:
Reset
Active:

Palumbo Shipyards — Permessi ta' tliet tower cranes

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 35850 u 35591 u jgħid jekk it-tliet tower cranes li għandhom Palumbo Shipyards għandhomx il-permessi meħtieġa u jekk iva fuq liema kriterji nħarġu meta hemm dockside cranes mat-Tarzna kollha? Meta se jiżżarmaw iż-żewġ dockside cranes li hemm fuq boiler wharf li wkoll qed ikerrħu l-ambjent u qed isiru ċappa sadid?

Response (DEMARCO, MARIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 35903.

Delimara — filter bags tal-power station

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35851 u cioè: Fid-dawl ta’ rapporti li dehru fil-media lokali dwar problemi b’uħud mill-filter bags fl-estensjoni tal-power station ta’ Delimara, jista' jgħid jekk: a) tista' l-Korporazzjoni Enemalta tippubblika rapport uffiċjali dwar dak li verament ġara; b) x’inhuma l-PM10, PM2.5, NOx u Sox levels li l-Korporazzjoni Enemalta tikkunsidra bħala l-massimu ttollerat indipendentement mill-BAT figures; c) x’kienu dawn il-livelli qabel ma fallew uħud mill-filter bags; d) hemm xi evidenza ta’ pressure eċċessiva fuq dawn il-bags? Jekk iva, dan il-high back pressure jista' li kien qed jkollu xi effett fuq il-performance, speċifikament fejn jidħlu power output, fuel consumption u anki effiċjenza; e) kemm-il darba l-bags li ġew ruptured ma kenux difettużi, jista' jikkonferma li dan seta' kien ikkawżat minn faults fid-disinn tal-emissions mitigation system? f) billi l-BWSC ġiet mitluba mill-Korporazzjoni Enemalta biex tagħti r-reazzjoni uffiċjali tagħha, jista' jgħid x’kienet u tippublikaha kif wkoll jgħarraf lill-Kamra kif il-BWSC qegħdin jippjanaw li jirrisolvi din il-problema; u g) jekk il-performance ta' setturi oħrajn tal-emissions mitigation plant humiex qed jaħdmu kif suppost f’mod sodisfaċenti?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-livelli ta’ trab li jikkomprendi kemm PM2.5 kif ukoll PM10, NOx u SO2 huma skond kif stabbilit fl-IPPC maħruġ f-Di1embru 2011, u li huma fil-livelli permessibli skond il-liġijiet applikabbli. Ninsab infurmat ukoll illi l-livelli ta’ emissjonijiet kienu taħt il-parametri tal-permess. Il-filter bags li jintużaw fl-impjant huma protetti kontra pressa eċċessiva, u għalhekk, m’hemmx każ ta’ pressa eċċessiva. Minħabba f’dan, m’hemmx effett fuq il-performance tal-impjant. L-inċidenti msemmija ma jidhrux li kienu riżultat ta’ disinn ħażin fis-sistema. Il-kawża tal-inċidenti hija riżultat ta’ ċaqliq tal-arja fil-baghouse filter li qed iġiegħel il-bag filters jiċċaqalqu u b’hekk jaħbtu ma’ xulxin kif ukoll mal-ħajt ta’ barra l-baghouse filter. Il-filterbags mqatta ġew miibdula u ġie nstallat mudell differenti ta; filter bags. Din il-modifika ġiet effettwata fuq l-erba’ filters, li ilhom jiġu ttestjati mill-11ta’ Ġunju 2012. Minn dakinhar, ma kienx hemm inċidenti oħra fuq il-filterbags. Ġew effettwati aġġustamenti u modifikazzjonijiet fuq l-emissions abatement plant u t-testijiet qed juru li l-emissions abatement plant qed jaħdem kif suppost u b’mod sodisfaċenti. Infakkar lill-Onorevoli Interpellant illi l-impjant għaddej minn proċess ta’ ttestjar sabiex niżguraw li meta jibda jopera in full capacity, dan isir bl-aktar mod effiċjenti u mingħajr detriment għar-residenti tal-madwar.

