Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-problemi teknici li qed iżżommu milli titlesta Triq il-Forġa ġewwa n-Naxxar u kif u meta dawn se jkunu riżolti u t-triq tiġi asfaltata u titlesta biex jitneħħa l-inkonvenjent u l-periklu kbir għar-residenti u dawk kollha li jgħaddu minn din it-triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li hemm problema biex jinbeda x-xogħol fi Triq il-Forġa,, Naxxar minħabba l-fatt li t-triq mhix iffurmata sew u lanqas hija ffurmata l-wisgħa kollha. Huwa l-obbligu legali tas-sidien tal-proprjetajiet li jiffurmaw it-triq ta’ quddiemhom. Meta t-triq tkun iffurmata sew, il-Gvern Ċentrali għandu l-obbligu li jagħti l-wiċċ fuq din it-triq. Għaldaqstant, bħalissa hija r-responsabbilta` tas-sidien tal-art li jiffurmawha qabel ma jkun jista` jsir l-asfaltar minn Transport Malta.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 38278, jista' l-Ministru jgħid x’data ġġib l-ittra uffiċjali fil-Qorti li permezz tagħha l-ex direttur għall-Corporate Services tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar intalab il-ħlas lura tal-allowance żejda li kien ħa tal-karrozza?
Response (MARCO, MARIO DE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ittra uffiċjali li permezz tagħha l-ex direttur intalab iħallas lura l-allowance żejda li kien ħa tal-karozza hi datata 15 ta' Marzu 2012.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 38142, 37386 u 37071 u jgħid meta bdew in-negozjati ma' St. Philips Hospital li eventwalment wasslu għal ftehim propost? Jista' jagħti t-time lines tal-istadji kollha tan-negozjati u minn min saru min-naħa tal-gvern? Meta ddaħħlu fl-istorja kollha l-Foundation for Medical Services? Min rrapreżenta lill-fondazzjoni fl-istadji varji tan-negozjati u dan ix-xogħol ġie farmed out lil terzi? Jekk iva, lil min? Jikkonferma rapporti li n-negozjati bdew madwar sitt xhur wara l-elezzjoni ta’ Marzu 2008? X’kienu l-alternattivi li ġew ikkunsidrati? Minn min saru dawn l-istudji dwar siti jew premises alternattivi? Jista' jippublika l-minuti u d-dokumenti kollha marbutin ma' dawn in-negozjati inklużi minuti tal-laqgħat kollha li saru? Liema kienu l-auditing firms allegatament involuti fin-negozjati f’isem il-gvern u anki s-sidien?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Tender dwar energy saving li għadu ma ġiex aġġudikat
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38156 u jgħid x'inhi r-raġuni li tender dwar energy saving li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, li għalaq fil-15 ta' Mejju 2012 għadu ma ġiex aġġudikat s'issa u dan meta energy saving campaigns għandhom jkunu ta' prijorità ta' kull amministrazzjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 38155, peress li l-art qed tiġi okkupata illegalment, jista' l-Ministru jgħid x'passi ħa l-gvern dwar din l-illegalità?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
kumpanija li tipprovdi saqajn għal min ikun għamel l-operazzjoni
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 38010, jista' l-Ministru jispjega l-ħlasijiet bejn l-2010 u l-2012 u żidiet li kien hemm? Barra minn dan, jista' jgħid min huma l-għaqdiet li ġew ikkonsultati u meta sar dan? X'tip ta' konsultazzjoni saret?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.
Stante li l-kuntrattur qed jimplika li t-triq ilestiha meta jidhirlu hu, jista' l-Ministru jara li t-triq bejn Wied il-Għajn u Marsaxlokk titlesta peress li x-xogħol fuqha ilu li nbeda x-xhur u miexi b'mod sporadiku?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jispeċifika l-isem tat-triq li qed jirreferi għaliha.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 38398 u 37829 u jgħid kemm hemm ħaddiema ġewwa l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li jieħdu l-above grade allowance? Kemm kull wieħed/waħda ilhom jieħdu l-above grade allowance għal aktar minn tliet xhur konsekuttivi?
Response (MARCO, MARIO DE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għandha tmintax (18) -il impjegat li jieħdu l-above grade allowance., sbatax (17) minnhom ilhom jieħdu l-allowance għal aktar minn tliet xhur.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — direct order
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38388 u jgħid kemm ingħataw direct orders (x'kienet id-direct order, kemm swiet u lil min ingħatat) f'dawn l-aħħar tliet xhur u jagħti d-dettalji relattivi?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi s-sitwazzjoni dwar ir-rebate li l-Awtorità għar-Riżorsi ta' Malta kienet obbligata li tħallas lil min kellu l-permess biex jistalla solar water heater li s'issa jidher li l-awtorità għad ma għandhiex risposta u approvazzjoni mill-ministeru biex tkun tista' tagħmel dan il-ħlas dovut?
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 38049, jista' l-Ministru jgħid jekk:
a) sid il-proprjetà li hija biċċa art fejn trid tiġi triq (li ritratt dwarha qed jingħata separatament) jistax jitlob lill-gvern biex jesproprja din l-art;
b) x'inhi l-proċedura li għandha tkun segwita mill-gvern biex jara li din l-art tkun imħallsa mill-gvern sabiex tkun tista' tinfetaħ it-triq; u
ċ) liema regolament jew liġi jistipula li hemm l-obbligu li ssir it-triq rispettiva hija tal-privat?
