Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pilloli Sandocal 400

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-pilloli Sandocal 400 effervescent għadomx jingħataw mill-gvern b'xejn lil min għandu dritt u jeħtieġhom? Jekk le għaliex? F'każ li dawn il-pilloli m'għandhomx isiru jistax il-gvern jipprovdi b'xejn pilloli oħrajn tal-istess ġeneru bħal per eżempju il-Ca Ca Sandoz?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li s-Central Procurement and Supplies Unit fi ħdan il-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita’ ġħandu nformazzjoni li l-pilloli Sandocal 400 effervescent ma baqġħux jiġu manufatturati u kull stock ta’ dan il-prodott spiċċa minn fuq is-suq internazzjonali. Id-Direttorat ta’ l-Affarijiet Farmaċewtiċi qieġħed jevalwa l-prodotti li jinstabu fuq is-suq, sabiex tinstab mediċina alternattiva.

Persuna li mhux tingħata benefiċċju soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mhux tieħu l-ebda benefiċċju soċjali u dan wara li tilfet l-impjieg tagħha?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.

children allowanc

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatamebnt, qed tirċievi ċ-children allowance bin-nieqes ?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.

kwestjoni dwar pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jara' li ssir verifika tal-pensjoni li qed tirċievi l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u dan peress li qed tirċievi pensjoni żgħira ħafna għax qalulha li għandha pensjoni ta' barra meta kull ma' tirċievi huwa £7.59 stg?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.

kwestjoni dwar bolol mhux imħallsa

Question

Jista' l-Ministru jara jekk tistax issir verifika tal-bolol imħallsa mis-sinjura li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u dan peress hi qed tgħid li ħalset il-bolol ukoll fil-perjodu 1974 sa 1980 u dawn mhux jidhrux?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.

Tarzna — arretrati tal-ex ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif inħadmu l-arretrati tal-ex ħaddiema tat-Tarznari? Jista' jgħid ukoll min kien intitolt għalihom?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-pensjoni kontributorja ta’ kull pensjonant tiġi riveduta kull sena sabiex tirrifletti ż-żieda għall-għoli tal-ħajja li tingħata fil-budget kif ukoll sabiex tirrefletti xi żidiet li jista jkun hemm fis-salarji fl-azjenda fejn kien impjegat l-aħħar qabel irtira l-pensjonant. F’każ fejn l-azjenda, fejn il-pensjonant kien impġjegat qabel irtira, tieqaf topera, is-salarju u l-grad li jkun spiċċa bih il-pensjonant jiġu mqabbla mal-istruttura tas-salarji tal-impjegati tal-Gvern sabiex il-pensjonant ikun jista jgawdi minn xi żidiet oħra. Għaldaqstant billi l-operat tat-Tarznari waqaf fl-2010 għax ġew ipprivatizzati u bdew jiffunzjonaw bħala entita’ ġdida, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2011 kellha ssir reviżjoni tal-pensjoni ta’ dawk il-pensjonanti kollha li kienu mpjegati mat-Tarznari kif spjegat iżjed ‘il fuq Madanakollu billi kull reviżjoni ssir fuq bażi personali jista jkun hemm diversi persuni li ma jgawdu mill-ebda żieda waqt li oħrajn jieħdu żidiet diversi minn ta’ xulxin. Dan ivarja skont il-grad li kienet tokkupa l-persuna, is-sena li fiha rtirat u s-salarju li bih irtirat il-persuna.

Tarzna — għoti ta' arretrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ma' irċeviet xejn bħala arretrati tat-Tarzna?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.

Żejtun — boreholes

Question

Peress li fi Triq Orazio Diacono, iż-Żejtun fil-parti fejn din tagħlaq u tmiss ma' sqaq fi Triq it-Tus jinġema kwantità enormi ta' ilma u ħames familji qed jiġu affettwati negattivament, u peress li meta tagħmel ħafna xita dawn il-familji qed ikollhom il-proprjetà tagħhom li tispiċċa mgħarrqa tant li jidħol ilma sa żewġ filati u ġieli anke iktar u peress li hemm ħtieġa akuta li jsiru żewġ boreholes f'din iż-żona sabiex l-ilma jinżel għall-water table, kif ukoll jittieħdu miżuri oħra bħal per eżempju, li tiġi imbaxxa Triq Nikola Attard, iż-Żejtun u li ssir speed hump fil-bidu ta' Triq it-Tempju, iż-Żejtun, jista' l-Ministru jgħid jekk, wara li jagħmel il-verifiki meħtieġa, jaqbilx li dawn ix-xogħlijiet isiru b'mod urġenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

