Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 24447 għall-perjodu bejn l-2004 u l-2010. Intant id-Dipartiment għall-Gvern Lokali qed jiġbor il-bqija tal-informazzjoni rikjesta mill-Onorevoli Interpellant permezz ta’ Memo 30/2012. Hekk kif dan l-eżerċizzju jkun komplut, l-informazzjoni tkun ppreżentata fil-Parlament.
Jista' l-Ministru jgħid jekk dawn il-linji sofor li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, li saru madwar sena ilu ħdejn il-Klabb tal-Boċċi tal-Belt kważi ħdejn il-pitch tal-waterpolo sarux bl-approvazzjoni tal-awtoritajiet kkonċernati?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li ma hemm l-ebda approvazzjoni għal dawn il-linji sofor li għalihom qed tirreferi din il-mistoqsija parlamentari.
Jista’ l-Ministru jgħid x’ tip ta’ xogħol ta’ konsulenza u/jew xogħol ieħor għamel il-perit li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament għal Malta Enterprise? Jista’ jagħti l-ispiża ta’ kull xogħol kif ukoll ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kull rapport li sar? Fuq liema kriterju ntagħżel il-perit għal dawn ix-xogħlijiet?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jagħti lista tax-xogħlijiet fuq toroq li qed jingħad li se jsiru fil-Crafts Village Ta’ Qali? Jista’ jgħid jekk dawn jinkludux xogħlijiet ta’ drenaġġ? Jista’ jgħid jekk f’dan il-villaġġ hemmx konnessjonijiet tad-drenaġġ?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Malta Industrial Parks qed tippjana xogħol ta’ tiswija fit-toroq (scarifying u resurfacing) f’żoni identifikati ġewwa Ta’ Qali Crafts Village. Dawn ser isiru wara konsultazzjoni mal-operaturi ġewwa iż-żoni affetwati u jibdew meta numru ta’ tenders li bħalissa qed jiġu evalwati jitlestew. Fiż-żona diġà hemm konnessjoni ta drenaġġ u għaldaqstant għalissa mhumiex pjanati xogħlijiet speċifiċi. Madanakollu jekk ikun hemm bżonn xi tiswijiet isiru skont il-bżonn.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' inċidenti tat-traffiku/kolliżjonijiet li l-karozzi tal-Arriva kellhom minn mindu bdew joperaw sal-lum, xahar b’xahar? Fuq liema rotot ġew reġistrati dawn l-inċidenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat illi minn Lulju tas-sena l-oħra sal-aħħar t’ April ta’ din is-sena kien hemm 1,294 inċident li fihom kienu nvoluti l-vetturi tal-Arriva. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' dawn.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienu d-drabi bejn Marzu 2008 u April 2012 li għamlet użu minn helicopter tal-Forzi Armati u x’kienu l-okkazjonijiet li għalihom sar dan l-użu? Tista' tagħti d-data ta’ kull okkazjoni? Tista' tgħid kemm kienet l-ispiża f’kull okkazjoni?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu d-drabi bejn Marzu 2008 u April 2012 li għamel użu minn helicopter tal-Forzi Armati u x’kienu l-okkazjonijiet li għalihom sar dan l-użu? Jista' jagħti d-data ta’ kull okkazjoni? Jista' jgħid kemm kienet l-ispiża f’kull okkazjoni?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mill-2008 s’April ta’ din is-sena użajt il-helikopter tal-Forzi Armati tliet darbiet; fl-4 u fil-5 t’Ottubru 2008 u fit-12 ta’ Dicembru 2011. Fit-tliet darbiet kont qed nakkumpanja lill-Prim Ministru u allura ma kienx hemm spejjeż involuti min-naħa tiegħi.