Response (GATT, AUSTIN)
Peress li l-mistoqsijiet huma ta’ natura teknika dwar esproprjazzjoni, liema materja taqa’ taħt ir-responsabbilita’ tal-Kummissarju tal-Artijiet, nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Rigwad il-mistoqsija (ċ) nirreferi lill-Onor. Interpellant għall S.L.499.57 Reg 12,2 u 9(1).
Tista' l-Minsitru tgħid x’inhi r-raġuni li fil-course tal-mechanical engineering fl-MCAST kemm fil-foundation u anki levels 1-2-3 spiss qed jiġri li xi għalliema ma jitfaċċjawx? Għalxiex huwa dovut dan?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fil-korsijiet tal-Livelli 1,2 u 3 tal-Istitut tal-Inġinerija Mekkanika ġewwa l-MCAST, l-uniċi każijiet fejn lezzjonijiet kienu posposti kienu meta l-lekċerers irrappurtaw ‘morda’ u ħadu ‘sick leave’.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk sqaq li jinsab is-Siġġiewi, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li ilu li nbena mijiet ta' snin b'diversi aċċessi residenzjali ġo fih huwiex pubbliku jew privat?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi skont l-informazzjoni miżmuma mid-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern, is-sqaq li d-dettalji dwaru ntbagħtu separatament, mhuwiex proprjetà tal-Gvern.
Direttorat Direttorat tat-Toroq u l-Infrastruttura — messenger driver
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 36841, jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-messaġier imsemmi jesegwixxi l-ħidma tiegħu b'karozza mill-ġodda u li din tinsab mingħajt il-logo tal-Awtorità? Jista' jgħid wara l-ħinijiet uffiċjali dan l-impjegat x'tip ta' xogħol jesegwixxi iġifieri wara l-ħin tal-4:05pm, u jekk hux konness mal-awtorità?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Issa li għaddew sena u erba' xhur mir-riforma għat-trasport pubbliku, jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' vetturi li l-kumpanija Arriva għandha fuq it-toroq maltin? Jista' jgħid kemm minn dawn il-vetturi jilħqu u ġew rikonoxxuti bħala Euro V?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-kumpanija Arriva Malta Ltd għandha 285 karozzi tal-linja liċenzjati fuq ir-rotot tat-trasport pubbliku, li minnhom hemm 278 vetturi li huma Euro V.
Infurmat ukoll li s-7 vetturi l-oħra qegħdin fi proċess sabiex jiġu modifikati u jlaħħqu mal-istandard ta’ Euro V. Transport Malta qegħdha timponi l-penalitajiet applikabbli mit-3 ta’ Lulju 2012 skont il-ftehim iffirmat sakemm dawn ilaħħqu l-livell mitlub ta’ emissjonijiet.
Jista’ l-Ministru jispjega għalfejn ARMS Ltd, qed iżommu rata ta’ 35% bħala administrative charges meta jiġu biex jaħdmu kontijiet fuq bażi ta’ bulking, meta l-kontijiet ikunu weħlu minħabba s-sistema tal-ARMS Ltd u mhux minħabba l-individwu kkonċernat? Jista’ jgħid għalfejn dawn l-administrative charges, meta dan l-eżercizzju ma jiswa xejn żejjed? Jista’ jgħid ukoll għalfejn ARMS Ltd qed jimponi 5% rata fuq l-arretrati ta’ kontijiet?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tagħti dettalji dwar kemm kien hemm li applikaw għal grad ta' Coordinator TV fil-Public Broadcasting Services? Kemm kellhom esperjenza fil-PBS kull wieħed mill-applikanti? Kemm kellu esperjenza fil-PBS il-kandidat li ntgħażel għal dan il-grad? Min kienu l-persuni li ffurmaw il-bord tal-Għażla?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ħadd ma applika għal post ta’ Coordinator TV fil-Public Broadcasting Services għax ma kien hemm l-ebda sejħa għal dan il-grad.
Tista’ l-ministru tagħti rendikont ta’ kemm ġie jiswa s’issa x-xogħol li sar fuq il-bini tal-ex-broadcasting house, u tista’ tagħti din l-informazzjoni f’forma ta’ breakdown tax-xogħlijiet, kemm swew individwalment u minn kienu l-kuntratturi li ħadmu? Tista’ tindika wkoll jekk dawn ġewx assenjati b’direct order jew b’tender? U f’każ li ngħataw b’direct order, minn awtorizza dan?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u tingħata f’Seduta oħra.
Belt Valletta — proprjetajiet kummerċjali - tiġdid tal-kirja
Question
B'referenza għall-istqarrija li l-gvern ħareġ rigward 475 prorpjetà kummerċjali fil-Belt Valletta u li dawn se tiġġedilhom il-kirja għal 45 sena flokk tibqa tiġġeded kull sitt xhur kif huma llum, jista' l-Ministru jgħid kemm-il waħda minn dawn il-proprjetajiet ġew kontrollati mill-Ministeru biex jiġi stabbilit jekk hux qed jitmexxew mill-inkwilini oriġinali, u cioè dik il-persuna li tidher fuq il-kuntratt tal-kirja, jew minn xi terza persuna bi ftehim mal-inkwilin permezz ta' xi forma ta' sullokazzjoni, management agreement, operating agreement, profit sharing agreement jew arranġamenti simili? Għal dawn l-istabbilimenti fejn jinstab li l-inkwilin għadda n-negozju lil terzi bi kwalunkwe mod, jista' l-Ministru jgħid jekk il-kirja tiegħu hijiex se tiġġedded xorta waħda, jew se tintemm kif sar fil-każ indikat fil-mistoqsija parlamentari 38047?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta.