Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35542 u jgħid kemm daħlu karozzi il-Belt Valletta minn meta ġiet introdotta s-sistema ta' CVA? Kemm daħħal flus il-gvern b'din is-sistema?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ vetturi li daħlu l-Belt Valletta bejn Mejju tas-sena 2007 u April tas-sena 2012 huwa ta’ 19,287,483. Dan jinkludi kemm dawk il-vetturi li daħlu mill-punti ta’ aċċess fejn japplikaw il-ħlasijiet tas-CVA, kif ukoll dawk li daħlu l-Belt miż-żewġ punti ta’ aċċess oħra fejn ma' japplikawx ħlasijiet, li huma minn Triq l-Assedju l-Kbir u minn Telgħet Liesse.
Sa l-aħħar t’April tas-sena 2012, id-dħul tal-Gvern minn din is-sistema jammonta għal €5,159,163.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35501 u jgħid liema huma t-toroq residenzjali kollha li qatt ma saru fil-lokalitajiet kollha f'Malta u Għawdex u li ġew imwegħda mill-gvern fil-passat li kellhom isiru? Meta mistennija li jsiru?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-parti l-kbira tat-toroq residenzjali ta' Malta li qed isiru bħalissa huma toroq illi kkwalifikaw biex jinbnew is-sena l-oħra.
Għal toroq f'Għawdex nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
persuni li jirreġistraw għax-xogħol fl-ewwel parti tar-reġistru tax-xogħol u taħriġ
Question
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 35540 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja u li issa ġiet riferuta lilha u tgħid kemm hemm persuni li qed jirreġistraw għax-xogħol fl-ewwel parti tar-reġistru tax-xogħol u taħriġ? Minn liema lokalità jiġu dawn il-persuni cioè numru ta' persuni minn kull lokalità li qed jirreġistraw għax-xogħol fl-ewwel parti tar-reġistru tax-xogħol u taħriġ? Kemm hu intitolat li wieħed jew waħda tieħu bħala benefiċċju fi flus fil-ġimgħa meta din il-persuna tkun qed tirreġistra għax-xogħol fl-ewwel parti tar-reġistru tax-xogħol u taħriġ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsijiet parlamentari 35541 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja u issa ġiet riferuta lilha u tgħid mis-sena 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012 għal kull sena, kemm kien hemm persuni li rreġistraw għax-xogħol fl-ewwel parti tar-reġistru tax-xogħol u taħriġ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
kunsilli lokali — applikazzjonijiet għal toroq residenzjali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35500 u jgħid liema huma l-kunsilli lokali li kitbu lill-awtoritajiet kkonċernati rigward it-toroq li qatt ma saru fil-lokalitajiet tagħhom u li l-Gvern Ċentrali hu responsabbli għalihom? Huwa possibli li tibgħat meta saru t-talbiet minn kull kunsill lokali għal kull triq residenzjali li qatt saret? X'kienet ir-risposta tal-awtoritajiet ikkonċernati fuq kull triq?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li d-Dipartiment għall-Gvern Lokali ġabar l-informazzjoni mingħand il-Kunsilli Lokali u bħalissa qiegħed jevalwha sabiex l-informazzjoni tkun korretta.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35330 u cioè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 34318, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra din it-talba tal-Korporazzjoni Enemalta? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-offerta tal-kuntrattur li ngħata l-kuntratt? Il-kuntrattur ta' dan is-servizz li kien offra, x'servizz fil-fatt ta? Kemm spiċċat ħallset il-Korporazzjoni Enemalta għal dan is-servizz?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-Rapport tal-“Board of Inquiry into the alleged irregular disposal of the chemical ‘mercaptan’ by Enemalta Corporation” u tar-reazzjoni mill-Bord tal-Korporazzjoni Enemalta li ġew impoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-Tnejn, 30 t’April, 2012, f’seduta numru 466.
