Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #36273 Sitting 502 2012-10-01 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Tqassim tal-frott fl-iskejjel

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx kuntratt jew le għat-tqassim tal-frott fl-iskejjel? Jekk fl-affermattiv għalkemm żmien huwa t-terminu ta' dan il-kuntratt u min għandu dan il-kuntratt u kemm hu l-prezz tiegħu? Liema huma l-iskejjel li qed jibbenefikaw minn dan u x'obbligu għandu l-kuntrattur bħal kemm-il darba jrid iqassam frott u jekk dan jistax iġib frott minn barra jew inkella minn Malta biss jew taħlita tat-tnejn?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Transport Malta — konsulent li m'għandux kwalifika

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji ġie magħżul l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, bħala konsulent fi ħdan Transport Malta meta dan ma jipposjedi l-ebda kwalifika f'dan is-settur? Jista' jgħid jekk dan l-individwu ġiex ngaġġat bħala konsulent b'liema awtorità huwa qed jiddetta fuq il-ħaddiema?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-persuna msemmija fil-mistoqsija parlamentari kienet ġiet imqabbda minn Transport Malta bħala konsulent fil-kariga ta’ ‘Internal Controller’, liema kariga tirrapporta lill-Kap Uffiċċjal responsabbli għad-Direttorat tat-Trasport fuq l-Art, fejn fost ħafna responsabbiltajiet, hija responsabbli għad-dħul ta’ madwar €100m fis-sena, u għall-ipproċessar ta’ bosta liċenzi u permessi. Ir-rwol ta’ din il-persuna huwa primarjament sabiex tiżgura li l-ħtiġijiet varji mitlubin fir-regolamenti, kif ukoll proċeduri u policies jiġu mseggwija kontinwament, kemm minn aspett ta’ kontroll finanzjarju kif ukoll mill-aspett ta’ kontroll operattiv, u dan bil-għan li jissaħħu aktar il-kontrolli interni u jitnaqqsu r-riskji. Għaldaqstant, ir-rwol ta’ din il-persuna m’huwiex speċifikament relatat mat-trasport, iżda sabiex timplimenta kontrolli interni effettivi, bħalma jsiru f'banek. Din il-persuna għandha esperjenza vasta f'dan ir-rwol u għandha kwalifika mal-"Association of Chartered International Bankers (ACIB)", li hija essenzjali għal dan ir-rwol. Din il-persuna hija awtorizzata mill-Kap Uffiċċjal responsabbli għad-Direttorat tat-Trasport fuq l-Art sabiex titlob kull informazzjoni meħtieġa mill-impjegati f'kull grad fi ħdan dan id-Direttorat, kif ukoll tinforma lil dak l-impjegat li jkun instab li ma ħarisx il-proċeduri jew policies , sabiex isiru l-korrezzjonijiet meħtieġa.

Malta Industrial Parks Ltd — talbiet għal provvediment ta' imħażen

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il talba saret lill-Malta Industrial Parks Ltd għall-provvediment ta’ imħażen fl-area tal-Qasam Industrijali ta’ Ħal-Far? Kemm minnhom ġew milqugħa u kemm rifjutati? Kemm baqa’ talbiet pendenti sal-mument meta qed issir din il-mistoqsija parlamentari?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li mill-1 ta’ Jannar 2011 sa llum il-Malta Industrial Parks ma rċeviet l-ebda talba għall-proviżjoni ta’ mħażen fiż-żona industrijali ta’ Ħal-Far.

MCAST — Lufthansa Tecknik Course

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienu l-istudenti li gradwaw fil-kors tal-MCAST magħruf bħala Lufthansa Tecknik Course u kemm minn dawk li gradwaw ġew impjegati mal-istess Lufthansa Tecknik? Tista' tikkonferma kemm minn dawk li għadhom ma ġewx impjegati, meta huwa l-ħsieb li jiġu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-ebda mill-korsijiet full-time marbutin mal-avjazzjoni li joffri l-MCAST ma huwa magħruf bħala ‘Lufthansa Tecknik Course’. Il-korsijiet tal-MCAST marbutin mat-tiswija tal-ajruplani huma : · MCAST Aircraft Maintenance Technician Course (Leading to EASA Part-66 CAT B1.1 Examinations) · MCAST Aircraft Maintenance Technician Course (Leading to EASA Part-66 CAT B2 Avionics Examinations) · EASA Part-66 Aircraft Maintenance Category A Licence Course L-MCAST m’għandux informazzjoni dwar meta u fejn ikunu sabu impjieg dawk li jtemmu kors fl-istess Kulleġġ. Waqt li l-MCAST jaħdem bis-sħiħ biex jiżgura li l-korsijiet li joffru jagħtu lill-istudenti l-ħiliet u l-kwalifiċi meħtieġa biex ikun aktar faċli li jsibu impjieg tajjeb fi żmien qasir.
Leg 11 PQ #36277 Sitting 502 2012-10-01 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Sannat — Triq Sannat - manutenzjonijiet

