Jista' l-Prim Minstru jikkonferma jekk huwiex minnhu li fil-warehouse guardroom ilhom mingħajr arja kkundizzjonata għal aktar minn xahrejn minħabba ħsara li żviluppat? Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta se jiġi rranġat fl-aqsar żmien possibbli l-air conditioner imsemmi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li s-sistema tal-arja kundizzjonata fil-guardroom tal-Warehouses Compound fiċ-Ċentru tad-Detenzjoni ta’ Ħal Safi ġiet irrappurtata bil-ħsara din il-ġimgħa stess u l-apparat ġie spezzjonat minn tekniċi tas-Servizz tad-Detenzjoni fejn instab li l-ħsara kienet estensiva u ma kienx prattiku li l-apparat jissewwa. Minħabba f'hekk inbeda l-proċess biex tinxtara sistema tal-arja kundizzjonata ġdida.
Jista’ l-Prim Ministru jivverifika jekk huwiex minnhu li ġewwa ċ-ċentru ta’ detenzjoni ġewwa Safi Barracks, ġiex irrapportat illi hemm każijiet ta’ fleas fejn jorqdu l-immigranti rregolari kif ukoll hemm rapporti ta’ ammont ta’ ġrieden? Jista’ jgħid x’soluzzjoni ngħatat sabiex jiġi kkontrolat dan?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi xahar ilu l-immigranti akkommodati f'Warehouse 2 fiċ-Ċentru tad-Detenzjoni ta’ Ħal Safi lmentaw li ħwejjiġhom, saqqijiet u l-friex imtlew b'insetti rqaq. Tlett kuntratturi ġew imqabda jagħmlu spezzjoni tal-post fejn instab li l-inħawi kienu mimlija bed bugs. Ġie mqabbad kuntrattur minnhom li wettaq fumigazzjoni ta' Warehouse 2 fil-15 ta' Ġunju filwaqt li l-friex u l-ħwejjeġ tal-immigranti ntbagħtu għal ħasil. Operazzjoni simili ser terga' issir fis-6 ta' Lulju. B'relazzjoni ma’ dan ukoll, għal dawn l-ħames snin kumpanija privata ġiet mogħtija kuntratt biex tipprovdi servizz ta' kontroll ta' ġrieden fiċ-ċentri tad-detenzjoni.
Kunsilli lokali — applikazzjoni għal programm ġdid tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema kunsilli lokali mis-7, il-11 u t-12-il distrett elettorali, matul l-ewwel xhur (sal-aħħar ta' Ġunju) applikaw għal xi programm ġdid tal-Unjoni Ewropea? Liema kienu dawn il-programmi li saru l-applikazzjonijiet għalihom kunsill kunsill? Meta ħarġu s-sejħiet ghħal dawn il-programmi?
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm, matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena, Transport Malta, irċeviet talbiet biex l-ispeed limit jonqos għal 20 kilometru s-siegħa fil-lokalitajiet tat-12-il distrett elettorali? Kemm talbiet simili ġew approvati ,atul dan l-istess perjodu u f'liema lokalitajiet ġew hekk approvati?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta ma rċeviet l-ebda talba kif indikat mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' u-bends ( u t-tabelli ta' fuqhom) li huma approvati mill-Kunsilli Lokali tal-Imġarr, il-Mosta, il-Mellieħa, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar? F'liema toroq tal-lokalitajiet rispettivi jinsabu dawn it-tabelli? Kemm hu l-ħlas globali li daħlu l-kunsilli lokali (kunsill kunsill) għal dawn it-tabelli, matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 35974, 35801, 35675, 35387 u 35166 u jgħid liema huma dawk il-barrieri li s-sidien tagħhom radmuhom mingħajr l-permessi meħtieġa? X'azzjoni qiegħda tieħu l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kontra s-sidien kkonċernati?
