Sptar Boffa u Sptar Mater Dei — differenza fil-proċeduri
Question
Jista' l-Ministru jispjega għaliex hemm differenza bejn il-proċeduri ta' eżami mediku u kura għall-pazjenti li qed isegwu kors ta' kemoterapija fl-Isptar Boffa u fil-MITU tal-Isptar Mater Dei, per eżemju, f'termini ta' assessment tas-saħħa kurrenti tal-pazjent qabel jingħata t-trattament fil-MITU tant li meta pazjent jirraporta li mhux qed iħossu għal kollox f’siktu, jingħata parir li jmur għand it-tabib tal-familja u dawn id-differenzi fil-MITU japplikaw ukoll dwar staff permanenti li jsegwi b'mod regolari l-andament tas-saħħa tal-pazjent, dwar kuntatt dirett tal-pazjent ma' konsulenti li jkunu in charge u dwar follow ups ta' pariri dwar l-istat tal-marda, kif jiġri fl-Isptar Boffa? Jista' jkun hemm organizzazzjoni aħjar fl-Isptar Mater Dei fl-appointments li jingħataw għall-kemoterapija peress li pazjenti ġieli qed ikollhom jistennew ħin twil, anki sigħat, ma' pazjenti oħra meta huma jbatu minn kondizzjoni li tagħmilhom aktar suxxettibbli minn ħaddiehor għat-tehid ta' infezzjonijiet, eċċ.?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li il-pazjenti li jidħlu l-MITU bħala day-cases ma jikkonsistux biss minn pazjenti li għandhom bżonn il-kimoterapija imma wkoll pazjenti li għandhom bżonn trattamenti oħrajn għall-kundizzjonijiet mediċi oħra. Għalkemm l-istaff kollu jagħraf li kemm jista jkun il-ħinijiet jiġu rrispettati, minħabba konkorrenza qawwija ta’ pazjenti u problemi oħra li jistgħu jinqalgħu minn ħin għall-ieħor, jista jkun li kultant xi pazjent/a idum iktar mis-soltu jistenna.
Il-prassi li titħaddem bħallissa hi li l-pazjenti li għandhom bżonn il-kimoterapija jiġu
assessed
mit-tim ta tobba li qegħdin jieħdu ħsieb il-pazjent/a individwali, u jekk dawn il-pazjenti jkollhom xi kumplikazzjonijiet meta jkunu d-dar jistgħu jew imorru għand it-tabib tagħhom għal
assessment
jew jiġu l-Emerġenza fejn jarawhom it-tobba tal-post. Fejn ikun hemm bżonn, dawn it-tobba jikkomunikaw mal-Ematoloġista li jkun hemm
on-call
biex issir deċizjoni ta’ kif għandhom jiġu trattati dawn il-pazjenti u jekk hemm bżonn il-konsulenti jidħlu l-isptar (jekk ma jkunux diġa hemm) biex jagħmlu l-
assessment
huma stess.
Madankollu, d-dipartiment konċernat qiegħed kontinwament jaħdem biex is-servizz li jingħata jkun iffukat fuq il-ħtiġijiet tal-pazjent.
Jista' l-Prim Ministru jgħid f'liema żmenijiet il-klandestini kienu jinżammu f'bini fid-depot tal-pulizija? Matul dawk iż-żminijiet kemm minnhom ippruvaw jaħarbu u f'liema dati? Kemm minnhom ippruvaw jaħarbu min-naħa tas-sur ta' wara d-depot u waqgħu 'l isfel għal ġol-foss? F'liema dati u x'kien l-isem ta' kull wieħed minnhom? X'investigazzjonijiet saru dwar kull każ u x'kienu r-riżultati ta' dawn l-investigazzjonijiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi, l-immigranti illegali kienu jinżammu fid-depot tal-Pulizija bejn is-sena 2002 u s-sena 2006. Tagħrif dwar il-kumplament tal-Mistoqsija ma jinżammx taħt forma ta’ statistika u għaldaqstant qed jiġi riċerkat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 33946 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-investigazzjoni interna tal-Korporazzjoni Enemalta, tal-investigazzjoni tal-Pulizija u tal-inkjesta Maġisterjali b’rabta mal-qtugħ ta’ dawl estensiv tat-18 ta' Novembru, 2009? Jista' l-Ministru jagħmel stqarrija ċara u kategorika jekk abbażi ta’ dawn l-investigazzjonijiet il-qtugħ tad-dawl kienx dovut għal każ ta’ sabutaġġ jew le?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija ghal Mistoqsija Parlamentari nru 33946.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid jekk mill-2008 sal-lum, huwa attendix laqgħat organizzati minn, jew bis-sehem tan-NATO? Jekk iva, liema kienu, meta u fejn saru, u x'suġġetti ġew diskussi?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li attendejt flimkien mal-Prim Ministru Working Lunch organizzat mill-Euro Atlantic Partnership Council (EAPC) nhar it - 3 ta' April 2008 f'Bucharest.
