Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #36228 Sitting 501 2012-07-10 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għal Għawdex

Eko-Għawdex

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 36046 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u issa ġiet riferuta lilu u cioè: Billi f’nofs Mejju l-gvern saħaq waqt laqgħa tal-Kabinett ġewwa Għawdex li l-proġett Eko-Għawdex kien daħal fit-tieni fażi tiegħu u billi s-segretarju permanenti fil-Ministeru mill-21 ta' Mejju 2012 li wiegħed lill-Kumitat dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp tal-Kamra tar-Rapprezentanti li l-Ministeru għal Għawdex ħa nota tat-talba tal-kumitat biex jiġi ppubblikat immedjatament ir-rapport sħiħ dwar Eko-Għawdex, tista' l-Ministru tindika meta mistenni jsir dan speċjalment meta intqal li dan kien hemm il-ħsieb li jiġi ppubblikat fl-iqsar żmien possibbli? Billi l-Ministeru qal li l-ewwel ried jevalwa t-talba ta' xi aġġornamenti meħtieġa, ma taħsibx li huwa xieraq li kif oriġinarjament mitlub jiġi ppubblikat ir-rapport innifsu fl-istadju li qiegħed fih bħalissa, flok wieħed joqgħod jistenna aġġornamenti ġodda li jistgħu jservu biss biex ikomplu jtawwlu l-proċess?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata illi l-aġġornamenti meħtieġa għar-rapport dwar Eko Għawdex kważi tlestew u għalhekk fil-ġimgħat li ġejjin se jiġi ppubblikat id-dokument imsemmi.

Swatar — traffic lights

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36121 u jikkonferma jekk Transport Malta qatgħetx barra is-suġġeriment u/jew proposta li jkun hemm traffic lights biex residenti fin-naħa ta' Tal-Qroqq Str u l-parti t’isfel tas-Swatar jaqsmu għan-naħa tal-Università? Jekk dan huwa minnu u billi qed jiġu nkoraġġiti bħala residenti biex jużaw aktar is-subway li hemm, jistgħu jittieħdu passi flimkien mal-awtoritajiet kompetenti biex dan jiġi mdawwal aħjar, joffri aktar sigurtà u ma jkunx hemm overflowing tad-drenaġġ kif irrapurtawli li qed jiġri spiss?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-underpass, sabiex il-pedonali jaqsmu min-naħa tas-Swater għan-naħa tal-Universita, hija meqjusa bhala l-aktar mod sikur biex taqsam it-triq. Ninsab infurmat ukoll li Transport Malta qiegħda dejjem tieħu l-passi neċessarji sabiex isiru x-xogħlijiet meħtieġa sabiex din is- subway tkun aktar imdawwla, sigura u nadifa.

sperimentazzjoni dwar ġenetika tal-majjal

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru hux qed jagħmel xi sperimentazzjoni partikulari għal dak li jikkonċerna l-ġenetika tal-majjal, għat-trobbija f'Malta? Jekk iva, fejn qed isiru dawn l-esperimenti u min qed jikkollabora biex l-istudju jkollu s-suċċess meħtieġ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern mhux jagħmel sperimentazzjoni fil-ġenetika tal-majjal għat-trobbija f'Malta u ma jidhirx li hemm lok li dan isir lokalment meta din it-tip ta’ riċerka titlob speċjalizazzjoni għolja ħafna u għaldaqstant riċerka simili qatt ma tista’ tkun ekonomikament vijabbli. Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 34212,. tajjeb ukoll li infakkru li dan il-Ministeru, flimkien mal-Koperattiva ta’ Min Irabbi l-Majjali, kien vara programm ta’ bdil ta’ ġenetika u dejjem ta l-appoġġ tiegħu meħtieġ biex jintlaħaq il-għan li jkun hawn majjali ta’ ġenetika li jagħtu l-aħjar rendiment. Ninfurmah li fl-għażla tal-varjeta magħżula ngħatat konsiderazzjoni għall-addattabilità għall-klima u ambjent ta’ dawn il-gżejjer.

kunsilli lokali — nefqiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru jirċeviex b'mod regolari rapporti dwar in-nefqiet li jkunu qed isiru b'direct order mill-kunsilli lokali madwar Malta u Għawdex? Jekk iva, kull kemm żmien jiġri dan?