Response (DEMARCO, MARIO)
Il-MEPA taf b'erbatax (14) -il barriera li ntradmu mingħajr permess. Minn dawn, ħames (5) barrieri għandhom każ li qiegħed jinstema fil-Qrati tal-Gustizzja u d-disgħa (9) barrieri l-oħra huma suġġetti għall-azzjoni ta' Twaqqif u Twettiq fejn l-proċess għadu pendenti. Id-disgħa barrieri msemmija huma:
U/N quarry No Gozo Next to SG 01
U/N quarry tal –Harruba Siggiewi
SM 03 Siggiewi
SM 58 Qrendi
U/N quarry No Imqabba Road Siggiewi
U/N quarry No tal-Warda, Qrendi
SM 30 Mqabba
SM 47 Mqabba
SM 04 & 64 Siggiewi
Belt — kiri tal-Ġnien ta' Hastings u l-Barrakka t'isfel - Lista tal-kontribuzzjoni
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35968 u cioè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 35172, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi il-kontribuzzjoni li saret għal kull kirja li ġiet elenkata fid-dokument impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra bħala parti mill-istess risposta tal-mistoqsija parlamentari 35772?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bl-informazzjoni mitluba. Wieħed irrid jifhem li l-kontribuzzjoni tvarja skond numru ta’ fatturi fosthom jekk l-għaqda hiex waħda kummerċjali jew le u jekk l-aċċess jingħalaqx għal kollox jew le.
Jista' l-Ministru jgħid tinżammx statistika dwar l-ammont ta' deheb esportat minn Malta? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm ġie esportat deheb minn Malta matul it-tliet snin li għaddew (2009, 2010 u 2011) kull sena separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-ammont ta’ deheb li ġie esportat minn Malta matul it-tliet snin li għaddew (2009 sa 2011) huwa dan li ġej:
2009 €12,097,648
2010 €47,159,124
2011 €41,621,554
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35989 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-korrispondenza rigward ERDF funds bejn il-PPCD u l-Kunsill Lokali ta’ Ħad-Dingli, ir-Rabat, Ħ’Attard u Ħal-Lija bejn l-1 ta’ Frar 2010 u t-30 ta' Ġunju 2010?
Scholarships — second degree courses jew PhD fil-European Studies
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 35991, tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija kif magħmula jiġifieri fuq dawn l-aħħar 20 sena?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Id-Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja għandu rekords mill-2006 ’l hawn (jiġifieri minn meta bdiet l-ewwel skema tal-MGSS). L-ischolarships mogħtija jidhru fil-Mistoqsija Parlamentari Nru. 35,991.
Għall-perjodu ta’ qabel l-2006, ma nstabux dokumenti li juru li ġew mogħtja
scholarships
għal Masters jew PhD fil-European Studies mill-Ministeru tal-Edukazzjoni.
Madankollu, mhux eskluż li l-Ministeru tal-Affarijiet Barranija, li joffri wkoll
scholarships
, seta’ offra xi boroż ta’ studju li jwasslu għall-Masters u PhD fil-European Studies. F’dan il-każ, nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex tagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Għawdex — Rabat - wires u cables mgħoddija minn taħt l-art
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-wires u l-cables tad-dawl u tas-street lighting li hemm imwaħħlin mal-ħitan tal-bini fi Triq Fortunato Mizzi u fi Triq ir-Repubblika fir-Rabat Għawdex, humiex se jitniżżlu taħt l-art bħala parti mill-upgrading ta' dawn it-toroq? Jekk le, għaliex intilfet din l-opportunità li se tiswa daqstant flus?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li s-sistema tas-street lighting ġiet mibdula kollha u s-sistema l-ġdida kollha hija mgħoddija taħt l-art sabiex ma' jkunx hemm cables jidhru.
F’din il-parti tat-triq hemm ukoll sistemi ta’
culvert
u
ducts
li jippermettu s-sistemi kollha tas-servizzi, li jkunu jistgħu jiġu mgħoddija minn ġo fihom. It-tneħħija tal-
cables
iżda trid issir mill-entita’ kkonċernata minħabba li huma għandhom l-obbligi u r-restrizzjonijiet tagħhom għall-immaniġġjar tan-
network
tagħhom.