mitigation ta' vapour recovery

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlmentari 35846 u jgħid x’miżuri qed jittieħdu effettivament dwar mitigation ta' vapour recovery skont l-avviż legali relevanti dwar id-distribuzzjoni tal-petroleum lill-pompi tal-petrol biex ikun hemm control of volatile org. comp. emissions? Jista' jgħid jekk il-flotta tad-distribuzzjoni tal-Korporazzjoni Enemalta li tintuża għad-distribuzzjoni tal-fuel lill-petrol station hix equipped biżżejjed biex jiltaqa għar-recovery ta’ dawn il-vapours?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-avviż legali li qed jagħmel referenza għalih l-Onorevoli Interpellant, jiġifieri l-avviż legali 54 ta’ l-2009 li jittratta l-Kontroll ta’ l-Emissjonijiet tal-Komposti Organiċi Volatili, tkopri l-kontroll ta’ dawn il-gassijiet tul iċ-ċiklu kollu tal-immaniġġjar tagħhom mill-installazzjoni tal-ħażna sal-pompi tal-petrol. Ninsab infurmat li s’issa l-Korporazzjoni Enemalta għamlet l-investiment meħtieġ sabiex tilqa l-emissjonijiet li kieku joħorġu mit-tankijiet tal-ħażna waqt il-ħatt tal-vapuri.

Korp tad-Dejma li ma ħadux is-somma

Question

B’referenza għal ħaddiema tal-ex Korp tad-Dejma li ma kenux ħadu s-somma ta’ Lm4000 (erba t’elef Liri Maltin) meta rtiraw mix-xogħol wara l-61 sena, kif kienu ħadu ħaddiemaa oħra li servew fiċ-Ċivil fl-istess dipartiment, kif ukoll fid-dawl tas-sitwazzjoni li l-ħajja qed togħla, inklużi mezzi oħra bħalma huma d-dawl u l-ilma, it-trasport, gas u anke fuel fost oħrajn, jista' l-Ministru jara li jkun ikkunsidrat fiċ-ċirkostanzi li ssir ġustizzja ma' dawn il-ħaddiema u l-familji tagħhom u jingħata l-ħlas tas-somma li sal-lum għada miċħuda lilhom?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Korp tad-Dejma kien Korp para-militari u mwaqqaf fit-tmeninijiet però liema korp ġie xolt fl-1987. Bħala forza dixxiplinari kienet taqa’ taħt l-awtoritajiet tal-Forzi Armati ta’ Malta. Huwa ghalhekk illi nitlob sabiex din il-mistoqsija ssir lil Ministru kkonċernat.

Ħaż-Żebbuġ — Triq 12 ta' Mejju - Xogħlijiet fit-triq

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 35769 u l-fatt li l-maltemp ta' din ix-xitwa kkawża ħafna ħsarat f'din it-triq partikolari, jista' l-Ministru jara li x-xogħlijiet isiru mill-vot allokat mill-gvern għal ħsarat kawżati mill-maltemp?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat peress li din it-triq taqa' taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill Lokali.

kwestjoni dwar reserved parking

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga l-ilment tal-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li għandha reserved parking quddiem id-dar tagħha minħabba l-istat xejn tajjeb tas-saħħa tal-ġenituri fejn dawn sfortunatament spiss mhux qed isibu parkeġġ għax jipparkjaw karrozzi oħrajn mhux awtorizzati u skont ir-rapporti li wasluli, l-kunsill u l-pulizija qalulhom li din hija problema li taqa' taħt Transport Malta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra
Leg 11 PQ #36025 Sitting 497 2012-07-03 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Intern

San Pawl il-Baħar — Tenders biex isir xogħol ta' achorage fit-telgħa tal-Wardija

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kenux sottomessi tenders biex isir xogħol ta' anchorage jew issudar tal-blat li hemm fit-telgħa tal-Wardija f'San Pawl il-Baħar, wara li l-kunsill kien ħareġ tender għal dan ix-xogħol xi ġimgħat ilu? Jek kien hemm, jista' jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi forma ta' rispons għal dan it-tender, kif ukoll jekk l-istess tender ġietx allokata? Fil-każ lil min ingħata x-xogħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-baħar li rċieva żewġ offerti. Intgħażlet l-offerta ta’ Terracore Ltd. li kienet l-orħos u skont l-ispeċifikazzjonijiet kollha mitluba. Ix-xogħlijiet mistennija li jibdew fil-bidu tal-ġimgħa d-dieħla.
Leg 11 PQ #36026 Sitting 497 2012-07-03 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Intern

Kunsilli Lokali — massimu ta' flus allokati għall-direct orders

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-kunsilli lokali għandhomx xi massimu ta' flus li jistgħu jallokaw għal dawk li huma nefqiet b'direct order, bħala parti mill-budget globali? Jekk iva, kif jiġi assigurat li dan il-massimu jiġi osservat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-Regolamenti dwar Kunsilli Lokali (Finanzi) – A.L. 155 tal-1993, ma jistipulawx xi massimu ta’ flus li l-Kunsilli Lokali jistgħu jallokaw għal dawk li huma nefqiet b’direct order. Madanakollu, meta jsir nfieq ta’ dan it-tip, ma jistgħux jinxtraw oġġetti ta’ l-istess xorta f’perjodu ta’ erba’ xhur konsekuttivi.
Leg 11 PQ #36027 Sitting 497 2012-07-03 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Intern

