Jista' l-Ministru jagħti lista oħra dettaljata minn meta nħatar iċ-chief human resources (jew executive head corporate services kif inhu magħruf issa) 'l hawn kemm nies ingħataw permess imorru jistudjaw l-Università, x’kors għamlu, jekk il-Korporazzjoni Enemalta ħallsitx għal dawn il-korsijiet u jekk il-paga baqgħetx toħroġ normali? Dawn l-ispejjeż ġew rifużi u meta f’każ li l-impjegat ma jkunx ġab il-kwalifika li għalija jkun intbagħat peress li l-Ministru fil-mistoqsija parlamentari ta biss informazzjoni għall-2011?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi kien hemm 29 impjegat li ntbagħtu jistudjaw l-Università jew ġew sponsorjati jagħmlu Distance Learning. Dawn kienu jintgħażlu minn Bord tal-Għażla u approvati miċ-Chief Executive Officer (CEO).
Kien hemm każijiet fejn l-Enemalta ħallset l-ammont kollu tal-kors u kien hemm oħrajn fejn ħallset parti minnu. Il-pagi baqgħu joħorġu għas-sempliċi raġuni li l-impjegati kollha segwew il-korsijiet fuq bażi
part-time
, minbarra wieħed u li l-paga tiegħu kienet toħroġ bin-nofs. Dan kien jattendi x-xogħol meta kien ikollu l-vaganzi l-Università.
Il-Lista ta’ korsijiet qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35984 u jgħid x’tip ta’ xogħol ta’ konsulenza u/jew xogħol ieħor għamel il-perit li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament għal Malta Enterprise? Jista’ jagħti l-ispiża ta’ kull xogħol kif ukoll ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kull rapport li sar? Fuq liema kriterju ntagħżel il-perit għal dawn ix-xogħlijiet?
Għawdex — bini ta' triq ġdida quddiem il-Gozo Stadium
Question
Fir-rigward tat-triq li qed tinbena mill-ġdid quddiem il-Gozo Stadium, tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm parking spaces qabel il-proġett (minħabba li l-wisgħa tat-triq kien jippermetti parking fuq iż-żewġ naħat), u wara li jintemm il-proġett bi triq idjaq?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Peress li l-proġett imsemmi qiegħed isir minn Transport Malta, nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ħarġu permessi ta' dgħajjes MFB mill-2008 sal-lum u kemm ġew irrifjutati sena b'sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25760, infakkru fir- Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1438/2003 li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2008 u għaldaqstant l-applikazzjoni li saru minn dik id-data jinsabu fuq waiting list.
Transport Malta — importazzjoni ta' karozzi kummerċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mnejn il-konsumatur li mhuwiex midħla tal-liġi, li jkun interessat jimporta karozza kummerċjali, jista' jsib il-klawsola li tinsab f’Tax Act 368, fejn persuna tista' timmodifika l-magna tal-vettura għal Euro 4, qabel ma sseħħ ir-reġistrazzjoni tal-vettura, mill-website tal-Transport Malta?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-link mal-websajt ta' Transport Malta fejn f'paragrafu 12.5 tad-dokument, wieħed jista jsib il-klawsola li qed jirreferi għaliha l-Onor Interpellant.
Ħat-Tarxien — problema ta' ġebel fil-katusi tad-drenaġġ
Question
Jista' l-Ministru jara l-ilment tar-residenti ta' Triq Kalamija u Triq il-Madonna tad-Duttrina f'Ħal Tarxien, fejn dawn qed ikollhom ħafna ġebel fil-katusi tad-drenaġġ u anke qed ikun hemm riħa tintent fit-triq il-Knisja, f'Ħal Tarxien? Jista' jara li jiġi investigat dan l-ilment imressaq mill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi minn spezjoni li saret fuq il-post jirriżulta li kien hemm sadd fi Triq il-Knisja li possibilment kien il-kaġun tal-irwejjaħ. Dan tneħħa u ġiet imnaddfa is-sistema wkoll.
Hemm ukoll xi blajjet ġewwa waħda mit-tappieri u dawn tneħħew.
Ninsab infurmat ukoll li hemm possibilta’ ta’ ħsara fil-mejn ta’ Triq Kalamija u li din ġiet investigata permezz ta’ cctv.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-familja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li kellha tarbija u kellha tieħu xi flus tal-maternità skont il-miżura tal-aħħar budget u għadhom ma ħadu xejn?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna se tigi nfurmata permezz ta' ittra dwar il-kaz taghha.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-mara li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li ma rċevitx il-vouchers tal-kont tad-dawl u l-ilma peress li għandha dħul baxx?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-każ tal-persuna ndikata minnu ma jistax jiġi nvestigat minħabba li bid-dettalji mogħtija ma nstab xejn fuq is-sistema tad-Dipartiment tas-Sigurta' Socjali, tajjeb jekk jingħataw iktar dettalji bħal numru tal-karta ta’ l-identita’.
