Jista' l-Prim Ministru jgħid fil-promozzjonijiet li ngħataw lill-Pulizija dan l-aħħar, kemm ibbenefikaw minnhom Pulizija tad-Distrett? Kemm saru promozzjonijiet? Kemm jaħdmu pulizija fid-distretti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi l-aħħar promozzjonijiet fil-Korp tal-Pulizija ngħataw f’Ottubru tas-sena l-oħra wara li kienet saret sejħa għall-applikazzjonijiet sabiex jintlew postijiet vakanti fir-rank ta’ spettur u surġenti. Fil-każ ta’ Spetturi, b’kollox kienu saru 31, li 9 minnhom kienu qed iservu fid-Distretti qabel ma’ ġew promossi, filwaqt li 8 kienu minn barra l-Korp. Kienu wkoll saru 58 surġent li 30 minnhom kienu qed iservu fid-Distretti.
Infurmat ukoll fil-preżent hemm 967 membru tal-Korp tal-Pulizija stazzjonati fid-Distretti tal-Pulizija.
Santa Venera — Triq Reġjonali - tniġġis tal-ħoss mill-mina
Question
Fir-rigward ta' Triq Reġjonali Santa Venera, jista' l-Ministru jgħid xi studji saru sabiex jonqos it-tniġġis tal-ħoss mill-mina li tgħaddi minn go nofs din it-triq residenzjali? Jistgħu il-ħitan tat-toroq isiru għat-tond 'il fuq sabiex jonqos dan l-inkonvenjent?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta ser tkun qed tibda studji preliminarji li għandhom x' jaqsmu mat-tniġġis tal-ħoss f'xi nħawi madwar it-toroq arterjali f' Malta. Il-lokalita’ msemmija mill-Onorevoli Interpellant ser tkun inkluża mal-lista ta' postijiet fejn ser isiru dawn l-istudji.
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħħal il-Gvern mill-camping site ta' Baħar iċ-Ċagħaq sena b'sena għal dawn l-aħħar erba' snin?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ninsab infurmat li matul dawn l-aħħar erba’ snin id-dħul tal-Gvern mill-camping site ta’ Baħar iċ-Ċagħaq huwa kif ġej:-
2009 € 40,000
2010 € 50,000
2011 € 48,950
2012 € 49,800 (sas-26 ta’ Settembru)
Total
€ 188,750
Tista' l-Ministru tgħid għaliex is-sejħa għall-offerti għal playfields fil-ġonna ta' Villa Rundle u Marsalforn kien jindika apparat bl-istainles steel u injam, iżda mbagħad dak li twaħħal huwa prevalentament tal-plastic?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-apparat mixtri għall-playfields fil-ġonna ta' Villa Rundle u Marsalforn huwa skont it-technical specifications tas-sejħiet għall-offerti.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk ingħatawx xi flus jew benefiċċji oħra liċ-Chairman's u lis-CEO's preċedenti b'relevanza tar-riżenja tagħhom? Jekk fl-affermativ, jista' jagħti dettalji tal-beneffiċji/flus li ngħataw filwaqt li jindika jekk ir-riżenja kinetx b'mod voluntarju u mingħajr pressjoni politika/ministerjali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' impound centres? Għall kull impound centre, jista' l-Ministru jipprovdi rendikont ta' flus li ġew mħallsa lil kull operatur mis-sena 2007 sal-lum?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'refereza għall-artiklu, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, li jirrigwarda l-operat tal-kunsill lokali ta' Ħal Lija u li kien ippubblikat fl-Orizzont tad-19 ta' Settembru 2012, jista' l-Prim Ministru jgħid x'azzjoni ttieħdet fuq l-akkużi magħmula minn membru tal-istess kunsill?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-Monitoring Unit fi ħdan id-Dipartiment għall-Gvern Lokali qed isegwi l-każ. Fil-fatt talab lill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Lija sabiex jissottometti r-reazzjonijiet tiegħu. Id-Dipartiment għall-Gvern Lokali hu nfurmat li l-kontenut tal-ittra msemmija ser jiġi diskuss fil-laqgħa li jmis li hi skedata għat-12 ta’ Ottubru.
Valletta Rehabilitation Project — Kontijiet tad-dawl u l-Ilma ta' appartamenti
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26378 u cioè: Jaf il-Ministru li kien sar arranġament mal-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament li kien inkarigat mal-Valletta Rehabilitation Project biex l-appartamenti li nbnew fiż-żona magħrufa bħala Old Slave Prison, liema appartamenti jikkonfinaw ma’ dawn l-erba’ toroq; St Christopher Street, Mediterranean Street, Ursola Street, u St Dominic Street ma jħallsux l-ispejjeż tad-dawl konċernanti, il-liftijiet u l-komun tal-appartament in kwestjoni u dan peress li kien sar xi żvilupp ieħor sovrapost l-arja ta’ dawn l-appartamenti li kien irreka inkonvenjent u preġudizzju konsiderevoli? Jista’ jispjega fid-dawl ta’ dan kollu, għaliex ir-residenti tal-appartamenti ta’ 177 St Christopher Street, qed jirċievu l-kontijiet, nonostante dan l-arranġament?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid Misraħ Karmenu Grima fiż-Żejtun li jaqa’ taħt ir-responsabilità ta’ Transport Malta meta se jiġi rranġat u jingħata t-tarmak wara numru ta’ snin mitluq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li anzjani li qed iħallsu għal erba' sigħat servizz bħala home help ħalli persuna tmur tagħmel xogħol fid-djar tagħhom qed jieħdu biss siegħa u nofs? Jista’ jgħid jekk dawn l-anzjani hux se jingħataw refund għal flus extra li ħallsu mingħajr ma ħadu servizz?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li jista' jkun li xi klijenti li jibbenefikaw minn aktar minn erba' siegħat fil-ġimgħa tnaqsulhom xi siegħat. Din hija miżura temporanja.