Telgħa tax-Xemxija — xogħlijiet fuq il-moll

Question

Jista' l-Prim Ministru jara li x-xogħol meħtieġ fuq il-moll żgħir li hemm taħt it-telgħa tax-Xemxija, fid-direzzjoni ta' bejn il-bajja u l-Knisja tal-Kappuċini jiġi rranġat, għaliex jinsab fi statħażin wara l-ħsarat li sofra riċentament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li l-kunsill jinsab fil-proċess li jara x’inhuma x-xogħlijiet rikjesti biex jagħmel it-tiswijiet fuq il-moll imsemmi.

San Pawl il-Baħar — triq is-Simar - tender dwar xogħlijiet fit-triq

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar xi żviluppi kien hemm għal dak li jikkonċerna t-tender dwar ix-xogħol fi Triq is-Simar, f'San Pawl il-Baħar?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra
Leg 11 PQ #36029 Sitting 497 2012-07-03 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Intern

talbiet pendenti għal stallazzjoni ta' dwal pubbliċi

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm talbiet pendenti għal stallazzjoni ta' dwal pubbliċi f'kull waħda mil-lokalitajiet tas-7, il-11 u t-12-il distrett elettorali? F'kull lokalità kemm hu n-numru ta' dwal li huma diġà approvati, li iżda għadhom ma ġewx stallati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

funzjoni tas-sejħiet għall-interess

Question

Billi jidher li l-funzjoni tas-sejħiet għall-interess (call for expression of interest) hi waħda intenzjonata biss biex tinġabar informazzjoni dwar min ikun jista' jkollu interess li jipparteċipa fi proċess eventwali ta' tender, jista' l-Ministru jgħid x'passi jieħu l-Ministeru tal-Finanzi fil-konfront ta' dawk li jallokaw lil xi ħadd partikulari dan il-call for expression of interest?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-passi li jittiehdu jiddependu ħafna fuq in-natura ta’ l-expression of interest. Jekk din is-sejħa tikkonċerna konċessjoni allura din ma’ taqax fil-kompetenza tal-Ministeru tal-Finanzi imma fil-kompetenza tal-Ministeru li jkun ippublika din is-sejħa. Jekk l-expression of interest se twassal għall-kuntratt ta’ xiri allura l-proċess irid jimxi skont kif jitolbu ir-Regolamenti dwar Kuntratti Publiċi.

Cost-Benefit Analysis għat-tkabbir tal-Port tal-Imġarr

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 35633 fejn ntqal li l-gvern jidhirlu li hu aktar bżonnjuz li ninvestu f’mina milli jsir it-tkabbir tal-Port tal-Imġarr, jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx cost-benefit analysis taż-żewġ proġetti? Jekk sar, il-gvern għamel analiżi komparattiv taż-żewġ proġetti? X’inhuma l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ kull proġett? Fuq liema kriterji l-gvern wasal għall-konklużjonijiet tiegħu? X’inhuma t-timeframes għall-proġett tal-mina? Hemm xi studji li qed isiru bħalissa? Jekk hemm, dwar xiex qed isiru? Min qed jagħmilhom? Jekk m’hemmx, hemm xi ħsieb li jsiru? Dwar xiex se jsiru u meta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra

Investiment Barrani

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35631 u jgħid kemm kien l-investiment barrani f’Malta u f’Għawdex separatament fl-aħħar tal-2010 u tal-2011? Jista’ jagħti dan it-tagħrif skont il-pajjiż minn fejn ġie l-investiment?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-aħħar ċifri li għandna miġbura huma sa Ġunju 2011. Iċ-ċifri sal-aħħar tal-2011 għadhom qed jinħadmu u se jkunu ppublikati aktar tard dan ix-xhar. L-informazzjoni disponibbli qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Tali informazzjoni mhux qed tinkludi l-pajjiżi minn fejn ġie l-investiment minħabba raġunijiet ta’ kunfidenzjalità.

