Legislature:
Category:
Reset
Active:

nefqa fuq riċivimenti

Question

Jista' l-Minisistru jgħid kemm fil-ministeru li jmexxi huwa nefaq f'festini, parties, ikliet u riċivimenti matul is-snin 2007/8/9/10/11?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onor.Interpellant li matul din il-leġistratura weġibt numru ta’ Mistoqsijiet Parlamentari dwar dan is-suġett. Għalhekk nitlob lill-Onor.Interpellant jirreferi għat-tweġibiet li tajt għal dawn il-Mistoqsijiet Parlamentari nru: 10810, 13732, 24815,24816,27207,33561. Għar-rigward tas-sena 2007 u l-ewwel 3 xhur tal-2008 nfakkar lill-Onor Interpellant li dik kienet leġistratura differenti u għalhekk dan kien Ministeru Differenti.

nefqa f'kontijiet tat-telephone

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-ministeru li jmexxi huwa nefaq f'kontijiet tat-telephone kemm land lines kif ukoll mobile calls matul is-snin 2007/8/9/10/11?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bl-informazzjoni mitluba għas-snin 2008 sa 2011. Kif jaf l-Onor Interpellant qabel l-aħħar elezzjoni il-portofolio ta’ dan il-Ministeru kien differenti minn dak ta’ llum, għaldaqstant qed nagħti l-informazzjoi mill l-aħħar elezzjoni ‘l hawn

informazzjoni dwar safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba bħala Ministru huwa kellu jsiefer matul is-snin 2007/8/9/10/11? Fejn kienu dawn is-safriet u kemm damu? Jista' jgħid kemm ġiet tiswa kull safra li għamel bħala Ministru?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

kiri ta' karozzi u nefqa fuq fuel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa tal-ministeru tiegħu biex jikri l-karozzi u fil-fuel li l-karozzi tal-ministeru tiegħu kellu bżonnn matul is-snin 2007/8/9/10/11?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Fiwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġibiet mogħtija għall-Mistoqsijiet Parlamentari, numri 30061, 29230, 24582, 17169, 9170, u 9356 għar-rigward ta’ kiri ta’ karozzi; u għat-tweġibiet mogħtija għall-Mistoqsijiet Parlamentari, numri 27852, 25158, 14052, u 5584. Kif jaf l-Onor Interpellant qabel l-aħħar elezzjoni il-portofolio ta’ dan il-Ministeru kien differenti minn dak ta’ llum, għaldaqstant qed nagħti l-informazzjoi mill l-aħħar elezzjoni ‘l hawn

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — postijiet vakanti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm postijiet vakanti fl-istrutturi tal-ministeru li jmexxi hu? Kemm ilhom vakanti u xi skala u responsabiltajiet għandhom dawn il-karigi li suppost huma okkupati?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-informazzjoni qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.

applikazzjoni għal post alternattiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn waslet l-applikazzjoni għal post alternattiv tal-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna in kwestjoni applikat ghall-post alternattiv fit-12 ta’ Ġunju 2012. L-applikazzjonim giet ipproċessata u l-ispezzjoni se ssir fil-futur qarib.
Leg 11 PQ #35951 Sitting 501 2012-07-10 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru tal-Intern

Dipartiment għal Gvern Lokali — ħatra ta' persuna

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'qed iżomm lid-Dipartiment għal Gvern Lokali milli jaħtar lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament bħala deputat segretarju eżekuttiv ta' kunsill partikolari?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li fil-ġranet li ġejjin se jinħatar Aġent Segretarju Eżekuttiv għal Kunsill Lokali ta’ Ħal Kirkop.