Fil-Working Lunch kien trattat is-suġġett "The Euro-Atlantic Partnership: 21st Century Security Challenges". L-attendenza ta' Malta kienet relatata mar-riattivazzjoni ta' Malta fil-Partnership for Peace u d-dħul fil-Euro-Atlantic Partnership Council.
Kumitati Konġunti għal Kumitati Reġjonali — transizzjoni
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'ġara mill-ħaddiema tat-Tribunali Lokali f'Malta u Għawdex waqt it-transizzjoni minn Kumitati Konġunti għal Kumitati Reġjonali u x'qed isir sabiex jiġu integrati f'dan ir-rigward?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-ħaddiema li kienu jagħtu servizz lit-Tribunali Lokali meta dawn kienu jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Kumitati Konġunti qegħdin jagħtu servizz temporanju lill- Kumitati Reġjonali. Id-Dipartiment għall-Gvern Lokali m’għandu l-ebda talba għal impjegati bl-istess skali mill-Kumitati Reġjonali. Ta’ min ifakkar li hi r-responsabbiltà tal-Kumitat Reġjonali skont Artiklu 25 tal-Avviż Legali 320 tal-2011, illi jagħmel talba lid-Direttur sabiex ikun jista’ jimxi mal-Liġi, u wara l-approvazzjoni li tingħata, tkun tista’ tinħareġ sejħa għall-ingaġġ fis-settur pubbliku, li l-Kumitati Konġunti jagħmlu parti minnu. Id-Dipartiment għall-Gvern Lokali ħareġ memorandum dwar dan li fih spjega l-istruttura li biha l-Kumitati Konġunti għandhom jimxu f’dan ir-rigward.
Tista' l-Ministru tgħid min kien qiegħed jissuplixxi l-fuel lill-Pixxina Nazzjonali? Dan is-servizz ingħata b'direct order? Meta l-gvern bi ħsiebu joħroġ it-tender?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Fuel tal-Pixxina Nazzjonali qed jinxtara b’direct order mill-Enemalta wara li kien skada t-tender preċedenti. Bħalissa l-Kunsill Malti għall-iSport qed jipprepara sejħa ġdida għall-offerti li ser tintbagħat lid-Dipartiment tal-Kuntratti għall-pubblikazzjoni fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista' l-Ministru jgħid min kien qiegħed jissuplixxi l-fuel lill-Pixxina Nazzjonali? Dan is-servizz ingħata b'direct order? Meta l-gvern bi ħsiebu joħroġ it-tender?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru 36141.
Korporazzjoni Enemalta — call for application għal welfare officer
Question
B'referenza għall-call for application għal welfare officermal-Korporazzjoni Enemalta li ħarġet fl-2009, jista' l-Minstru jgħid jekk il-persuna li ngħatat din il-kariga ġabitx id-degree mitluba fil-call u jekk ġabet din id-degree jista' jgħid f'liema speċjalizzazjoni u mil-liema università? Jista' jikkonferma jekk id-Dipartiment tal-MQRIC jirrikonoxxix din id-degree f'Malta? Jista' jgħid jekk din id-degree għadha ma nbdietx x'passi se jieħu ċ-chief human resources officer f'dan il-każ peress li l-persuna involuta taħdem viċin ħafna tal-uffiċċju tiegħu u iktar tagħmel xogħol ta' segretarja miegħu milli xogħol relatat mal-welfare tal-ħaddiema?