Jista’ l-Ministru jagħti t-tagħrif segwenti dwar iċ-Ċentru Malti tal-Arbitraġġ, u cioè kemm-il każ tressaq quddiem iċ-Ċentru Malti tal-Arbitraġġ f’kull sena bejn l-2007 u l-2011? Kemm-il każ ta’ arbitraġġ li kien tressaq quddiem dan iċ-ċentru ġie ffinalizzat f’kull sena bejn l-2007 u l-2011? Jeżisti panel ta’ arbitri li quddiemhom jinstemgħu l-każijiet li jitressqu quddiem iċ-Ċentru Malti tal-Arbitraġġ u, jekk iva, jista’ jagħti lista ta’ min huma dawn il-persuni? Jista’ jagħti lista ta’ kemm-il każ ġie assenjat lil kull arbitru f’kull sena bejn l-2007 u l-2011?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kazijiet li tressqu quddiem iċ-Ċentru Malti tal-Arbitragg fil-perjodi mitluba huma kif gej:
2007 453 każ
2008 416 każ
2009 411 każ
2010 386 każ
2011 412 każ
Il-kazijiet li tressqu quddiem iċ-Ċentru Malti tal-Arbitraġġ u li ġew finalizzati fil-perjodi mitluba huma kif ġej:
2007 301 każ
2008 296 każ
2009 297 każ
2010 297 każ
2011 231 każ
Fir-rigward tal-mistoqsijiet in konnessjoni mal-
Panels
ta’ Arbitri, tajjeb li l-Onorevoli Interpellant tkun aktar diretta biex tkun tista’ tinghata twegiba detalljata. Ic-Centru ghandu numru ta’ Panels ta’ Arbitri [Gruppi ta’ Arbitri imwaqqfa mic-Centru ai termini tal-Artikolu 10(2) tal-Att dwar l-Arbitragg] ghal tipi diversi ta’ tilwim. Persuni f’dawn il-gruppi ta’ arbitri, li jistghu jkunu f’aktar minn grupp wiehed, jigu assenjati kazijiet meta ssir talba ghal hekk lic-Chairman tac-Centru u cioe fil-kaz li l-partijiet ma jaqblux fuq l-arbitru li jkun se jiddeciedi l-kaz. Il-partijiet f’arbitragg huma liberi li jaghzlu lil min iridu huma bhala arbitru, anke persuni li mhumiex f’dawn il-gruppi ta’ arbitri. L-uniku kriterju huwa li l-persuna li tkun arbitru ghandha tkun indipendenti u imparzjali.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif, dwar jekk ir-renewal feetal-Gold Cards, tneħħitx, u allura, m'għadhiex titħallas? Jekk tneħħiet minn meta, u jekk le meta hu mistenni li titneħħa?
Response (FENECH, TONIO)
Nifhem illi l-Onorevoli Interpellant qed jistaqsi dwar Gold Credit Cards.
It-tariffi applikabbli għal dan it-tip ta’ cards huma determinati mill-banek kummerċjali li joffruhom skont il-kriterji kummerċjali rispettivi tagħhom. Għaldaqstant, l-interpellant jew il-konsumatur irid jivverifika mal-bank rispettiv tiegħu fir-rigward tat-tariffi applikabbli.
Il-Ministeru ma jindaħalx f’deċiżjonijiet purament ta’ natura bankarja u kummerċjali.
Jekk l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għat-taxxa fuq il-credit cards, allura nfakkar li din tneħħiet mill-1 ta’ Jannar 2010.
Peress li qed ikun hemm iktar istanzi ta' konġestjoni ta' traffiku fit-triq taċ-Ċirkewwa b'dan li qed jinħoloq ħafna perikolu u inkonvenjent u b'referenza wkoll għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 35325 li ovvjament jidher li mhix tweġiba li qed tindirizza s-sitwazzjoni, jista' l-Ministru jgħid x'soluzzjoni reali se jkollna għal dan l-inkonvenjent kollu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-konġestjoni ta' traffiku li kienet rrapurtata dan l-aħħar kienet ikkawżata minn waqfien imprevvist f'nofs it-triq minn vetturi. F'tali każijiet, il-kuntrattur li qed jagħmel ix-xogħlijiet tat-triq, għandu l-obbligu li jneħħi dawn il-vetturi mit-triq. Dan normalment jieħu bejn nofs siegħa u tlett kwarti.