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li kien hemm varjanzi konsiderevoli fil-mod li bih pajjiżna vvota dwar l-awtorizazzjonijiet għal genetically modified food and feed fuq livell Ewropew, speċjalment fejn jidħlu food and feed imports, u speċjalment meta wieħed iqabbel kif ivvutajna fi Frar tas-sena l-oħra u f’Novembru li għadda u kien hemm każijiet fejn anki kien hemm varjanzi dwar voti fuq erba' tipi differenti ta’ GM soybeans f’Malta imbagħad tivvota favur f’Diċembru li għadda fl-iStanding Committee favur żewġ tipi ta’ soybeansperess li ninsab nfurmat li fil-laqgħa tal-iStanding Committee Malta astjeniet darbtejn, ivvutat favur darbtejn u fi tmiem ivvutati favurhom kollha wara li kienet oriġinarament astjeniet? X’inhi l-pożizzjoni uffiċjali tal-Gvern Malti dwar din l-issue speċjalment fid-dawl tal-precautionary principle addottat mill-Gvern Malti fir-rigward tal-awtorizazzjonijiet ġodda marbutin mal-food and feed imports tal-GM? Fuq liema studji xjentifiċi jew kriterji oħrajn il-Gvern Malti bbaża d-deċiżjoni tiegħu li jivvota favur dawn l-erba' tipi ta' soybeans li ġew impurtati taħt ir-regolament 1829/2003 tal-Unjoni Ewropea speċjalment fil-kumitat tal-appell tas-17 ta' Jannar 2012? Kien hemm xi tibdil fil-pożizzjoni oriġinali ta' pajjiżna u jekk iva x’wassal għal dan? Hemm xi ħsieb li pajjiżna jkompli jappoġja awtorizazzjonijiet oħrajn simili dwar il-GMOs fix-xhur li ġejjin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30730, 33317 u 35626 dwar il-master plans tax-Xlendi u Marsalforn, tista’ l-Ministru tgħid għaliex ilhom 8 xhur jitħejjew id-dokumenti għas-sejħiet għall-offerti dwar il-Master Plan ta’ Marsalforn u sallum għadhom ma tlestewx? X’hemm iżomm it-tlestija ta’ dawn id-dokumenti? X’xogħlijiet huma koperti fl-applikazzjoni lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u se jsiru taħt it-tender li qed tiġi ppreparata? Kemm hemm flus ivvotati għal dan il-proġett għal din is-sena? Taħt liema Vot u Item ġew approvati dawn il-flus fl-Estimi Ġenerali għall-2012?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li x-xogħol biex jitħejjew id-dokumenti għas-sejħiet għall-offerti jinsab fi stadju avvanzat. Jiena nfurmata wkoll li x-xogħlijiet huma koperti bil-permessi tal-MEPA. L-allokazzjoni għal dan il-proġett taqa' taħt il-vot Kapitali tal-Ministeru għal Għawdex.
Public Service Obligation — kumpanija Gozo Channel
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 35269, 35020 u 35624 u cioè b’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 34503 dwar in-nefqa kull sena fuq il-Public Service Obligation li l-gvern għandu mal-Gozo Channel Co., jista’ l-Ministru issa jgħid kemm kienet in-nefqa kull sena li tkopri l-passiġġieri Għawdxin?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru 35748.
Ħolqien ta' faċilitajiet għall-irmiġġ tal-cruiseliners f'Għawdex
Question
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 6068, 21310, 26885 u 35622, jista’ l-Ministru issa jaġġorna lill-Kamra dwar il-feasibility study u environmental impact assessment (EIA) li kien ikkumissjonat mill-Awtorità Marittima fl-2005 għall-iżvilupp ta’ cruise berth ’l barra mill-port tal-Imġarr, Għawdex u dwar l-aġġornament tal-istess studju li ntalbet tagħmel mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Jista’ jaġġorna lill-Kamra ukoll dwar disinji iktar dettaljati u fuq ir-reviżjoni tal-proġett li kellhom isiru? Jista’ jgħid x’alternattivi oħra ġew ikkunsidrati għal dan il-proġett? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istudji li saru?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm pazjenti li għandhom ir-residenza tagħhom f’Għawdex irċevew servizzi ta’ out-patients u in-patients separatament kull sena mill-2002 sal-2011 f’kull sptar tal-istat f’Malta separatament? Jista’ jagħti dan it-tagħrif skont in-numru ta’ drabi li ngħataw servizz?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.