car allowance għall-impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jindika min huma l-persuni li qed igawdu mill-benefiċċju ta’ karozza jew car/fuel allowance f’kull sezzjoni li tifforma parti mid-dekasteru tiegħu? Għal kull karozza jista' jindika lil min ġiet allokata, filwaqt li jagħti l-mudell tal-karozza, meta nxtrat, l-valur kemm nxtrat, u kemm ntnefaq flus fuq fuel f’dawn l-aħħar disa' xhur? Fil-każ ta’ car allowance, jista’ jindika l-ammont ta’ car allowance li qed jingħata fis-sena u kemm ntnefaq flus fuq fuel f’dawn l-aħħar disa' xhur? Jista’ jikkonferma jekk apparti l-car allowance ntnefqux flus relatati mal-maintenance tal-vettura? Jekk fl-affirmattiv jista’ jipprovdi lista kompluta tal-maintenance li sar f’dawn l-aħħar sentejn, deskrizzjoni tax-xogħol, data u l-ispiża relatata?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Freeport Corporation — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jindika jekk il-ħaddiema tal-Freeport Corporation jiffurmawx parti mit-Transport Malta? Jekk fin-negattiv x’inhi r-raġuni warajha?

Response (GATT, AUSTIN)

Malta Freeport Corporation u Transport Malta huma entitajiet legalment distinti. Madanakollu, f'xi okkażjonijiet, impjegati tal-Malta Freeport Corporation jagħmlu xogħol għal Transport Malta fuq bażi ta' cost recovery.

self ta' flus

Question

Jista' l-Ministru jindika jekk xi entità li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu ssellfitx xi flus f’dawn l-aħħar sentejn, filwaqt li jindika wkoll jekk hemmx pjan li jissellef aktar flus f’dawn it-tliet snin li ġejjin? Jista’ jagħti dettalji dwar l-ammont tas-self, is-sena meta sar is-self kif ukoll ir-raġuni tas-self? Għal kull każ, jista' l-Ministru jindika jekk il-Ministeru tal-Finanzi hux infurmat u approvax l-ammont tas-self?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

proġetti finanzjati mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jipprovdi lista ta’ proġetti li huma/ġew finanzjati mill-Unjoni Ewropea mis-sena 2009 sal-lum? Għal kull proġett, jista' l-Ministru: i) jgħid kemm hu l-valur tal-proġett u x’persentaġġ minnu huwa finanzjat mill-Unjoni Ewropea; ii) jindika d-dekasteru li se jutilizza l-proġett (il-klijent), filwaqt li jindika l-persuna/i li jirraprezentaw il-klijent; iii) jindika f’liema stadju jinsab il-proġett; u iv) jekk il-proġett ġie magħluq, jista’ jindika jekk hemmx xi spejjeż rikorrenti fl-użu tal-proġett (eż. maintenance agreements )? Jekk fl-affermattiv, kemm hu l-valur tal-ispejjeż u kemm diġà tħallsu, sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx pjan ta’ aktar żvilupp f’dawn it-tliet snin li ġejjin? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jagħti deskrizzjoni inkluż l-ispiża li qed tiġi stmata?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Swieqi/Ibraġġ — xogħol fuq toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'hemm ipproġettat bħala xogħol fuq triqat ġewwa s-Swieqi/Ibraġġ peress li hemm bżonn ta' xogħol spejċalment fuq Triq ir-Ratal, Triq il-Marbat, Triq il-Keffa u Triq it-Tiben?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali tas-Swieqi inkluda l-parti ta’ fuq ta’ Triq ir-Ratal fil-lista li ssottometta lil Transport Malta għal toroq fil-lokalita' tiegħu li qatt ma saru. Din it-triq ser tiġi vverifikata sabiex tiġi kkunsidrata għall-programm tax-xogħlijiet li jmiss. Triq il-Marbat u Triq il-Keffa huma toroq asfaltati u għaldaqstant jaqaw taħt ir-responsabbilta' tal-Kunsill Lokali. Triq it-Tiben hija parti mill-programm tax-xogħlijiet ta’ Transport Malta u bħalissa qed jitħejjew l-istejjem sabiex toħroġ sejħa għall-offerti.
Leg 11 PQ #36471 Sitting 502 2012-10-01 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

xandir ta' aħbarijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni għaliex nhar il-Ħadd 16 ta' Settembru ma xxandrux l-aħbarijiet u l-ħarsa lejn il-gazzetti li suppost isiru qabel it-8.00 am?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Fid-data partikolari, l-Aħbarijiet u l-Analiżi tal-Ġurnali ġew imxandra bħas-soltu kemm fuq Radju Malta kif ukoll fuq TVM.
Leg 11 PQ #36474 Sitting 502 2012-10-01 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tal-Intern

Furjana — Arena tal-Indipendenza - talba għal public toilet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk saritx talba mill-kunsill lokali sabiex jiġi stallat public toilet fl-inħawi tal-Arena tal-Indipendenza fil-Furjana peress li filgħaxija l-ġonna pubbliċi fl-inħawi jkunu magħluqa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi l-Kunsill Lokali tal-Furjana qatt ma għamel tali talba. Madankollu ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali jipprovdi faċilità ta’ mobile toilet fix-xhur tas-Sajf fl-inħawi li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant.