Jista' l-Ministru jara l-każ ta' koppja anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li għandha s-servizz tal-home help u peress li hija koppja kbira fl-età tixtieq li meta l-persuna li tagħti l-home help ma tkunx tista' tmur, almenu jkollha reliever?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru, flimkien mal-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni, jikkordina biex xi siġar li hemm fil-bicycle lane matul il-coast road sa ħdejn Kennedy Grove, jiġu miżbura għax f'xi partijiet jistgħu jkunu ta' periklu għal dawk li jużaw dawn il-lanes?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xoghol imsemmi isir perjodikament skont programm li jkun imfassal. Ninsab infurmat li skont dan il-programm dan ix-xogħol beda t-Tnejn 9 ta' Lulju, 2012 u tlesta fi żmien ġimgħa.
Awtorità Maltija għat-Turiżmu — talbiet minn resataurnats
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm talbiet quddiem l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu biex jinfeħtu restaurants jew jinbidlu l-klassijiet tal-istess restaurants fil-lokalitajiet tal-Mellieħa, n-Naxxar u San Pawl il-Baħar?
Response (MARCO, MARIO DE)
Mir-riċerka li saret jirriżulta illi bħalissa quddiem l-Awtorita’ tat-Turiżmu hemm dawn l-applikazjonijiet għall-restaurants.
Il-Mellieha 2
Naxxar 1
San Pawl Il-Bahar 12
M’hemmx talbiet biex jinbidlu l-klassijiet tal-istess
restaurants.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm huma l-persuni/kumpaniji li kienu awtorizzati li jimpurtaw żerriegħa tal-patata fl-istaġun li għadda? Kemm kien hemm persuni/kumpaniji li kienu awtorizzati jesportaw/jibagħtu patata fis-suq intern tal-Unjoni Ewropea?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17979, niġbidlu l-attenzjoni li ċaqlieq ta’ prodotti u materjal fis-suq intern tal- Unjoni Ewropea mhuwiex meqjus bħala importazzjoni/esportazzjoni iżda sempliċement meqjus bħala movement peress li s-suq Ewropew huwa wieħed ħieles. Għaldaqstant m’hemm ebda kontroll u wisq inqas ħtieġa ta’ liċenzji biex isir dan. Fid-dawl ta’ dan kollu, ma tinżammx l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-Awtorità tad-Djar għandhiex preżentament applikazzjonijiet pendenti għall-permessi tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għal xi bini? Fil-każ li iva, f'liema lokalitajiet huma dawn l-applikazzjonijiet? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk l-awtorità għandhiex permessi validi tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li għandhom mhux mibnija? Fil-każ li iva, f'liema lokalitajiet huma dawn il-permessi u kemm hemm appartamenti involuti?
Response (SAID, CHRIS)
ninforma lill-Onorevoli INterpellant sabiex isib l-Informazzjoni mitluba hawn taht:
LOKALITA’
Numru Totali ta’ Units ghal kull Lokalita’
Fgura
42
San Lawrenz
70
Ta’ Giorni
62
Numru Totali ta’ Units
174
Permessi tal-MEPA validi li ghandha l-Awtorita’ tad-Djar (li ghadhom mhux mibnija)
LOKALITA’
Numru Totali ta’ Units
Ghal Kull Lokalita’
Attard
6
Birkirkara
51
Burmarrad
17
Cospicua
56
Floriana
12
Kirkop
140
Luqa
159
Marsaskala
36
Mellieha
11
Mgarr
6
Mriehel
6
Msida
143
Naxxar
9
Paola
8
Qormi
21
Qrendi
73
Rabat
18
San Gwann
3
Senglea
3
Siggiewi
100
Valletta
11
Vittoriosa
3
Zabbar
69
Zebbug
73
Zejtun
5
Zurrieq
46
Numru Totali ta’ Units
1085
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 15911 fejn l-Ministru qalet li dan il-proġett kien se jiswa €4.2 miljuni, u b'referenza għall-mistoqsija parlamentari 21701 fejn l-Ministru wieġbet li l-bini tal-istess pixxina se tiswa €6.2 miljuni, tista’ l-Ministru tispjega fiex tikkonsisti din id-differenza ta’ €2 miljuni? Tista’ tgħid kemm hi stmata li se tiswa llum?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata illi d-differenza ta' €2 miljun hija dovuta għall-istima tas-sistema mekkanika u elettrika. Dawn l-ispejjeż jiddependu mill-effiċjenza tas-sistema u jvarjaw skont it-teknoloġija u l-prezzijiet tas-suq.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32792 dwar investiment barrani, peress li l-NSO Release li rrefera għaliha l-Ministru ma tagħtix l-informazzjoni għal Malta u għal Għawdex separatament, jista’ l-Ministru issa jgħid kemm kien l-ammont totali ta’ investiment barrani, f’Malta u f’Għawdex separatament, fl-aħħar ta’ Ġunju, fl-aħħar ta’ Settembru u fl-aħħar ta’ Diċembru 2011?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-aħħar ċifri li għandna miġbura jidhru fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Niġbed l-attenzjoni li ċ-ċifri kkwotati huma proviżżorji u għaldaqstant, jistgħu jinbidlu. Din l-informazzjoni ma tinġabarx separatament għal Malta u għal Għawdex. Għalhekk l-Uffiċċju tal-Istatistika jista’ jipprovdi informazzjoni skont fejn huwa l-indirizz tal-korrispondent.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 35739 dwar applikazzjoni PA/03051/03 - cruise berthing facilities outside Mġarr , jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’:
a) l-istudju kien preparat minn
Ecorys Nederland Bv
u
Euroconsultants SA
b) l-
Appropriate Assessment
li sar
Adi Associates Environmental Consultants Ltd
; u
ċ) ir-rakkmandazzjoni li saret f’Mejju 2010 mid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Ambjent li kkonkludiet il-proċess ta' l-AA?