Response (FENECH, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Uffiċju tal-Prim Ministru.

nies jistennew li jgħaddu ġuri

Question

Jista' l-MInistru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' persuni li qed jistennew li jgħaddu ġuri fil-qrati Maltin? X'tip (b'mod ġenerali) ta' reati huma akkużati bihom dawk li qed jistennew dawn l-istess ġurijiet? Kemm ilu pendenti l-iktar każ li hemm bħalissa?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ persuni li presentement qed jistennew li jgħaddu ġuri quddiem il-Qorti Kriminali huwa ta’ 106. It-tipi ta’ reati li huma akkuzati bihom dawk li qed jistennew li jgħaddu guri huma: Traffikar ta’ droga, money laundering , serq aggravat, omicidju, tentattiv ta’ omicidju, stupru, u traffikar ta’ persuni. L-aktar każ li ilu pendent quddiem il-Qorti Kriminali ilu hekk pendenti mis-sena 2002. Dan il-każ qiegħed jistenna l-eżitu ta’ kaz ieħor, liema każ huwa appuntat ghal November, 2012.

liġi tal-istampa

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi ħsieb partikulari biex għal dak li jirrigwarda l-liġi tal-istampa ma jkunx iktar permissibli li l-istampa, u l-mezzi l-oħra ta' komunikazzjoni sservi biex tqarraq b'dawk li jkunu qed jaqraw jew jisimgħu l-mezzi tax-xandir, minflok, mal-mezzi tax-xandir jintużaw bħala għodda ta' informazzjoni, jew tagħlim?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Il-ligijiet dwar l-istampa izommu l-bilanc bejn id-dritt tal-liberta’ ta’ l-espressjoni, d-dritt ta’ kull persuna ghall-integrita tar-reputazzjoni taghha u d-dritt ta’ kulhadd illi jithalla liberament jifforma l-opinjonijiet u l-ideat tieghu minghajr ma jigi indottrinat. Mezzi ta’ l-istampa illi jghawwgu u jivvintaw il-fatti b’ mod illi jqarrqu bl-udjenza jew bil-qarrejja taghhom ikunu fil-fatt qeghdin jonqsu serjament mir-rispett ghad-dritt ta’ dawk il-qarrejja jew ta’ dik l-udjenza li jiffurmaw l-ideat u l-opinjonijiet taghhom fil-liberta’ u jkunu fil-fatt qeghdin jiehdu s-sura ta’ mezzi ta’ kommunikazzjoni ta’ kultura dittatorjali. Il-ligijiet ta’ l-istampa diga jinkludu dispozizzjonijiet li jipprovdu kontra l-abbuz tal-mezzi tax-xandir u ta’ l-istampa izda dan ma jfissirx illi fil-prattika ma jkunx hawn xorta wahda min jabbuza. Naturalment kull tibdil fil-ligijiet ta’ l-istampa irid ikun konformi tad-dritt ghall-liberta’ ta’ l-espressjoni u ghalhekk certament li ma jkunx ghaqli li wiehed jintroduci ligijiet ta’ l-istampa li jxekklu d-dritt tal-media li tikkritika u li twettaq ir-rwol taghha f’ socjeta’ demokratika. F’ dan l-istadju jkun tajjeb illi dawn il-ligijiet u l-mod kif ikunu qeghdin jitwettqu jigu ezaminati minn zmien ghal zmien sabiex jigi determinat jekk hemmx bzonn xi tibdil fihom u dan dejjem fir-rispett shih ghad-dritt tal-liberta’ tal-espressjoni.

attivitajiet organizzati fis-sajf

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru hux se jkun, permezz tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, jorganizzaxi attivitajiet partikulari matul il-ġimgħat tas-sajf li qegħdin fih? Jekk iva liema huma dawn l-attivitajiet?