programm me2

Question

Għar-rigward tal-programm me2, jista' l-Ministru jgħid: a) kemm kienu qed u għadhom qed jibbenefikaw persuni b'diżabilità minn dan il-programm; b) għal kemm-il siegħa fil-ġimgħa f'kull każ; u c) liema forom ta' occupational therapy f'kull każ?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli INterpellant li 430-il persuna b’dizabilita qed jibbenefikaw minn dan il-progett ko-finanzajt mill-Unjoni Ewropeja taht il-Fond Socjali Ewropew (ESF) u l-Gvern ta` Malta. Kull persuna tircievi servizz imfassal skont il-htigijiet tieghu/ taghha. Ghaldaqstant il-hin ivvarja skond il-qaghda u s-servizz mehtieg mill-individwu, u t-tahrig li jkun qed jigi offrut mill-progett kif imfassal hawn taht. Fil-fatt is-servizzi tal-progett ME2 huma mnieda fil-jiem ta’ matul il-gimgha bejn it-8 ta’ filghodu sa’ l-4.30 ta’ wara nofs inhar, sajf u xitwa. Il-hidma tal-progett tisvolgi fuq il-htiega tal-persuni li qed jircievu dan is-servizz u li lkoll ghandhom pjan individwali imfassal. Dan tal-ahhar ikun zvillupat mil-Occupational Therapist, support worker tal-klijent kif ukoll mil-istess klijent/a. Il-partecipanti kollha tal-ME2 ghandhom il-possibilita’ li jibbenefikaw mill-attivita ta’ hawn taht; 1. Servizzi ta’ sapport fil-Komunita’ li jinkludu zjarat id-dar. 2. Servizzi ta’ sapport fic-centri ta’ matul il-jum ta’ l-Agenzija Sapport. 3. Workshops 4. Job exposure – Skema ta’ 320 siegha li gew offruti li 74 persuni b’dizabilita. Matul din l-skema il-partecipanti thallsu Euro 2.93 fis-siegha. Gew provduti job exposures f’entitajiet kemm governattivi kif ukoll dawk privati. 5. Tahrig offrut min ghalliema proffesjonali li jinkludi dawn ta’ hawn taht; · Hiliet ta’Kommunikazzjoni · Tahrig baziku ta’kompjuter · Metodi ta’ kif persuna tikkontrolla hsibijiet negattivi · Hiliet ta’djalogu u diskors pubbliku · Fastidju fuq il-post tax-xoghol · Indafa personali · Self-awareness, Self-esteem, Assertiveness & Decision making · Kitba/ Numri/ tahrig baziku ta’ letteratura · Tahrig baziku ta’ xoghol klerikali · Kif ma’ jintlifx xoghol · Kif tinkiteb CV · Financial Budgeting · Interviewing skills · Kif persuna tahdem f’tim · Kif isir uzu mit-trassport pubbliku · Kif persuna issib ix-xoghol idejali · Sahha u sigurta fuq il-post tax-xoghol (generali) · Monetary Skills · Drittijiet u Dmirijiet fuq il-post tax-xoghol · Time management – scheduling and planning · Servizzi ta’ tindif · Product completion & Packaging skills · First Aid 6. Job Searching 7. Zewg zjarat f’ Bristol offrew opportunita’ lil 20 persuna b’dizabilita' fejn setghu jiehdu sehem f’ sheltered employment. Il-partecipanti gew maghzula permezz ta’ intervista. 8. Me2 coop – Kooperattiva socjali immexxija minn persuni b’dizabilita', genituri u support workers. Matul dan il-progett gie uzatt il- Biopsychosocial Assessment

Pensjoni tas-Servizz tal-Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pensjonanti b'Pensjoni tas-Servizz tal-Pulizija? Bħalma qed isir fl-aħħar snin fir-rigward ta' min għandu pensjoni tas-servizz biex togħlielu dik kontributorja, jista' jibda jsir ukoll fir-rigward tal-pensjoni tas-servizz tal-Pulizija? Sarux studji biex jiġi magħruf kemm jiġi jiswa dan il-proċess?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi sal-aħħar ta’ Settembru 2012 ser ikun hemm 1,469 pensjonant b’Pensjoni tas-Servizz tal-Pulizija. Meta pensjonant jiġi ntitolat għal-pensjoni tat-Teżor, din tibqa’ l-istess hekk kif stabbilita u mhix rivedibbli bħal fil-każ tal-Pensjoni kontributorja. Ġaladarba il-Pensjoni tat-Teżor ma tiġix affettwata minn ebda żidiet, m’hemmx lok għal xi studji.