Vot Kapitali tal-Ministeru għal Għawdex — breakdown tar-returns
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34508, u cioè: B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 35620 fejn bħala risposta reġa’ rreferieni għall-mistoqsijiet parlamentari li l-ebda waħda minnhom ma tagħti l-informazzi mitluba, jista’ l-Ministru juru r-rispett dovut lil din il-Kamra u lill-poplu li tirrapreżenta u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-returns bi breakdown dettaljat tal-ispiża li saret fuq kull item tal-Vot Kapitali tal-Ministeru għal Għawdex li ntbagħtu lill-Budget Office fil-Ministeru tiegħu għal Diċembru 2010 u għal Diċembru 2011? Jista’ jgħid għaliex qed jostor l-informazzjoni mitluba?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru 34508.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm entitajiet ġew privatizzati mill-1999 sa Diċembru 2011? Liema huma? Kemm kienu jħaddmu nies magħhom f’Malta u f’Għawdex separatament meta ġew privatizzati? Kemm qed iħaddmu nies magħhom illum f’Malta u f’Għawdex separatament l-entitajiet privati li twaqqfu minflok l-entitajiet li ġew privatizzati?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex ma għandux entitajiet jaqgħu taħtu li ġew privatizzati.
Billi l-energy grants issa ilhom sospiżi minn nofs Mejju, jista' l-Ministru jgħid meta din is-sospensjoni temporanja mistennija li tiġi mitmuma, minħabba l-impatt negattiv li s-sospensjoni qed ikollha fuq il-kumpaniji li setgħu taħt ċirkustanzi normali japplikaw għaliha u jibbenefikaw minnha?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Malta Enterprise għadha kemm irċeviet ir-rapport relattiv mingħand il-Pulizija Eżekuttiva u bħalissa qiegħda tgħarbel dan ir-rapport biex tiddetermina liema claims jistgħu jiġu ipproċessati u liema iridu jibqgħu sospiżi skond il-konklużjonijiet ta’ l-investigazzjoni. Ta’ min jinnota illi s-sospensjoni affettwat biss l-ipproċessar tal-claims peress illi l-istadju ta’ l-applikazzjonijiet kien diġà ntemm meta l-iskema ġiet sospiża.
Billi f’nofs Mejju l-gvern saħaq waqt laqgħa tal-Kabinett ġewwa Għawdex li l-proġett Eko-Għawdex kien daħal fit-tieni fażi tiegħu u billi s-segretarju permanenti fil-Ministeru mill-21 ta' Mejju 2012 li wiegħed lill-Kumitat dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp tal-Kamra tar-Rapprezentanti li l-Ministeru għal Għawdex ħa nota tat-talba tal-kumitat biex jiġi ppubblikat immedjatament ir-rapport sħiħ dwar Eko-Għawdex, jista' l-Ministru jindika meta mistenni jsir dan speċjalment meta intqal li dan kien hemm il-ħsieb li jiġi ppubblikat fl-iqsar żmien possibbli? Billi l-Ministeru qal li l-ewwel ried jevalwa t-talba ta' xi aġġornamenti meħtieġa, ma taħsibx li huwa xieraq li kif oriġinarjament mitlub jiġi ppubblikat ir-rapport innifsu fl-istadju li qiegħed fih bħalissa, flok wieħed joqgħod jistenna aġġornamenti ġodda li jistgħu jservu biss biex ikomplu jtawwlu l-proċess?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Sptar Mater Dei — każijiet ta' emerġenza kawża ta' overdoze
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li rrikorrew għall-għajnuna medika fl-emerġenza tal-Isptar Mater Dei u oħrajn privati kawża ta' overdoze matul l-ewwel sitt xhur tas-sena separatament?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Sptar Mater Dei — każijiet ta' emerġenza kawża ta' avelinament fl-ikel
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li rrikorrew għall-għajnuna medika fl-emerġenza tal-Isptar Mater Dei u oħrajn privati kawża ta' avelinament fl-ikel matul l-ewwel sitt xhur tas-sena separatament?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li minn tagħrif miġbur permezz tas-sistema tal-Hospital Activity Analysis (MDH) u l-Electronic Case Summary, in-numru ta’ pazjenti li ddaħħlu fl-Isptar Mater Dei kawża ta’ avvelenament fl-ikel (food poisoning) f’ l-ewwel ħames xhur ta’ din is-sena, bejn Jannar u Mejju ta’ 2012 kien ta’ 35 persuni.