Response (MARCO, MARIO DE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istudju preparat minn Ecorys Nederland Bv u Euroconsultants SA hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant:
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Appropriate Assessment li sar mill-Adi Associates Environmental Consultants Ltd kif ukoll ir-rakkmandazzjoni li saret f’Mejju 2010 mid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Ambjent tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra bħala parti mit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 35738.
Għawdex — xogħol u titjib tal-ħiliet tar-riżorsi umani
Question
B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 28493, 29391, 29802 u 34768 u 35207 dwar ir-rapport li ġie kkumissjonat biex janalizza s-sitwazzjoni preżenti u jagħti pariri dwar strateġija marbuta mal-ħolqien tax-xogħol u t-titjib tal-ħiliet tar-riżorsi umani f'Għawdex, tista' l-Ministru issa wara li ilu seba' xhur li tlesta r-rapport, tgħid meta mistenni li jintemm il-proċess ta' konsultazzjoni mal-entitajiet kollha kkonċernanti?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li m'hemm xejn xi nżid mat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 35207.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew impjegati nies taħt l-iskema tal-Employment Aid Programme f’Malta u f’Għawdex separatament fl-2011 u din is-sena sal-lum? Tista’ tgħid kemm minn dawk li kienu impjegati kull sena f’Malta ġew ingaġġati għax-xogħol taħt Proċess A u taħt Proċess B? Kemm minnhom għadhom jaħdmu mal-istess employer li miegħu kienu tqabbdu jaħdmu? Kemm minn dawn qed jaħdmu ma’ employer differenti llum? Kemm minnhom m’għadhomx jaħdmu llum? Kemm minn dawk li m’għadhomx jaħdmu llum qed jirreġistraw għax-xogħol? Tista' tgħid ukoll kemm minn dawk li kienu impjegati kull sena f’Għawdex ġew ingaġġati għax-xogħol taħt Proċess A u taħt Proċess B? Kemm minnhom għadhom jaħdmu mal-istess employer li miegħu kienu tqabbdu jaħdmu? Kemm minn dawn qed jaħdmu ma’ employer differenti llum? Kemm minnhom m’għadhomx jaħdmu llum? Kemm minn dawk li m’għadhomx jaħdmu llum qed jirreġistraw għax-xogħol?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm minn dawk li kienu impjegati fl-2009 u 2010 f’Malta u f’Għawdex separatament taħt l-iskema tal-Employment Aid Programme għadhom jaħdmu mal-istess employer li miegħu kienu tqabbdu jaħdmu? Kemm minn dawn qed jaħdmu ma’ employer differenti llum? Kemm minnhom m’għadhomx jaħdmu llum? Kemm minn dawk li m’għadhomx jaħdmu llum qed jirreġistraw għax-xogħol?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Marina tal-Kottonera — xogħol ta' manutenzjoni fuq jottijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux permess li fil-marina tal-Cottonera, jsir xogħol ta' manutenzjoni fuq jottijiet? Jekk fin-negattiv, jista' jgħid jekk isirux spezzjonijiet sabiex dan ma' isirx jista' jgħid ukoll kemm-il spezzjoni kontra dan it-tip ta' xogħol u abbuż ieħor fl-istess marina, saru matul dan l-ahhar tnax-il xahar ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-marina tal-Kottonera u kull marina oħra f'Malta u Għawdex huma rregolati mir-Regolamenti tal-2011 dwar iċ-Ċentri ta' Yachting. Ir-Regolament 9 tal-istess Regolamenti jippermetti il-possibilita' ta' xogħlijiet żgħar ta' manutenzjoni ta' rutina jew ta' tiswija sakemm ma jirriżultawx f'tniġġiż tal-ilma jew tal-arja jew li ma jikkawżawx fastidju lin-nies l-oħra li jużaw ċentru ta' yachting.
L-ispetturi ta’ Transport Malta iżuru ċ-ċentri ta'
yachting
fuq bażi regolari sabiex isegwu l-immaniġġjar rikjest mill-istess Regolamenti, mill-operaturi rispettivi, iżda ma tinżammx statistika separata dwar spezzjonijiet speċifiċi.
Fost affarijiet oħra, I-ispetturi ta’ Transport Malta jassiguraw li l-operaturi taċ-ċentri ta'
yachting
jipprovdu b'mod adegwat faċilitajiet ta’saħħa u sigurta` u faċilitajiet għall-ilqugħ, ġbir u rimi ta' skart.