Jista' jgħid x'se jiġri jekk din il-persuna għadha ma bdietx din id-degree meta fadal biss sena biex jiskadi t-terminu ta' erba' snin li ntalab fil-call for application li qed jiġi kkwotat kelma b'kelma hawnhekk:
"Must be in possession of a degree in Human Resources Management or Psychology. Applications will also be considered from applicants who are in possession of a Diploma in Human Resources Management or Psychology – however if any such applicant is eventually selected for the post, he/she will be placed in the grade of Head and will be required to complete a degree in Human Resources Management or Psychology within the next four (4) years."?
Ma jaħsibx il-Ministru li dawn it-tip ta' call for applications imorru kontra l-benchmarks li soltu juża s-servizz pubbliku meta joħroġ call for applications?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Korporazzjoni Enemalta fl-2009 ħarġet sejħa għall-applikazzjoni ta’ welfare officer bi grad ta’ Assistant Manager. Billi l-persuna magħżula kellha Diploma fil-Psikologija mill-Università ta’ Malta, ingħatat il-ħatra ta’ welfare officer fi grad ta’ Head.
Il-persuna msemmija tirrikjedi li tagħmel ħafna xogħol ta’ natura delikata minħabba problemi soċjali li jista’ jkollhom xi ħaddiema tal-Korporazzjoni u għalhekk ikollha tikkordina mal-uffiċċju tar-Riżorsi Umani
.
Peress li fl-akwata ta' Ħal Farruġ, Ħal Luqa hemm ħafna klieb jiġġerrew barra bla sid, jista' l-Ministru jordna li dawn jinġabru u jittieħdu kura tagħhom minflok jitħallew barra peress li dawn qed ikunu ta' periklu u theddid għar-residenti tal-lokal?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 34250.
Jista' l-Ministru jara l-każ ta' housing li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni tal-applikanti in kwestjoni ġiet ipproċessata mall–applikazzjonijiet l-oħra għall-akkomodazzjoni alternattiva. L-applikazzjoni ser tingħata l-attenzjoni meħtieġa flimkien mal-applikazzjonijiet tal-istess kategorija.
Jista' l-Ministru jara għalfejn fid-day care center taż-Żejtun m'għadhiex issir it-tombla meta joħorġu lill-anzjani?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li meta jkun hemm il-ħruġ miċ-ċentri ta’ matul il-jum u tintlagħab it-Tombla, irid jitħallas permess, skont il-Pulic Lotto Ordinance, ta' Euro 34.94 li jrid jinġabar mill-anzjani stess li jattendu u li jridu t-Tombla. Jekk ma jkunx hemm il-ġbir ta' Euro 34.94 din ma tistax issir għax ma tkunx vijabli.
Tista' l-Ministru tgħid jekk fis-sena skolastika 2007 - 2008 kienx hemm watchman mal-iskola tal-Ospizio l-Furjana? Jekk iva fi x'ħin kienu l-ħinijiet tax-xogħol tiegħu? Jekk kien hemm watchman, tista' tgħid fi x'ħin kien xogħol nhar id-9 ta' April 2008 u x'kien qed jagħmel bein is-6.00 p.m. u s-7.00 p.m.? Tista' tgħid jekk f'din l-iskola kenux għaddejjin evening classes f'dik id-data u jekk iva fi x'ħin?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fis-sena skolastika 2007-2008 kien hemm watchman mal-iskola tal-Ospizio l-Furjana.
Il-ħin tax-xogħol tiegħu kien mill-5pm sas-7am. Nhar id-9 ta' April, 2008 il-
watchman
kien xogħol mill-5pm-7am.
Il-
watchman
xehed li bejn is-6.00pm – 7.00pm, kien għand il-professur ma’ missieru. Il-
watchman
ġie mtella’ quddiem Bord tad-Dixxiplina u kien sospiz għal tlett ijiem (3), f’dawn il-ġranet : 14, 15 u 18 ta’ Settembru 2008.
Evening Classes ma kienx hemm dak inhar.
Jista' l-Ministru jgħid fejn se ssir il-holder tal-bozza tal-komun ta' flat ġdid li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li normalment dan ix-xoghol fil-komun tal-blokka hu responsibli ghalih ir-rapprezentat tar-residenti tal-blokka. Minhabba li din il-blokk partikolari sal-lum ma hemmx rapprezentant, il-Sindku ta’ Hal-Tarxien offra li jaghmila ta’ koordinatur u biex jaghti stuzzjonijiet lil kuntrattur li intghazel mil-Kunsill stess.