Xatt ta' Bormla — kuntrattur - garanzija bankarji

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35771 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jikkonferma jew jiċħad li l-awtoritajiet kkonċernati ġibdu l-garanziji bankarji tal-kuntrrattur li kien qed jaħdem fil-proġett tax-Xatt ta' Bormla li jammontaw għall-€957,000?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi nġibdu €382,816 mill-garanziji bankarji li pprovda l-kuntrattur Marinelli Costruzioni Spa. L-awtoritajiet għamlu talba biex jinġibdu wkoll €574,224.49 imma l-kuntrattur beda proċeduri legali ġewwa l-Qorti ta’ Padova biex iżomm dan l-ammont ta’ flus milli jgħaddu għal għand il-Gvern Malti. L-awtoritajiet qegħdin isegwu l-proċeduri ġewwa din il-Qorti biex l-interessi tal-Gvern jiġu salvagwardjati.

San Pawl il-Baħar, Qawra u Buġibba — servizz tad-dawl sospiż

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba kien sospiż is-servizz tad-dawl f'San Pawl il-Baħar, Qawra u Buġibba separatament matul l-ewwel sitt xhur tas-sena? X'kienu r-raġunijiet?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

San Pawl il-Baħar, Qawra u Buġibba — każijiet ta' fawran tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet ta' fawran tad-drenaġġ rappurtati li saru matul l-ewwel sitt xhur tas-sena f'San Pawl il-Baħar, Buġibba u Qawra separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma kellha tnax-il rapport ta’ fawran tad-drenaġġ jew leakages tad-drenaġġ fiż-żona msemmija kif ġej: Burmarrad 1 San Pawl il-Baħar 4 Buġibba 1 Qawra 3 Xemxija 3 Ninsab infurmat ukoll li b’leak tad-drenaġġ inkunu nifhmu kwantita’ żgħira ħafna ta’ runoff madwar it-tappieri tad-drenaġġ.
Leg 11 PQ #36072 Sitting 501 2012-07-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

studenti li fallew l-iskola

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' studenti li ġew rapportat li fallew l-iskola matul din is-sena skolastika xahar b'xahar? Kif dan jikkompara ma' snin oħra?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #36073 Sitting 501 2012-07-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

għalliema li fallew l-iskola

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' għalliema li ġew rapportat li fallew l-iskola matul din is-sena skolastika xahar b'xahar? Kif dan jikkompara ma' snin oħra?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

persuni li ħadu s-sick leave

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li rrikorrew għal benefiċċji tas-sick leave matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onor Interpellant li n-numru ta’ nies li għamlu talba għal benefiċċju tal-mard matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena kien ta’ 39,100

inċidenti fuq il-post tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' inċidenti fuq il-post tax-xogħol irrapportati lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali matul l-ewwel sitt xhur tas-sena?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onor interpellant li kien hemm 1403 persuni li għamlu talba għall-benefiċċju għall-korriment fuq il-post tax-xogħol matul l-ewwel sit xhur tas-sena.

Isla — Proġett ta' rijabilitazzjoni tax-Xatt mill-Maċina sal Boiler Wharf

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 35768 jista' l-Ministru jgħid kemm hu mistenni li jonqsu l-postijiet għall-parkeġġ minħabba dan il-proġett?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li n-nuqqas primarjament seħħ minħabba li twessgħet it-triq biex jingħata aċċess għall-coaches. Dan l-eżerċizzju sar minħabba li l-cruise port f’Boiler Wharf għandu bżonn ta’ aċċess għat-traffiku aħjar sabiex jaqdi s-servizzi meħtieġa u dan jista’ biss jiġi pprovdut minn Triq L-Arkati, Triq Juan B Azzopardi u Triq it-Tarzna. Dawn l-arranġamenti ġew diskussa mall-Kunsill Lokali ta’ l-Isla u ma’ l-Għaqda Barklori. Din l-Għaqda kienet oġġezzjonat li jsiru aktar spazji għall-parkeġġ man-naħa tax-Xatt, dan għaliex jekk isir dan jitnaqqas l-ispazju għad-dgħajjes tal-membri tagħhom. Fil-preżent hemm 128 postijiet għall-parkeġġ u dawn ser jiġu mnaqqsa għal 59 post.