Klijenti li jibbenefikaw mis-servizz ta' għajnuna fid-dar (
Home Help
) iħallsu rata fil-ġimgħa u mhux għal kull siegħa ta' servizz. Għaldaqstant, irrelevanti minn numru ta' siegħat servizz fil-ġimgħa, persuna li tgħix weħidha għal dan is-servizz tħallas €2.33 fil-ġimgħa u meta fl-istess residenza jkun hemm aktar minn persuna waħda li tibbenifika minn dan is-servizz il-ħlas ikun ta' €3.49 fil-ġimgħa.
Meta xi klijent minħabba raġunijiet varji ma jirċevix servizz f'xi ġimgħa partikulari dan il-klijent jingħata l-ħlas lura ta’ dik il-ġimgħa sħiħa li ma jkunx ħa servizz. Dan għaliex, kif spjegajt qabel, hemm
flat rate
ta’ ġimgħa sħiħa għas-servizz ta’
home help
.
Jista' l-Ministru jgħid liema toroq f'Ħ'Attard għad iridu jiġu numerati? Meta se jitlesta dan ix-xogħol?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li ġeneralment eżerċizzju ta’ enumerzjoni isir fuq talba tal-Kummjissjoni Elettorali u/jew tal-istess Kunsill Lokali. L-eżerċizzju ta’ innumerar fid-diversi bliet u rħula ta’ Malta huwa wieħed kontinwu u regolari u r-riżultati jkunu ippublikat fil-Gazzetta tal-Gvern. Għaldaqstant ir-records li jinżammu mid-Dipartiment konċernat fi ħdan dan il-Ministeru jindikaw biss it-toroq fejn ikun sar l-innumerar.
Jista' l-Ministru jgħid jekk is-sewwieqa tal-roti humiex suppost jobdu r-regolamenti tat-traffiku bħal sewwieqa oħra b'mod partikolari f'każ ta' toroq one way?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li regolament 12 tal-leġislazzjoni sussidjarja 65.26 (Regolamenti dwar Ċikletti bil-Pedali u Muturi b’Qawwa Baxxa) jistipula li “Kull min isuq ċikletta bil-pedali jew li taħdem ukoll b’għajnuna ta’ mutur, fit-triq għandu josserva u joqgħod għar-regolamenti kollha tat-traffiku.”
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra s-site plan u indikazzjoni ċara taż-żoni kollha individwalment li se joħroġ biex ikunu privatizzati għall-parking f'Malta u Għawdex?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jispjega għaliex ħaddiema tal-Air Malta li għażlu l-Voluntary Redundancy Scheme jew l-Early Retirement Scheme ingħataw id-dritt, kif kellu jkun, li jibbenefikaw mill-benefiċċji tal-Early Retirement Card, imma l-istess ħaġa ma ġratx fil-każ ta’ ħaddiema tal-Air Malta li għażlu li jingħataw impjieg alternattiv? Jidhirlu li din il-proċedura ma kenitx ġusta ma’ ħaddiema tal-Air Malta li għażlu li jinstabilhom impjieg alternattiv? Jista' jieħu passi biex huma wkoll jingħataw rikonoxximent tas-snin ta’ servizz li taw lill-Air Malta billi jkollhom aċċess għall-vantaġġi mogħtija mill-Early Retirement Card?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
San Pawl il-Baħar — Triq Jean de la Cassiere - xogħlijiet
Question
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex l-aħħar parti ta' Triq Jean de la Cassiere f'San Pawl il-Baħar tingħata wiċċ biex l-aċċess li hemm nieqes ikun jista' jinfetaħ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Transport Malta — xogħol fuq triq il-Port Ruman f'San Pawl il-Baħar
Question
Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji dwar fiex waslu l-preparamenti ta' Transport Malta, f'dik li hi koordinazzjoni mal-entitajiet l-oħra tal-Gvern, biex jitkompla x-xogħol fuq triq il-Port Ruman f'San Pawl il-Baħar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jieħu l-gvern biex jirranġa l-problema tad-drenaġġ li dejjem ifur għand in-nies meta tagħmel ix-xita fi Triq il-Kbira, Triq il-Vitorja u biswit il-Kappella ta' Sant'Antnin fl-istess inħawi, ġewwa Birkirkara?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jieħu l-gvern biex jirranġa l-problema tad-drenaġġ li jfur fit-toroq u saħansitra fid-djar tal-nies u l-ħwienet meta tagħmel ix-xita fi Triq il-Wied u Triq in-Naxxar, ġewwa Birkirkara?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Tneħħija ta' kurċifiss mill-Kamra tar-Rappreżentanti
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid meta sar l-attentat u minn min biex jitneħħa l-kurċifiss mill-Kamra tar-Rappreżentanti kif ġie rrapurtat f'ġurnal lokali?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Membru li ma kien hemm ebda intenzjoni jew inizjattiva f'dan is-sens
Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-ministeru li jmexxi huwa nefaq biex ippubblika materjal informattiv dwar l-operat tal ministeru tiegħu matul is-snin 2007/8/9/10/11?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li diġà tlabt biex tinġabar l-informazzjoni mill-2008’l hawn, peress li ovvjament qabel l-aħħar elezzjoni il-portafolio ta’ dan il-Ministeru kien differenti minn dak ta’ llum. Għalhekk ninfurmah ukoll li kif tinġabar din l-informazzjoni, tingħata l-informazzjoni mitluba.