Ghaldaqastant il-post fejn se issir il-holder tal-bozza fil-komun intaghzel mis-sindku ta’ Hal- Tarxien. Dan minhabba li qieghed jirrapresenta lil- residenti. Is-Sindku hu obligat jikkonsulta mar-residenti.
Awtorità tad-Djar — applikazzjoni fuq il-waiting list
Question
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni tal-anzjana u t-tifla tagħha li d-dettalji dwarhom qed jintbghatu separatament li ilhom fuq il-waiting list tal-Awtorità tad-Djar għal dawn l-aħħar tmien snin?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni tal-applikanti in kwestjoni ġiet ipproċessata mall–applikazzjonijiet l-oħra għall-akkomodazzjoni alternattiva. L-applikazzjoni ser tingħata l-attenzjoni meħtieġa flimkien mal-applikazzjonijiet tal-istess kategorija.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35947 u jgħid jekk iż-żamma u tindif tal-Għajn tal-Ħasselin, l-Imsida taqax taħt il-gvern ċentrali jew il-kunsill lokali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Id-Dipartiment għall-Gvern Lokali konxju mir-responsabbiltajiet statutorji tal-Kunsilli Lokali kif elenkati fl-Att dwar Kunsilli Lokali, se jitlob lill-Kunsill Lokali tal-Imsida biex jagħmel il-manutenzjoni u t-tindif meħtieġ ta’ l-Għajn tal-Ħasselin.
Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk hux minnu illi fiċ-ċentri ta’ detenzjoni ġewwa Ħal Safi, ix-shifts huma koperti biss permess ta’ tliet suldati tal-armata u saħansitra f’ċerti shifts saħansitra qed ikunu żewġt suldati bejn żewġt points, jiġifieri suldat ma' B Block u suldat ieħor li jieħu ħsieb żewġt warehouses oħra, u ma' dawn hemm biss 11-il uffiċjal magħrufin bħala detention officers, maqsumin bejn iż-żewġ postijiet ‘il fuq imsemmieha, sabiex iservu t’għassa ma' 735 immigrant irregolari? Jista' jgħid jekk hux se jikkonsidra li jżid il-compliment bi b’żewġ suldati oħra f’kull shift kif ukoll jiżdiedu aktar uffiċjali magħrufa bħala detention officers?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li bħalissa hemm tnejn jew tlett suldati li huma responsabbli mis-superviżjoni ta’ kull shift u dawn jitqassmu bejn żewġ binjiet fiċ-Ċentru tad-Detenzjoni ta’ Ħal Safi. Infurmat ukoll li għaddej proċess biex jiżdied in-numru ta’ detention officers.
Jista' l-Prim Ministru jipprovdi rapporti dettaljati ta’ injuries li jsofru s-suldati flimkien ma' detention officers meta jkunu on duty fejn ossia jiġu maltrattati mill-istess immigranti residenti ġewwa Safi Barracks?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk hux minnu li bosta mill-ġlied li jinqala' ġewwa ċ-ċentru tad-detenzjoni f’Safi Barracks, huwiex ibbażat fuq it-tip ta’ ikel ipprovdut, fejn saħansitra hemm differenza fit-tip u l-ammont provdut li jasal bi żball ġewwa ċ-ċentru msemmi minflok fejn suppost kellu jkun indirizzat, jiġifieri fil-Faċilità korrettiva ta’ Kordin? Jista' jipprovdi rapporti dettaljati li tressqu lill-ogħla uffiċjali fi ħdan l-armata dwar dan.u jikkonferma jekk huwiex lest illi jintbagħat uffiċjal li jispezzjona l-ikel għall-għarrieda on site?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li huwa rari ħafna li qatt inqala xi ġlied jew disgwid ġewwa ċ-Ċentru tad-Detenzjoni ta’ Ħal Safi minħabba kwistjonijiet dwar ikel. L-ikel, ta’ kuljum jiġi spezzjonat mill-uffiċjali nkarigati miċ-ċentri ta' detenzjoni. M’inhiex infurmat li l-uffiċjali għolja tal-Armata qatt irċevew xi rapporti uffiċjali dwar xi ilmenti dwar l-ikel.