skema Binja Tiegħi, id-Dar Tiegħi

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 35613, jista' l-Ministru jgħid liema huma s-17-il kunsill lokali li bbenefikaw minn din l-iskema? Liema huma il-199 binja u jista' jagħti l-indirizz ta' kull binja? Kemm ġie jiswa kull proġett f'kull binja binja b'binja?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tad-Djar dahlet fi ftehim ma’ 17 il –kunsill biex jitwettqu xogholijiet ta’ manutenzjoni fil-komun tal-binjiet taht l-iskema “l-binja tiegħek, id-dar tiegħi”. Dan kienu l-kunsilli li sar il-ftehim: 1. B’kara, - 6 binjiet 2. Bormla - 10 binjiet 3. Mgarr - 4 binjiet 4. Qormi - 10 binjiet 5. Rabat – Malta - 5 binjiet 6. San Gwann - 15 binjiet 7. S.Lucia - 20 binjiet 8. Senglea - 5 binjiet 9. San Giljan - 14 binjiet 10. Tarxien - 10 binjiet 11. Ta’ Xbiex - 7 binjiet 12. Valletta - 28 binjiet 13. Birgu - 2 binjiet 14. Zabbar - 19 binjiet 15. Zejtun - 16 binjiet 16. Zebbug - 10 binjiet 17. Victoria – Gozo - 16 binjiet Total 199 binjiet fi 17 il-kunsill. Tajjeb li nigbed l-attenzjoni li ghalkemm kien hemm dan il-ftehim u l-bagit allokat huwa ta’ € 995,000 ; s’issa saru jew qeghdin fl-ahhar fazijiet ta’ xoghol/hlas fi 16 il-kunsilli bi 160 binja lesti. Il-bqija tal-binjiet li ghadhom ma sarux, l-Awtorita’ u l-Kunsilli lokali xorta jibqghu mpenjati biex iheggu lir-residenti ta’ dawn il-binjiet biex jiffurmaw l-ghaqda tar-residenti biex ikun jista’ isir ix-xoghol. S’issa thallset is-somma ta’ € 546,218.95 minhabba li l-kunsilli ghandhom qeghdin fil-fazi li jwasslu l-kontijiet lil Awtorita’.