Jista' l-Prim Ministru jgħid f'liema skala taċ-Ċivil jinsab bħalissa fiha l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament u li jaħdem fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru? F'liema data tela' f'din l-aħħar l-iskala? F'liema skala taċ-Ċivil kien qabel ma tela' fl-iskala li jinsab fiha bħalissa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-individwu li d-dettalji tiegħu ngħataw separatament mill-Onorevoli Interpellant qiegħed fuq skala ta’ salarju 7 b’effett mill-15 ta’Diċembru 2008. Qabel tela’ f’din l-iskala, dan l-impjegat kien fuq skala ta’ salarju 9.
Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — ħaddiema
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35582 u jgħid kemm hemm ħaddiema f'kull segretarjat tal-Ministeru tiegħu li mhumiex civil servants? Xi grad għandhom? X'inhu xogħolhom?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
lista ta' nies li jikklasifikaw għall-ikel tal-Unjoni Ewropea -
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 35281 u 34491 u jgħid kemm kienu n-nies li kwalifikaw għall-ikel tal-Unjoni Ewropea sena b'sena mill-2005 sal-lum? Jista' jagħti l-lista, lokalità b'lokalità?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor.Interpellant li dan it-tqassim kien issir mill-YMCA u mill- 2009 mill-Millenium Chapel Foudation u jien infurmat li mhux dejjem inżammu listi eżawrenti tal-persuni kollha li kienu jibbenefikaw. Għalhekk mhux possibli li nagħtih lista tan-nies li bbenefikaw. Però nista' nagħtih lista tal-volumi li tqassmu u qed inpoġġi din l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.
Transport Malta — każijiet ta' titjieb u manutenzjoni fit-toroq
Question
Fil-mument, jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' każijiet irrapurtati lill-Transport Malta biex isir titjieb/manutenzjoni fit-toroq? Kemm hija l-ispiża f'ċifra ta' flus globali għal dawn ix-xogħlijiet? Kemm minn dawn ix-xogħlijiet se jsiru sal-aħħar ta' din is-sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35823 u jgħid ta' min hi l-art li bħalissa l-Korporazzjoni Enemalta tuża għall-Gas Division fil-Qajjenza, limiti ta' Birżebbuġa?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
nies li jiġu Malta għal trattament mediku — refund
Question
B'referenza għan-nollijiet tal-Gozo Channel, jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy rigward ir-refunds ta' dawk li jkollhom imorru għal trattament mediku f'Malta? X'inhi r-raġuni li dan ir-refund ġie limitat biss għal dawk il-pazjenti li jattendu trattament fl-Isptar Boffa f'Malta?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi fl-1 ta’ Ottubru 2011, il-kumpanija Gozo Channel Company Ltd bdiet topera bil-Public Service Concession ġdida.
Dan il-PSO jispeċifika hekk:
“Gozitan patients calling for medical treatment at Boffa Hospital, Malta pay their own fare. Patients may apply for a refund from the Operator which refund shall always be granted”
Kien għalhekk li minħabba dawn ir-regoli ġodda tal-PSO li l-kumpanija illimitat dan ir-refund għall-pazjenti li jattendu għal trattament fl-Isptar Boffa f’Malta.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li ċertu LSAs bħalma hi li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li hija Għawdxija u taħdem Malta, qegħdin ripetutament jiġu maqbuża minn oħrajn li bi dritt jiġu warajhom b'xi skuża jew oħra? Din ġustizzja? Huwa ġust li din l-LSA ġiet maqbuża mhux inqas minn tletin darba?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Is-sistema wżata sabiex Għawdxin fil-grad ta’ LSA 2 li jaħdmu Malta jiġu trasferiti għal Għawdex tiddependi minn klassifika li hija bbażata strettament fuq l-anzjanita` tal-individwu. Il-persuna msemmija tinsab fit-tieni post biex tiġi trasferita.
Kultant jinqala` xi każ ġenwin fejn LSA Għawdxija li tkun taħdem Malta tiġi trasferita fuq bażi temporanja f’Għawdex minħabba raġunijiet umanitarji.