Pontoons — Cruiseliners f'Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fejn qegħdin il-bagi u l-pontoons li jorbtu magħhom il-cruiseliners f’Għawdex? Kemm hemm bagi u pontoons f’kull post? Meta tqiegħdu? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sit fejn tqiegħdu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra
Leg 11 PQ #36044 Sitting 497 2012-07-03 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Learning Support Assistant

Question

Tista' l-Ministru tara l-każ ta' tifla li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li għandha bżonn learning support assistant wara li l-ġenituri għamlu rapport privat?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-iStatementing Moderating Panel ma għandu l-ebda applikazzjoni pendenti f’isem din it-tifla.
Leg 11 PQ #36047 Sitting 497 2012-07-03 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

kors li mhuix se jiftaħ

Question

Tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra għaliex il-kors li jwassal għal B Ed (early education and care) din is-sena mhux se jiftaħ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-kors li jwassal għal grad ta’ B.Ed.(Hons.) fil-qasam tat-tfulija bikrija (Early childhood education & care) infetaħ fl-2009, fl-2010 u fl-2011 dejjem bħala evening course li jtul għal ħames snin. L-għan għal dan kien li jintlaħqu nies li diġà kienu bdew u bnew/qed jibnu karriera f’dan il-qasam imma riedu jtejbu l-grad tagħhom fid-dawl tal-ftehim bejn il-Gvern u l-MUT (2007) li minn 2015 ’l quddiem, nies li jaħdmu f’dan il-qasam u għandhom grad universitarju fil-qasam, jitqiesu bħala għalliema kwalifikati. Fil- cohorts ta’ tliet snin, in-numru ta’ nies li qed japplikaw u jidħlu għall-kors li huma diġà impjegati fil-qasam dejjem naqas. Rajna ukoll żieda ta’ numru ta’ studenti li qed ifittxu bidla fil-karriera tagħhom. Għalhekk, din is-sena, il-Fakultà mhux se toffri l- evening course biex (a) tirrevedi l-kors u tagħmel reviżjonijiet meħtieġa (b) issir diskussjoni dwar il-possibilità li dan il-kors jibda jsir full-time biex b’hekk jibdew jitħarrġu studenti żgħażagħ f’dan il-qasam.

Spiżerija tal-Għażla Tiegħek — trasport tal-mediċini

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ilu li nħareġ it-tender tat-trasport tal-mediċini lis-spiżerija tal-Iskema Spiżerija tal-Għażla Tiegħek? Qegħdin jiġu osservati r-regoli kollha tas-sigurtà u stabbiltà tal-mediċini f'dan it-tender?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li t-tender ġie ippublikat f’Marzu 2010 u l-kunratt ingħata f’April 2011. Ir-regoli kollha tas-sigurtà u stabbiltà tal-mediċini qegħdin jiġu osservati.

Għawdex — mediċini miġbura

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu jiswew il-mediċini li reġgħu nġabru lura mill-ispiżeriji ta' Għawdex f'Ġunju 2012?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li f'Ġunju 2012 il-valur tal-mediċini li nġabru lura mill l-ispiżeriji ta' Għawdex huwa hekk: [a] €893.32 - valur ta’ mediċina skaduta jew damaged bejn Diċembru 2011 – Ġunju 2012 [b] €439.72 - valur ta’ mediċna biex tiġi redistribwita fi spiżeriji oħra [c] €29,502.89 - valur ta’ mediċina li nġiebet lura għaliex kien hemm dubju serju dwar jekk l-ambjent fil-parti fejn kienet qed tinġarr il-mediċina mill-kuntrattur kienx tali li seta’ jaffettwa fin-negattiv l-integrita’ tal-medinċi li kienet qed tinġarr dak inhar, jiġifieri fl-4 ta’ Ġunju 2012. Din id-deċizzjoni ittieħed b’responsabilita’ sabiex tiġi ssalvagwardjata s-saħħa tal-pazjent.
Leg 11 PQ #36050 Sitting 497 2012-07-03 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Intervisti fuq TVM

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 35789 u tgħid kemm kien in-numru ta’ intervisti li saru mal-Prim Ministru fil-kapaċità kostituzzjonali tiegħu, mal-Prim Ministru bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista, mal-Kap tal-Oppożizzjoni fil-kapaċità kostituzzjonali tiegħu, mal-Kap tal-Oppożizzjoni bħala Mexxej tal-Partit Laburista, mal-Ministri u mas-Segretarji Parlamentari, mal-Assistenti Parlamentari u mal-Kelliema tal-Grupp Parlamentari Laburista, li kienu mxandra fil-bulettini tal-aħbarijiet tat-8.00 pm ta’ TVM fl-2011 u bejn Jannar u Mejju 2012, b’mod separat?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Xi informazzjoni mitluba bejn Ottubru 2011 u Ġunju 2012 diġa’ ngħatat fil-mistoqsija parlamentari numru 34367. Ninforma lil Onor. Interpellant li l-proċess biex tinġabar l-informazzjoni kollha mitluba se tieħu ż-żmien minħabba x-xogħol li hemm bżonn għat-tweġiba u għalhekk din se tingħata f’xi Seduta oħra.