Question

Peress li għadhom jippersistu l-ilmenti dwar l-istat ħażin ta' Triq Sannat, fis-Sannat li minkejja diversi tweġibiet li ngħataw f dan il-Parlament għadha ma sarithiliex il-manutenzjoni li tinħtieġ, tista' l-Ministru tara li Triq Sannat isirilha x-xogħol meħtieġ biex tiġi fi stat suret in-nies?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li din it-triq qed issirilha manutenzjoni kif ikun meħtieġ.
Leg 11 PQ #36278 Sitting 502 2012-10-01 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Xlendi — cleaners tal-bajja

Question

Peress li fil-bajja tax-Xlendi naqsu l-cleaners, tista' l-Ministru tara li min telaq jiġi replaced?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ttieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jinżamm l-istess livell ta' servizz f'din il-bajja.
Leg 11 PQ #36279 Sitting 502 2012-10-01 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Karigi fid-dipartiment tal-gvern — promotions

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm karigi fid-dipartiment tal-gvern li qed jistennew li jinħarġu l-promotions u kemm ilhom pendenti?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata illi din l-informazzjoni tkun tista' tingħata appena l-eżerċizzju komplet marbut mal-karigi jiġi konkluż.

Sptar Mater Dei — każ ta' anzjan li weġġa'

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex għadu ma ngħatax il-kumpens mistħoqq għall-ispejjeż kbar li nefaq l-anzjan li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u li ġie mweġġa' ġewwa l-Isptar Mater Dei, waqt li kien qiegħed għal kura wara operazzjoni u li sofra danni ta' diżabilità permanenti? Għaliex id-dipartiment għadu ma tax l-attenzjoni meħtieġa lil dan l-anzjan li wara l-operazzjoni li kellu jagħmel illum jinħtieġ li jagħmel medikatura fuqu nnifsu kuljum, iżda minħabba d-diżabilità li sofra meta ġie mweġġa' ġewwa l-isptar, issa huwa dipendenti fuq nies oħra, għal din il-medikatura għaliex m'għandux l-użu taż-żewġ idejn?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li din il-persuna żaret il-‘Customer Care Unit’ tal-Isptar Mater Dei fi tlett (3) okkażżjonijiet u talab jew applika dawn l-ilmenti hekk: · Fis-17 ta’ Mejju 2010 waqt li kien qed jinġħata kura f’S5, ġie ma’ martu u lmenta fuq in-nuqqas ta’ apparat jismu ‘VAC’. Ittieħdu l-azzjonijiet neċessarji li kien hemm bżonn biex l-apparat jissewwa. · Fl-24 ta’ Lulju 2010 gie fil-‘ Customer Care ’, u talab kopji tal-fajl tieġħu, u dawn inġħatawlhu kif gie mitlub, wara li twettqet il-proċedura normali. · Fis-27 ta’ Frar 2011 talab dokumenti tal-Immaġini Mediċi u dawn inġħatawlhu. Minn wara dawn imsemmija hawn fuq, qatt ma rċevejna ilmenti rigward is-servizz ta’ kura offrut mill-professjonisti tal-kura tas-saħħa nnifishom. Madankollu, qed jinġħad li l-isptar rċieva ittra mill-avukat tieġħu, li tmur lura ġħall-2010. Il-kaz imressaq mill-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant qed jigi analizzat fid-dawl tal-allegazzjonijiet imressqa minnu.

Spezzjoni fuq post

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir spezzjoni fuq il-post li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, peress kif wieħed jista' jara, għandhom għadd ta' xquq fil-ħitan ta' xi kmamar u anke problemi bil-madum li allegatament tqiegħed ħażin mill-bidu?

Response (SAID, CHRIS)

Nixtieq ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi din l-ispezzjoni ser issir fil-gimghat li gejjien.
Leg 11 PQ #36287 Sitting 502 2012-10-01 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Intern

Sindki li għandhom jirrifondu parti mill-onorarja

Question

Fid-dawl ta' diversi rapporti fil-media li hemm għadd ta' sindki li għandhom jirrifondu parti mill-onorarja tagħhom lill-Kaxxa ta' Malta, jista' l-Prim Ministru jgħid, b'kollox, liema kienu dawn is-sindki, x'kienu l-ammonti dovuti każ każ, u kemm kien mistenni jiġbor b'kollox il-gvern minħabba dan il-ħlas żejjed?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li s-somma li l-Gvern mistenni li jirkupra hija ta’ € 95,038.78. Dawn il-flus ser jibqgħu għand il-Kunsilli Lokali rispettivi. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ Sindki jew ex-Sindki li għad għandhom bilanċ x’iħallsu. Intant il-Kunsilli Lokali nfushom u l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali Azzjoni qed jieħdu l-azzjoni neċessarja biex dawn il-flus ikunu rifużi kollha.
Leg 11 PQ #36288 Sitting 502 2012-10-01 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Intern

Unjoni Ewropea — immigranti irregolari li ġew resettled

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew resettled immigranti irregolari li ġew pajjiżna b'kollox fl-Unjoni Ewropea minn kemm ilna membri tal-Unjoni Ewropea?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ immigranti li ġew rilokati fi Stati Membri tal-Unjoni Ewropea mid-data tas-sħubija sa llum jammonta għal 602 persuni. Dan in-numru hu mistenni li jkompli jiżdied fix-xhur li ġejjin għax hemm talbiet li qegħdin jiġu pproċessati.