Response (DEMARCO, MARIO)

Il-Ministeru jara li jiġu organizzati numru ta’ attivitajiet matul is-sajf permezz tal-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu u l-Kunsill Malti għall-Arti u l-Kultura. Fix-xahar ta’ Ġunju kien hemm il-Malta Music Week u l-kunċet tal-Isle of MTV fl-organizzazzjoni ta’ liema l-MTA jagħtu sehemhom. L-MTA tagħti għajnuna wkoll sabiex jiġu organizzati mill-Privat matul is-sajf numru ta’ kunċerti. Jiġu mgħejjuna wkoll attivitajiet minn numru ta’ Kunsilli Lokali. Min-naħa tal-Kunsill Malti għall-Arti u l-Kultura jiġu organizzati l-Għana Fest, il-Malta Arts Festival u l-Jazz Festival.

Buġibba — water park

Question

Billi kien hemm persuni, li kkritikaw il-ftuħ tal-Water Park f'Buġibba, ftit tal-jiem ilu, jista' l-Ministru jaghti tagħrif dwar jekk il-water park infetaħx għalxejn, li kien ta' ħela ta' flus, u li permezz tiegħu l-gvern qed jagħti eżempju ħazin? Kemm kienu s'issa dawk li attendew f'dan il-post?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li għal-kuntlarju ta’ dak li jintqal is-suċċess tal-park jidher mill-attenza ta’ medja ta’ 900 tifel u tifla kuljum li qed imorru jiddevertu f’dan il-Park. Permezz ta’ proġetti ta’ dan it-tip, it-tfal qed ikollhom aktar spazju fejn joħorġu l-kreattivita’ tagħhom filwaqt li qed igawdu minn livell t’għixien aħjar. It-tfal qed igawdu u jiddevertu f’din l-avventura ġdida u innovattiva li qed toffri 17-il water feature differenti. Dan il-Park qed jopera bejn Gunju u l-aħħar ta’ Settembru mill-10.00am sas-7.00pm. L-ilma kollu li jintuża fil-Park huwa riċirkolat u jinżamm f’ reservoir taħt l-istess park. L-ilma ħiereġ mill-water features wara li jinġabar lura jiġi ffiltrat u sanitizzat bl-użu ta’ UV sterilisation kif ukoll bl-użu ta’ chlorine . Dan iċ-ċiklu dejjem jirrepeti ruħhu biex b’hekk l-ilma ma jkun qatt ta’ periklu għas-saħħa tat-tfal. Il-Park qed jitmexxa b’sistema fejn jidħlu gruppi ta’ 50 tifel u tifla wara xulxin kull 20 minuta. Dan biex kulħadd jingħata l-opportunita’ li jilgħab f’dan il-park uniku. Dan il-park hu mibni f’forma ta’ dgħajsa jinkludi wkoll locker room u servizzi sanitarji. Dan hu proġett li sar b’investiment tal-Gvern ta’ €600,000. Apparti l-fatt li dan il-proġett huwa investiment dirett fit-tfal, huwa wkoll proġett li se jkompli jagħti spinta ’l quddiem lill-komunita’ kummerċjali ta’żona turistika Buġibba. Tajjeb li inżid li dan il-Ministeru irċieva numru konsiderevoli ta’ kummenti favorevoli. Fosthom kien hemm ukoll fejn intwera interess li faċilitajiet simili jinfetħu f’postijiet oħra Dan il-Ministeru dejjem lest li jisma’ kwalunkwe suġġeriment biex inkunu nistgħu intejbu fejn hemm bżonn.

learnıng support centres — informazzjoni

Question

Tista' l-Mınıstru tgħıd kemm hawn learnıng support centres(resource centres f'Ghawdex u f'Malta)? Fejn qegħdın u x'età ta' studentı jżommu? Kemm kıen hemm studentı reġıstratı f'kull ċentru fıx-xahar ta' Mejju 2012? X'kıenet l-attendenza jum b'jum f'kull ċentru matul ıx-xahar ta' Mejju 2012? Kemm kıen hemm għallıema u separatament staff ıeħor professjonalı ınvolut f'kull ċentru matul l-ıstess xahar? Kemm mınn dawn l-ıstudentı reġgħu ġew ıntegratı fl-ıskola orıġınalı tagħhom? X'kıenet l-ıspıża globalı ta' kull learnıng support centre (resource centre) matul ıx-xahar ta' Mejju 2012 u tista' tagħtı breakdown tal-ıspejjeż?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Għawdex — San Lawrenz - road hump fi Triq Rokon