Jien infurmat ukoll li Transport Malta qed tagħmel diskussjonijiet mal-kuntrattur sabiex malajr kemm jista' jkun jinfetħu partijiet oħra tat-triq, anke jekk b'mod temporanju, sabiex kemm jista' jkun jitnaqqas l-inkonvenjent minn inċidenti simili.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 33851 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ammont tal-kontijiet tat-telefon, linja linja, li kull kunsill lokali għandu għas-sena 2010, 2011 u sa 31 ta' Marzu 2012? Jista' jippreżenta l-istess informazzjoni għax-xahar ta' Marzu 2012?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 33851.
Jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-ispejjeż li l-Korporazzjoni Enemalta ħarġet relatati mal-events kollha tal-euroelectric? Jista' jgħid min kienu l-kantanti li ħadu sehem f’dan l-event u kemm tħallsu l-kantanti jew l-aġenti tagħhom? Jista' jgħid jekk din l-ispiza tidhirx ġustifikata meta wieħed iqis il-qagħda finanzjarja prekarja tal-korpoazzjoni bħalissa?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-affarijiet Barranin jgħid il-għala l-applikazzjoni għaċ-ċittadinanza tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u liema applikazzjoni ilha mis-27 t’April 2010, sal-lum, aktar minn sentejn wara għadha ma ġietx ipproċessata, speċjalment wara li saru l-intervisti neċesarji?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li dan il-każ għandu jiġi ffinalizzat dalwaqt u l-persuna kkonċernata għandha tiġi nfurmata bid-deċizjoni.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35996 u jgħid kemm ġew imposti u nġabru penalijiet jew imgħaxx fuq ammonti dovuti bħala provisional income tax, f'dawn l-aħħar tliet snin, kull sena separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35931 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u issa ġiet riferuta lilu u cioè: Peress li r-residenti ta' Triq Skerla, Sannat qed jilmentaw dwar l-istat ħażin tat-triq, jista' jgħid meta se ssir il-manutenzjoni fuq din it-triq?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali tas-Sannat, konxju tal-ħsarat fit-triq imsemmija, ftit tax-xhur ilu għamel xogħol ta’ patching f’din it-triq. Intant il-Kunsill Lokali wasal biex jibda xogħol ta’ pavimentar fl-ispazju miftuħ fl-istess triq permezz tal-iskemi marbuta mal-proġett Eko-Għawdex. F’partijiet oħrajn tat-triq il-Kunsill Lokali drabi oħrajn għamel xi tiswijiet bil-cold asphalt. Se tinġibed l-attenzjoni tal-Kunsill Lokali sabiex jieħu nota tal-materja u jieħu azzjoni.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35995 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u issa ġiet riferuta lilu u cioè: Peress li r-residenti ta' Triq Bennejja, Xewkija, qed jilmentaw minħabba ammont kbir ta' trabijiet li qed ikun hemm fit-triq in konsegwenza tax-xogħlijiet li qed isiru fit-Triq tal-Imġarr Xewkija, li qed ikun kaġun ta' ħafna attaki kbar ta' asthma fost ħafna familji, tista' l-Ministru tara li dan l-inkonvenjent jiġi indirizzat?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-kuntrattur għandu struzzjonijitet sabiex it-trab jiġi kkontrollat kemm jista’ jkun. Tant hu hekk, li fil-ġimgħa li għaddiet, ġie applikat saff asfalt imsejjaħ base course fuq parti kbira tas-sit in kwistjoni, u b'hekk l-ammont ta' trab fit-triq naqas sostanzjalment. Huwa mistenni li l-ammont ta' trab fit-triq ikompli jonqos mal-progress fil-kostruzzjoni tal-bankini, liema xogħol qed isir bħalissa.