Fit-terminu “
food poisoning
” huma inklużi wkoll infezzjonijiet tas-sistema gastroenteroloġika kkawżati minn
viruses
li jistgħu jkunu trasmessi mill-ikel (ICD-10 codes: A00-A09 u T61-T62).
Importanti li wiehed jgħid li dawn il-figuri ma jinkludux dawk il-pazjenti li ġew inviżtati fid-Dipartiment tal-Emerġenza u għal xi raġuni jew oħra ma ddaħħlux bħala pazjenti fis-swali tal-Isptar Mater Dei. Informazzjoni dwar sptarijiet privati ma tinġabarx.
Sptar Mater Dei — każijiet ta' emerġenza kawża ta' abbuż sesswali fuq minorenni
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li rrikorrew għall-għajnuna medika fl-emerġenza tal-Isptar Mater Dei u oħrajn privati kawża ta' abbuż sesswali fuq minorenni matul l-ewwel sitt xhur tas-sena separatament?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li minn tagħrif miġbur mid-dipartiment tal-Pedjatrija tal-Isptar Mater Dei irriżulta li kien hemm erba’ każijiet ta’ minuri li ddaħħlu bħala pazjenti ġewwa l-Iptar Mater Dei kawża ta' abbuż sesswali matul l-ewwel sitt xhur tas-sena. Dawn kienu kollha tas-sess femminil u l-etajiet ta’ dawn il-pazjenti kienu kollha taħt l- erbghatax il-sena.
Ta’ min jinnota li ħafna drabi meta jseħħu dawn il-każijiet ikun hemm biss suspett li jkun sar abbuż. Wara li l-każ jiġi nvestigat mis-
social workers
u l-professjonisti li jkunu qed jieħdu ħsieb il-każ tkun tista’ tintlaħaq konklużjoni dwar jekk in-natura tal-inċident kienitx waħda ta’ abbuż.
Ta’ min wieħed ikun jaf li fil-maġġoranza tal-każijiet li jkunu qed jiġu nvestigati minħabba f’ allegazzjoni ta’ abbuż, ma jkunx hemm bżonn li l-vittma tal-allegat abbuż tiddaħħal l-isptar għall-kura u l-każ jiġi nvestigat fil-kommunita’.
Sptar Mater Dei — każijiet ta' emerġenza kawża ta' vjolenza fuq l-anzjani
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li rrikorrew għall-għajnuna medika fl-emerġenza tal-Isptar Mater Dei u oħrajn privati kawża ta' vjolenza fuq l-anzjani matul l-ewwel sitt xhur tas-sena separatament?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li ma tistax tingħata informazzjoni dwar in-numru ta' persuni li daħlu l-Isptar Mater Dei minħabba fi swat u/jew vjolenza fuq anzjani matul l-ewwel sitt xhur tal-2012.
Wieħed għandu jkun imgħarraf li fl-
Electronic Case Summary/
Hospital Activity Analysis System
jiġi mniżżel biss dak li l-pazjent ikun qed ibati bih b’konsegwenza tas-swat u/jew vjolenza fuq anzjani bla ma jkun hemm referenza għall-fatt li jkun seħħ swat u/jew vjolenza fuq l-istess anzjani.