Question

Peress lı r-resıdentı ta' Trıq Rokon, San Lawrenz Għawdex u nıes oħra lı jıffrekwentaw dık ın-naħa tal lokalıtà ta' San Lawrenz qed jılmentaw lı qed ıkun hemm ħafna vetturı deħlın u ħerġın mıl-lukanda b'veloċıtà qawwıja u allura jıxtıequ lı jkun hemm road hump bıex ıs-sewwıeqa jnaqqsu l-veloċıtà u allura ma jkunux ta' perıkolu, jısta' l-Mınıstru jara lı dan l-ılment jiġi ındırızzat u dın ıt-talba tıġı mılqugħa?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat li Transport Malta studjat dan il-każ u mhux rakkomandat li f'din it-triq issir round topped road hump minħabba li din hi triq għall-aċċess biss. L-Awtorita' rrakomandat li jitwaħħlu tabelli u jsiru marki fl-art SLOW.
Leg 11 PQ #36247 Sitting 501 2012-07-10 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — nies li jaħdmu bit-telework

Question

Tista' l-Ministru tgħid u tagħti lista tal-ħaddiema f'Għawdex li wara l-ewwel ta' Jannar 2011 bdew jaħdmu t-telework fl-istess dipartiment li kienu jaħdmu fih; kif ukoll lista ta' dawk il-ħaddiema li ġew trasferiti f'dipartimenti oħra wara din l-istess data u li llum qegħdin jaħdmu t-telework?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #36249 Sitting 501 2012-07-10 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — fondi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi proġetti/skemi taħt il-Programmi Operattivi I u II tal-Politika ta’ Koeżjoni Ewropea 2007-2013 – Fondi Strutturali u Fond ta’ Koeżjoni – li huma proposti u li qed jistennew l-approvazzjoni tal-gvern li minnhom se jibbenefika Għawdex? Liema huma dawn il-proġetti/skemi? Kemm se jibbenefika f’kull każ? Meta mistennija li jiġu approvati mill-Gvern?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa hemm 4 sejħiet għall-proġetti li qegħdin fil-proċess ta’ evalwazzjoni għand l-Awtorità ta’ Ġestjoni. Fost il-proġetti li ġew sottomessi hemm ukoll spiża u attivitajiet li huma ntenzjonati li jiġu minfuqa u mwettqa f’Għawdex. Peress li dan il-proċess ta’ evalwazzjoni huwa wieħed kompetittiv, wieħed irid jistenna l-konklużjoni tal-evalwazzjoni biex jingħataw aktar dettalji.
Leg 11 PQ #36250 Sitting 501 2012-07-10 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — fondi strutturali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema huma l-iskemi ta’ għajnuna diġà approvati taħt Programm Operattiv II tal-Politika ta’ Koeżjoni Ewropea 2007-2013 – Fondi Strutturali - li minnhom se jibbenefika Għawdex? Min huwa l-intermediate body taħt kull skema? Kemm hu l-ammont ta’ fondi li bbenefika/se jibbenefika? Liema minn dawn l-iskemi diġà tlestew? Liema huma dawk li diġà nbdew u għadhom ma tlestewx? Meta nbdew? Meta mistennija li jitlestew? Dawk li għadhom ma nbdewx, meta mistennija li jibdew u jitlestew? Jista’ jgħid kemm tħallsu flus s’issa u kemm hemm flus kommessi biex jitħallsu f’kull każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hemm żewġ skemi ta’ għajnuna taħt il-Programm Operattiv II li minnhom qed jibbenifikaw kemm Malta kif ukoll Għawdex. Qed inpoġġi fuq l-Mejda tal-Kamra kopja tal-lista tal-iskemi u l-informazzjoni relevanti hekk kif mitlub.
Leg 11 PQ #36251 Sitting 501 2012-07-10 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

language schools reġistrati

Question

B’referenza mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 35752 dwar language schools reġistrati f’Malta u f'Għawdex, tista’ l-Minsitrui tagħti t-tagħrif dwar kemm dawn l-iskejjel jimpjegaw għalliema u kemm jesgħu studenti u ta' liema lingwi huma għal Malta u għal Għawdex separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #36252 Sitting 501 2012-07-10 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Bini ta' Pixxina fir-Rabat Għawdex