Trasnport Malta — toroq li jinsabu fi stat ħażin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kumpens intalab mill-2010 sal-lum lil Transport Malta dwar ħsarat li ġarrbu s-sidien tal-karozzi permezz tal-istat ħażin tat-toroq? Jista' jagħti l-lokalitajiet ta' minn fejn ġew esperjenzati dawn il-ħsarat? Jista' jindika u jagħti rendikont ta' kemm minn dawn it-talbiet ġew magħluqa, pendenti jew irrifjutati?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.

Transport Malta — nefqa fuq tabelli

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm kienet in-nefqa minn Transport Malta fuq tabelli li saru fit-toroq sena b'sena mill-2008 sal-lum? Jista' jgħid min kienu l-kuntratturi li ħadu jew esegwixxu dan ix-xogħol?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Merchant Shipping — board room - sett ta' siġġijiet mibdula

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex kien ġie mibdul sett ta' siġġijiet li kienu jintużaw fil-board room tal-Merchant Shipping meta dawn kienu għadhom f'kundizzjoni eċċellenti? Jista' jgħid kemm kienet in-nefqa sabiex ġie mixtri sett ġdid? Jista' jgħid fejn qed jintużaw dawk is-siġġijiet li ġew mibdula jew fejn ġew meħuda?

Response (GATT, AUSTIN)

Bir-rispett kollu lejn l-Onor Deputat ma jidhirlix illi domandi simili jiġġustifikaw il-flus pubbliċi li jintefqu u l-ħin li jiġi moħli, biex isiru r-risposti. Kont nippretendi li l-Onor Interpellant jkun kemm kemm aktar għaqli fl-għażla tad-domandi li jagħmel minn dawk suġġeriti lilu minn xi seksiek fl-Awtorita. B'danakollu xorta se nirrispondi d-domanda tiegħek u għalhekk ninsab infurmat lis-siġġijiet inkwistjoni kienu ilhom jintużaw għall-tmintax il-sena u wieħed jista jimmaġina li ma kinux f'kundizzjoni eċċellenti. Dawn is-siġġijiet ittieħdu biex issirilhom manutenzjoni. In-nefqa għas-siġġijiet kienet ta' €880.

Trasport Malta — ġebel żgħir b'għamla ta' żrar fil-ħamrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li kie ġie mibdul ġebel żgħir b'għamla ta' żrar biex ikun jista' jitpoġġa taħt il-ħamrija fil-bini tat-Trasport Malta? Jista' jagħti id-daqs taż-żrar li nqala kif ukoll ta' dak li saru floku? jista' jgħid għaliex u x'kienet ir-raġuni li dan ġie mibdul? Jista' jgħid kemm ġie jiswa dan iż-żrar flimkien max-xogħol konness miegħu? Jista' jgħid x'għamel min kien inkarigat b'dak iż-żrar li ġie mibdul?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li dan ix-xogħol sar bħala parti minn tender maħruġ minn Transport Malta għal “Landscaping Works and Upkeeping Services of Green Areas at Malta Transport Centre”. Transport Malta m’għandix informazzjoni rigward id-daqs ta’ żrar li nqala minn żewġ planters, filwaqt li ż-żrar li tqiegħed floku għandu daqs aggregate ta’ 20mm. L-ispiża għal dan iż-żrar flimkien max-xogħol konness miegħu kien ta’ €480 fejn mtlew erba’ planters b’volum ta’ 15m3. Iż-żrar li kien hemm qabel ġie mormi mill-kuntrattur.

Bank Ċentrali ta' Malta — riservi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw ir-riservi tal-Bank Ċentrali ta' Malta u fiex jikkonsistu?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li fl-aħħar ta’ Ġunju 2012 l-assi barranin tal-Bank Ċentrali ta’ Malta kienu jammontaw għall-€2,683.5 miljuni. Minn dawn, €1,874.3 miljuni kienu jikkonsistu f’investimenti barranin denominati f’ewro, €796.1 miljuni f’assi denominati f’muniti barranin u €13.1 miljun f’deheb.
Leg 11 PQ #36306 Sitting 502 2012-10-01 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tal-Intern

PPCD u kunsilli lokali — korrispondenza

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 36188 u 35989 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-korrispondenza rigward ERDF funds bejn il-PPCD u l-Kunsill Lokali ta’ Ħad-Dingli, ir-Rabat, Ħ’Attard u Ħal-Lija bejn l-1 ta’ Frar 2010 u t-30 ta' Ġunju 2010?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt f’Mistoqsija Parlamentari Numru W585.

Enemalta — Gas Division - art

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 36223, 35975 u 35823 u jgħid ta' min hi l-art li bħalissa l-Korporazzjoni Enemalta tuża għall-Gas Division fil-Qajjenza, limiti ta' Birżebbuġa?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.