Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet ta' serqiet minn stabbilimenti kummerċjali rappurtati lill-pulizija matul l-ewwel sitt xhur tas-sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, ġew irrapportati lill-pulizija 303 serqiet minn stabbilimenti kummerċjali, li 81 kienu għad-detriment ta’ impjegati jew parruċċani li kienu fil-ħwienet.
Każijiet ta' serq ta' karozzi privati u jew self drive
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet ta' serq ta' karozzi privati/self drive rappurtati lill-pulizija matul l-ewwel sitt xhur tas-sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, ġew irrapportati lill-pulizija 163 serqa ta’ vetturi.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet ta' serqiet minn residenza privati rappurtati lill-pulizija matul l-ewwel sitt xhur tas-sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, ġew rapportati lill-pulizija 466 serqiet minn djar privati. Minn dawn 109 kienu jikkonċernaw oġġetti misruqa minn fuq barra tar-residenzi u 59 minn residenzi li ma kienux okkupati.
San Pawl il-Baħar, Qawra, Buġibba — provista tal-ilma sospiża
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba kienet sospiża l-provvista tal-ilma f'San Pawl il-Baħar, Qawra u Buġibba separatament matul l-ewwel sitt xhur tas-sena? X'kienu r-raġunijiet?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid x'prijorità tingħata lil kollezzjonisti li jkunu jixtiequ post loġistiku żgħir fejn ikunu jistgħu jesponu dawn il-ħwejjeġ b'mod permanenti f'forma ta' mużew? Kemm ġiet mikrija proprjetà pubblika għal dan il-għan matul din is-sena?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi talbiet minn kollezzjonisti li jkunu jixtiequ post fejn ikunu jistgħu jesponu l-kollezzjoni tagħhom b'mod permanenti jingħataw l-attenzjoni meħtieġa bħal kull talba oħra li jirċievi d-Dipartiment.
Bħalma jsir f’każijiet oħra sabiex id-Dipartiment tal-Artijiet ikun jista’ jipproċessa talbiet bħal dawn, l-Għaqda jew l-Għaqdiet kollezzjonisti huma mitluba li jippruvaw jindikaw lid-Dipartiment, proprjeta’ li hija adekwata għalihom.
L-unika għaqda tal-Kollezzjonisti li ġiet mikrija proprjeta’ tal-Gvern kienet l-AMACS. Din ġiet mogħtija alternattiva għall-proprjeta’ li kellhom qabel ġo Tigne u li kienet ġiet imwaqqa’ minħabba l-proġett tal-MIDI.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-proprjetà li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, hijiex tal-gvern jew le? Jekk hija proprjetà tal-gvern, hemm xi opportunità li l-art tingħata għall-kiri jew għall-bejgħ?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-proprjetà li d-dettalji tagħha ngħataw separatament hija proprjetà tal-gvern li hija diġà mikrija u ix-shareholders l-ġodda li xtraw il-kumpanija, qegħdin jistennew il-permessi tal-MEPA sabiex jibdew ix-xogħlijiet neċessarji.
Applikazzjonijiet għar-Residenza San Vinċenz de Paul
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 32964, issa li għaddew aktar minn tliet xhur oħra u l-qagħda ta' dawn l-anzjani marret ferm aktar għall-agħar, jista' l-Ministru jgħid f'liema post tal-lista tal-istennija qegħdin sabiex jiddaħħlu fir-Residenza San Vinċenż de Paul?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li ż-żewġ applikazzjonijiet imsemmija qegħedin fil-lista ta’ stennija ta’ Prijorità Għolja għar-Residenza ta’ San Vinċenz. Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jekk il-qagħda ta’ dawn l-anzjani marret ferm iktar għall-agħar għandu jsir “update” tal-applikazzjoni biex b’hekk terġa tidher quddiem il-Bord tal-Ammissjoni.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jkunu konklużi r-riżultati tal-interviews li saru madwar seba' xhur ilu, għall-postijiet vakanti għall-kamra mortwarja fl-Isptar Mater Dei u awtopsji? Meta se jiġu impjegati dawk li kienu successful?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li r-riżultat għall-vakanzi msemmija diġà nħareġ, u li huwa mistenni li l-vakanzi approvati jiġu mimlija fi żmien qasir.
Jista' l-Ministru jara l-każ ta' mara li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li rebħet l-arbitru b'appell mill-qorti imma issa mhux qed tirċievi l-flus li għandha tieħu?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli INterpellant li d-Dipartiment qiegħed jinvestiga l-każ tal-persuna ndikata.
Aktar 'il quddiem id-Dipartiment ser jinforma bl-eżitu tal-każ direttament lill-persuna konċernata.
ċentri tal-persuni b’diżabilità — manual of procedures
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-manual of procedures taċ-ċentri tal-persuni b’diżabilità? Jista’ jgħid jekk dan il-manual intbagħatx lill-ġenituri tal-klijenti sabiex huma jkunu jafu x’tip ta’ servizzi qed jingħataw lil uliedhom?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-dokument hawn fuq imsemmi qiegħed fil-proċess li jiġi rivedut. Dan minħabba d-diversi tibdiliet ta’ operat li saru matul dawn l-aħħar snin. Għaldaqstant dan id-dokument ma jistax jinħareġ bħalissa. Huwa maħsub li meta dan id-dokument ikun lest, l-informazzjoni li qegħda f’dan id-dokument ssir ukoll b’mod issimplifikat (easy format) sabiex jingħata lill-ġenituri u lill-klijenti.