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 32797 dwar l-offerta għall-bini ta’ pixxina fir-Rabat Għawdex fejn il-Ministru tat kelma b’kelma l-istess tweġiba li kienet tatni tliet xhur u nofs ilu, tista’ l-Ministru tgħid x’sar f’dawn it-tliet xhur u nofs? Tista’ tgħid jekk id-dokumnet tat-tender intbagħatx lid-Dipartiment tal-Kuntratti biex jiġi vvettjat? Jekk iva, meta? Jekk le, meta mistenni li jintbagħat?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li d-dokument tat-tender - Tender for the Construction of hoarding and earth works at the Gozo Natatorium intbagħat lid-Dipartiment tal-Kuntratti fis-27 ta' Jannar 2012 biex jiġi vvetjat. Il-proċess wasal fil-fażi finali tiegħu u għandu jiġi ppubblikat fi żmien qasir.
Leg 11 PQ #36253 Sitting 501 2012-07-10 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — xogħol ta’ back office

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħti għall-mistoqsija parlamentari dwar trasferiment għal Għawdex ta’ xogħol ta’ back office tad-Dipartiment tal-Gvern Lokali fosthom il-Monitoring Unit, jista' l-Prim Ministru jgħid fejn kull wieħed mill-impjegati trasferiti fejn kien iwettaw ix-xogħol tiegħu/tagħha fiżikament, jekk hux f’Malta jew f’Għawdex qabel dawn ġew trasferiti għall-Monitoring Unit? Jista’ jgħid kull wieħed minn dawn l-impjegati meta beda jwettaq dmiritjietu fiżikament f’Għawdex? Jista’ l-onor Ministru jispjega kif xogħol ta’ monitoring jista’ jkun xogħol ta’ back-office?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Ix-xogħol li jwettaq il-Monitoring Unit jikkonsisti primarjament fi skrutinju ta’ minuti u monitioraġġ tal-ħidma mwettqa mill-Kunsilli Lokali. Għaldaqstant hu possibli li tali xogħol jitwettaq fil-format ta’ back office minn Għawdex. Il-Monitoring Unit jara wkoll talbiet li jsiru minn Sindki, Viċi Sindki, Kunsillieri u l-pubbliku in ġenerali.

Transport Malta — Enforcement Department - security li wettaq att kriminali relattat ma' serq

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk matul ix-xahar ta’ Awwissu 2011, persuna fil-kariga ta’ security fl-Enforcement Department ta’ Transport Malta stazzjonat f’Sa Maison Transport Directorate, wettqet att kriminali relattat ma' serq? Jista' jipprovdi r-rapport dettaljat tal-każ, x’passi ttieħdu fil-konfront ta’ dan il-ħaddiem u x’kariga jokkupa llum fi ħdan l-istess Awtorità wara li wettaq dan l-att?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li ma kien hemm l-ebda każ ta’ serq minn security fl-Enforcement Directorate f'Awwissu 2011.