B'referenza għal PAB 678/96 u l-ECF 1446/96 li dwaru hemm sentenza tal-Bord tal-Appell dwar l-Ippjanar datata 3 ta' Novembru 2000 u li nonostanti l-istess sentenza, l-appellanti reġgħu poġġew franka stones u materjal ieħor 'il barra mil-linja uffiċjali bil-konsegwenza li abitanti tal-istess sqaq li jagħti għal Triq Marija Bambina Xagħra Għawdex ilhom snin ma jistgħux jgħaddu minn dan l-isqaq, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ma tteħditx direct action u tiġi inforzata l-liġi aktar u aktar meta f'dan il-każ, id-direct action tista' tiġi inforzata finalment fi ftit spejjeż u dan meta hemm ordni ta' inforzar bin-numru ECF/00513/11 li dwaru ma sar l-ebda appell?
Response (DEMARCO, MARIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew imposti u nġabru penalijiet jew imgħaxx fuq ammonti dovuti bħala provisional income tax, f'dawn l-aħħar tliet snin, kull sena separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jitħallsu s-sidien tal-art li ġiet esproprijata biex twessgħet Triq 8 ta' Settembru magħrufa bħala Tan-Nigret fix-Xagħra Għawdex u l-familja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ninsab infurmat li mhux possibbli li tiġi identifikata l-art fi Triq it-8 ta’ Settembru magħrufa bhala tan-Nigret fix-Xagħra, Għawdex, li d-dettalji tas-sidien tagħha ngħataw separatament. Għalhekk nitlob lis-sidien sabiex jew jagħmlu kuntatt mas-sezzjoni tal-Kuntratti tad-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern jew inkella jibgħatu site plan ta’ l-estent ta’ l-art tagħhom lid-Dipartiment, sabiex tiġi identifikata l-art u jkunu jistgħu jingħataw l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 35847 u 35636 u jgħid fl-aħħar disa' snin (sena b'sena) kemm kien hemm ilmenti minn persuni li allegaw li nqabżu inġustament f'interviews li saru mill-Human Resourses tal-Korporazzjoni Enemalta? Jista' jipprovdi lista ta' nomenklaturi li dwarhom l-Human Resourses tal-korporazzjoni stess irċieva ilmenti? Jista' jgħid jekk f'dawn is-snin kienx hemm xi forma ta' audit fuq l-operat tal-Human Resources tal-Korporazzjoni? X'irriżulta minn dan l-auditing jekk fil-fatt sar?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 35848 u 35635 u jiċċekja u jgħid jekk l-individwu li isimu qed jintbagħat separatament u għandu l-grad ta' PDTO mal-Korporazzjoni Enemalta marx jagħmel xi kors fl-Università fl-aħħar disa' snin u kienx sponsorjat mill-korporazzjoni? Jista' jgħid jekk dan l-individwu gradwax? Jekk le, jista' jagħti risposta ċara li l-flus li l-korporazzjoni ħallsitu f'pagi fiż-żmien li għamel l-Università ġewx rifużi lura kollha, u meta ġew rifużi? Jista' jgħid minn naħa tal-korporazzjoni min huwa l-individwu li finalment huwa responsabbli li jara li dawn l-isponsorships jingħataw b'mod serju u li jekk l-individwu involut ma jġibx il-kwalifiki lura jinġabru l-flus lura mill-iktar fis? Jista' jagħti lista dettaljata tal-persuni mill-Korporazzjoni Enemalta li ntbagħtu jagħmlu korsijiet l-Università, jekk għaddewx u jekk le ġew rifonduti l-flus tal-isponsorship u meta?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni Enemalta m’għandix impjegati fil-grad ta’ PDTO b’dak l-isem.
Il-Kap Eżekuttiv preċedenti tal-Korporazzjoni kien jirrakkomanda l-impjegati sabiex dawn ikunu jistgħu jibbenifikaw minn dawn l-isponsorships, wara li kien jikkonsulta maċ-Chief Officers konċernati. Ir-rapport bir-rakommandazzjoni jgħaddi quddiem il-Bord tad-Diretturi tal-Enemalta għall-approvazzjoni.
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.