Madanakollu l-Aġenzija SAPPORT għandha proċedura fejn isir Service Agreement mal-ġenituri u kuraturi tal-persuni b’diżabilità li jiġi imfiehem waqt il-Case Conference inizjali u li tiegħu jingħataw kopja. Kull sena jsir Case Review li jiġi iddokumentat apposta rigward il-klijent speċifiku. Il-familjari u kuraturi jingħataw ukoll kopja ta’ dan id-dokument.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 35758, jista’ l-Ministru jgħid ghaliex ma ġewx mixtrija t-tliet coaches ġodda minflok dawk li ġew skrappjati sabiex il-klijenti taċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum ikunu jistgħu jużaw regolarment kuljum f’attivitajiet organizzati fil-komunità?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-coaches indikati minnu gew skrappjati għaliex ma kienx vjabbli li jissewwew. L-agenzija ddecidiet li fejn ikun hemm bzonn trasport bil-coaches dan is-servizz jinxtara mingħand il-privat.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — informazzjoni dwar il-priġunieri
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm nies fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin illum u għal liema reat huma ġew issentenzjati? X’etajiet għandhom dawn il-priġunieri? X’għajnuna prattika qegħdin jingħataw sabiex ma jerġgħux jiżbaljaw?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi l-Popolazzjoni fil- Faċilità Korrettiva ta’ Kordin illum 2 ta’ Lulju 2012 hija ta’ 591 persuna b’ kollox. In-numru ta’ persuni li qed iservu sentenza huwa 401.
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabelli li juru ir-reat li tiegħu nstabu ħatja u ġew sentenzjati u l-eta’.
Għar-rigward tal-aħħar parti tad-domanda, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlmentari Numru 34374.
Pender Gardens — xogħol li qed joħloq inkonvinjent
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm se jdum għaddej ix-xogħol qrib Pender Gardens peress li qed ixekkel il-flow tat-traffiku permezz ta' obstruction ta’ triq arterjali prinċipali u anki b’bus terminus fil-qrib? Meta nbeda dan ix-xogħol u meta huwa mistenni jitlesta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tikkonferma jekk it-terminu tal-Bord tal-Gvernaturi tal-Istitut għall-Istudju Turistiċi intemmx f’Ġunju 2012? Jekk iva, inħatar bord ġdid? Min huma l-membri? X’inhu t-terminu? Dan sar skont Avviż Legali 131 tal-2012?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Bord tal-Gvernaturi li hemm bħalissa l-ITS huwa dak li ġie appuntat is-sena l-oħra skont it-Terms of Reference li ilu jadopera l-ITS għal dawn l-aħħar snin. It-terminu ta’ dan il-Bord skada ix-xahar li għadda, però skont il-prassi dan il-Bord għandu jibqa’ jopera sakemm jinħatar Bord ġdid.
Fi żmien qasir, ser issir il-ħatra tal-membri l-ġodda tal-Bord tal-Gvernaturi tal-ITS skont l-Avviż Legali 131 tal-2012.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentaru 35373, tista’ l-Ministru tispeċifika liema klawżola/klawżoli tal-ftehim kollettiv bejn l-Istitut għall-Istudji Turistiċi u l-MUT japplikaw fil-każ ta’ din il-persuna? Ħarġet sejħa għall-applikazzjonijiet biex il-post ta’ deputat direttur ma jibqax vakanti? Din is-sejħa se ssir skont Avviż Legali 131 tal-2012?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Peress li l-posizzjoni hija waħda maniġerjali, ma taqax taħt il-ftehim kollettiv bejn l-Istitut għall-Istudji Turistiċi u l-MUT. Fil-ġranet li ġejjin se toħroġ sejħa għall-applikazzjonijiet biex il-post ta’ deputat direttur ma jibqax vakanti, liema sejħa se ssir skont l-Avviż Legali 131 tal-2012.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid x'inhi r-raġuni li l-persuni li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, li ilhom jgħixu Malta minn 1990 għad għandhom l-applikazjzoni tagħhom pendenti biex isiru ċittadini Maltin? Jista' jgħid għaliex għadha ma ġietx konkluża l-applikazzjoni tagħhom biex jiġu naturalized Maltin?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-applikazzjonijiet magħmula mit-tlett persuni li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant għadhom qed jiġu pproċessati. Malli tittieħed deċizjoni fuq il-każ tagħhom, huma jiġu mgħarrfa biha minnufih.
Ħal Qormi — Triq l-Erba' Qaddisin - leakage ta' ilma
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-leakage tal-ilma fi Triq l-Erba' Qaddisin Ħal Qormi ilu iktar minn madwar ġimagħtejn biex jiġi msewwi mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u sal-lum għad hemm l-ilma ħiereġ fit-triq?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizz tal-Ilma rċeviet żewġ rapporti fuq dan il-leak, wieħed fis-27 ta’ Ġunju u ieħor fit-28 ta’ Ġunju. Il-leak issewwa fl-1 ta’ Lulju.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sensitivity analyses li saru fit-tħejjija tar-rapport finali dwar l-istrategic review tas-sistema tal-pensjonijiet?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Kapitolu 2.4, Final Report: Strategic Review – Outcome of the Consultation Process and Proposed Next Steps.