kwestjoni dwar definizzjonijiet fid-dizzjunarji

Question

Billi jidher li r-regoli tal-Ortografija tal-Malti huma regoli li għandhom saħħa ta' liġi - għad li soft law, bl-implikazzjonijiet kollha ta' dak it-terminu li kienu anki ġew analizzati mill-mibki Professur Peter Serracino Inglott, tista' l-Ministru tgħid x'inhi l-pozizzjoni tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti dwar id-definizzjonijiet li wieħed isib fid-dizzjunarji tal-Malti? Dawn id-definizzjonijiet għandhom rabta ta' soft law? F'każ li d-dizzjunarji jorbtu, liema dizzjunarju għandhom jorbtu, b'effett ta' soft law, u liema m'għandhomx? Tista' tgħid jekk hux minnu li fil-kors tat-traduzzjoni fl-Università qed jingħad li d-dizzjunarju tal-Professur Aquilina mhux awtorevoli? Jekk dan hu minnu, liema dizzjunarju hu awtorevoli? Jekk traduzzjoni toffri terminu li ma jkunx jaqbel ma' dak li jkun jidher fid-dizzjunarju, skont il-Kunsill tal-Malti tkun inkisret is-soft law? Tista' tgħid x'inhi - dejjem jekk hemm - il-politika lingwistika nazzjonali tal-gvern f'dan il-mument?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ir-regoli tal-Ortografija tal-Malti huma stabbiliti u regolati mil-Liġijiet ta’ Malta (Kap. 470, Taqsima 1, Artikolu 2 u Artikolu 5 (2). B’differenza minn dan, l-ebda xogħol ta’ awtur jew lessikografu ma huwa msemmi jew sanzjonat fil-Liġijiet ta’ Malta. Kull wieħed minn dawn ix-xogħlijiet huwa prodott ta’ individwu/i, u bħal kull ħidma oħra jġorr l-awtorevolezza u s-serjetà tal-awtur/i nnifsu/nfushom. Id-dizzjunarju tal-Prof. Ġ. Aquilina, ngħidu aħna, huwa meqjus mill-istudjużi bħala xogħol ta’ serjetà kbira u ta’ għajnuna għal kull min juża l-ilsien Malti, bħalma huma l-istudenti, l-għalliema, il-ġurnalisti u t-tradutturi, li jikkonsultawh meta jiġu f’xi diffikultà, kif isir f’lingwi oħra. Billi l-lingwa hija ħajja, din tiżviluppa u tinbidel maż-żmien. Dan iseħħ aktar u aktar illum bil-progress mgħaġġel ta’ żmienna, u fi lsien bħall-Malti li qed jidħol f’oqsma ġodda u li llum huwa lsien uffiċjali tal-UE. Għalhekk, billi d-dizzjunarju ta’ Aquilina beda jinħadem iktar minn 40 sena ilu (mill-1971-1999), il-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti ħeġġeġ lill-Università, il-pubblikatur oriġinali, u l-Ministeru tal-Edukazzjoni biex jgħaqqdu r-riżorsi tagħhom sabiex dan id-dizzjunarju importanti jiġi rivedut, miżjud u mtella’ wkoll online, biex ikun jista’ jaqdi aħjar lil kull min jikteb bil-Malti, f’Malta jew barra minnha. Għandi l-pjaċir inħabbar li kemm l-Università u kemm il-Ministeru tiegħi qed jagħmlu kontribut ġmielu biex dan ix-xogħol siewi jkun jista’ jsir, bit-twaqqif tal-Proġett Permanenti tad-Dizzjunarju Malti fi ħdan l-Università. Din il-ġimgħa l-Ministeru tiegħi qed jagħmel l-għotja ta’ 80,000 ewro b’risq dan ix-xogħol importanti u meħtieġ għall-progress tal-ilsien nazzjonali. Fil-kors tat-Traduzzjoni fl-Università ta’ Malta qatt ma nqtal li d-dizzjunarju tal-Professur Aquilina mhux awtorevoli. Anzi wara dan iż-żmien kollu li ilu ppubblikat (u għalhekk bix-xieraq li jkun aġġornat) għadu l-aqwa awtorità li għandna u l-lecturers kollha jsostnu li bħalu m’hawnx sal-lum il-ġurnata.

Malta Enterprise — proġetti approvati

Question

B’referenza għar-rapport annwali tal-Malta Enterprise tat-2011 fejn hemm li mill-proġetti li ġew approvati bejn il-2008 u l-2011, l-Malta Enterprise qed tgħid li kellhom jiġu investiti €320 miljun u jinħolqu 3,200 post ġdid, jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt ġew investiti, sena b'sena matul dawn is-snin u kemm mit-3200 impjieg ġdid li kellhom jinħolqu fil-fatt ġew maħluqa?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru 31846.
Leg 11 PQ #36145 Sitting 501 2012-07-10 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Monument tal-Gwerra — eternal flames

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew jiswew l-eternal flames li hemm biżwit il-Monument tal-Gwerra? Jista' jgħid kemm hu stmat li huwa l-konsum ta’ gass f’kilogrammi (Kg) kull jum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ir-risposta qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

physiotherapy session

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qed tiswih flus physiotherapy session? Kemm hi twila l-lista ta’ stennijja?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li physiotherapy session ġewwa l-isptar Mater Dei tiswa madwar € 17.00. Sakemm bdiet l-Industrial dispute ordnata mill-UĦM fit-28 ta’ Ġunju 2012, id-dipartiment tal-fiżjoterapija, MDH ma kellux lista ta’ stennijja. Rigward id-dipartiment tal- Out Patients ġewwa l-isptar San Luqa, hemm waiting list ta’ 500. Ta’ min jinnota li matul l-2011 saru 46,243 session u 21,114 bejn Jannar u Mejju ta’ din is-sena.