Marina tal-Kottonera — xogħol ta' manutenzjoni fuq jottijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux permess li fil-marina tal-Cottonera, jsir xogħol ta' manutenzjoni fuq jottijiet? Jekk fin-negattiv, jista' jgħid jekk isirux spezzjonijiet sabiex dan ma' isirx jista' jgħid ukoll kemm-il spezzjoni kontra dan it-tip ta' xogħol u abbuż ieħor fl-istess marina, saru matul dan l-ahhar tnax-il xahar ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

informazzjoni dwar il-camping

Question

Jista’ l-Ministru jispjega x’inhi l-policy dwar il-camping f’pajjiżna? Hemm xi restrizzjonijiet biex wieħed imur camping f’pajjiżna, fis-sens, hemm xi postijiet fejn ma jistax isir camping? Jekk fl-affermattiv, tista’ tingħata spjegazzjoni għalfejn din il-projbizzjoni? Fejn huwa permess li jsir camping?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-Regolamenti fuq l-attivita' tal-camping f'pajjiżna ivarjaw minn sit għal sit minħabba li din l-attivata' hija suġġett għal regolamenti, awtorizzazzjonijiet jew provisjonijiet speċifiċi għas-sit. Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġibiet li ngħataw għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 2056 u Mistoqsija Parlamentari Numru 9935 li tirreferi ukoll għal tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 9434. Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onorevoli Interpellant u ninfurmah li r-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 9434 ġiet aġġornata. Minn meta twaqqfet l-Awtorita` ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, ġew approvati erba' (4) applikazzjonijiet għal caravan / camping sites; tlieta (3) fil-Mellieħa u waħda (1) f’Baħar iċ-Ċagħaq (Naxxar). Filwaqt li tlett (3) applikazzjonijiet għadhom pendenti; tnejn (2) minn dawn huma proposti fil-lokalita` tal-Mellieħa u waħda (1) Baħar iċ-Ċagħaq (Naxxar).

MEPA — non executable permits

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm ħarġu notifikazzjonijiet ta' non executable permits li ħarġet l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar din is-sena? F'liema lokalitajiet ħarġu dawn in-notifikazzjonijiet u kemm f'kull lokalità?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita' tal-Ambjent u l-Ippjanar ħarġet 170 notifika li ser jinħareġ permess li ma huwiex esekuttibli. Permess mhux esekutibbli huwa kunċett ġdid li l-MEPA ressqet bħala għajnuna lill-klijenti. S’issa, wara li tittieħed id-deċiżjoni, normalment il-klijent jista’ ikun jinħtieġ, fost affarijiet oħra, jissottometti dokumentazzjoni, iħallas multi għal sanzjonar, iqiegħed garanziji bankarji u jħallas għal parkeġġ mhux provdut permezz tas-ĊPPS jew il-UIF. Fejn il-klijent ikollu wieħed jew kollha minn dawn ir-rekwiżiti, il-permess ma jistgħax jinħareġ qabel dawn il-ħlasijiet ikunu effettwati. Jekk il-ħlasijiet ma jsirux sa sitt xhur il-permess jaqa’. Issa, il-MEPA fasslet strateġija biex il-klijent jista juża t-terminu sħiħ tal-permess, jiġifieri il-validita’ legali skond il-kundizzjoni li tirregola l-validita sabiex jagħmel il-ħlasijiet meħtieġa. Wara xahar mid-deċiżjoni u fejn l-applikant ma jkunx ħallas jew talab rikonsiderazzjoni, tinħareġ kopja tal-permess, li l-klijent jista juża, per eżempju, biex juri lill-Bank li tassew għandu permess. Dan il-permess jibqa validu skond il-kundizzjoni tal permess maħruġ. Jekk permess huwa validu għal ħames snin jista’ jissottometti l-flus meħtieġa tul dak il perjodu imam jekk ngħidu aħna, jagħmel dan wara sentejn, ikun għad fadallu 3 snin biex isarraf dak il-permess. Fejn ikun hemm multa applikabbli għax ikun diġa sar xogħol fuq is-sit bla permess, il ħruġ ta permess mhux eżekuttibli, mhux applikabli qabel ma jitħallsu l multi meħtieġa. Din allura hija miżura amministrattiva biex taġevola lill-klijent u ma timponix ħlasijiet immedjati meta forsi l-permess ma huwiex maħsub li jintuża minufih. Din il miżura hija favorevoli ukoll għall min ikun oġezzjona fil ħin stipulate, fuq l-applikazzjoni, għaliex jista’ jissottometti appell immedjatament quddiem it-Tribunal. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bid-dettalji mitluba.