Legislature:
Category:
Reset
Active:

Arms Ltd — żbalji fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-ARMS Ltd qed tagħmel ħafna żbalji fis-sistema tal-kontijiet li jkunu ġew trasferiti fuq persuni fl-istess familji billi qed ineħħu n-numru tar-residenti kollha mill-kontijiet tagħhom bil-konsegwenza li dawn qed jitilfu s-sussidju? Jista' l-Ministru jgħid għaliex dawn il-familji wara li jindunaw b'dawn l-iżbalji minn naħa tal-ARMS Ltd qed jgħidulhom biex japplikaw għall-bdil tan-numru ta' residenti u r-refund jingħatalhom mid-data li jissottomettu din l-applikazzjoni mill-ġdid? Jista' l-Ministru jgħid għaliex dawn l-iżbalji simili ma kenux isiru mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li f’eventwalita’ ta’ kont, il-persuni konċernati huma obbligati jirreġistraw ruħhom permezz ta’ formola apposta. Permezz ta’ din il-formola, il-persuni konċernati kienu mitluba jimlew id-dettalji tal-persuni li ser joqogħdu fil-fond msemmi. L-ARMS timxi skont dak li jintela fil-formola.

Ħaż-Żabbar — Triq il-Kunsill tal-Ewropa - resurfacing

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa r-resurfacing ta’ Triq il-Kunsill tal-Ewropa ġewwa Ħaż-Żabbar u kemm dam għaddej ix-xogħol fuq din it-triq u f’liema jum tlestiet din it-triq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li r-resurfacing ta’ Triq il-Kunsill tal-Ewropa sewa lil Transport Malta s-somma ta’ €79,999.66. Ix-xogħol fuq it-triq dam għaddej ħamest’ijiem u sar bejn l-24 u t-28 t’Ottubru 2011.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — ħaddiema b'diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni b'diżabilità li jaħdmu fil-Ministeru u d-dekasteru inkluż dipartimenti li jaqgħu taħt l-Ministeru tiegħu? Kemm huwa dan bħala persentaġġ tal-ħaddiema in ġenerali?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 35654.

Pjanijiet għal tibdil tal-post minflokk ix-Ship Building fil-Marsa u Raħal Ġdid

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35137 u l-ewwel parti tal-mistoqsija parlamentari 34675 li oriġinajrament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u cioè: Jista' jgħid x'inhuwa l-pjan fejn qabel kien hemm ix-Ship Building fil-Marsa u Raħal Ġdid?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru 35982.

Gozo Channel — informazzjoni dwar xogħol li sar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew imqabbda kuntratturi sabiex jagħmlu xogħlijiet għall-Gozo Channel f'dawn l-aħħar xahrejn? X'kien it-tip ta' xogħol? Ħarġet tender jew direct order? Min tefa' l-offerti u min ħa x-xogħol? Kemm sewa dan ix-xogħol?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 35817.

Kumpanija li takkwista ishma jew titoli fuq art tal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34495 u jgħid jekk is-soċjetà Estera Benetti Spa uritx interess li takkwista ishma jew titoli fuq art li hi proprjetà tal-gvern jew f'idejn aġenziji tal-gvern f'Malta?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li d-dipartimenti u entitajiet fi ħdan dan il-Ministeru m’għandhomx tali informazzjoni.

Bormla — Triq San Franġisk - ħsara fit-triq

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-ħsara li teżisti fi Triq San Franġisk Bormla, eżatt malli tispiċċa n-niżla int u dieħel lejn l-Isla, li minnha jgħaddi t-traffiku kollu għall-Cottonera u l-madwar, tiġi rranġata għax saret perikoluża?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari Nru. 34067.

NSO — qagħda ekonomika

Question

Fid-dawl li l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, skont il-pubblikazzjoni tiegħu Gross National Income Inventory (ESA95) ta' April 2008, ċaqliq fl-inventarji dovut għall-parti tad-diskrepanza statistika li tikkontribwixxi negattivament għall-prodott gross domestiku (PGD) tfisser biss li l-livelli ta' wieħed jew aktar mill-komponenti l-oħra tal-PGD mkejjel mill-expenditure approach, bħall-konsum tal-familji, investiment, u/jew esportazzjoni huma fir-realtà aktar baxxi milli jindikaw ċ-ċifri (jew li l-livell tal-importazzjoni hu aktar għoli minn dak stabilit), u għaldaqstant ma jħalli ebda effett fuq il-kejl tat-total tal-PGD billi l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juża l-production approach bħala l-metodu prinċipali biex tkejjel il-PGD, jista' l-Ministru jgħid x’inhi r-reazzjoni uffiċjali tal-gvern għall-fatt li l-Gvernatur tal-Bank Ċentrali preżenti esprima pubblikament dubbji dwar kemm iċ-ċifri ppubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika qed jagħtu stampa reali tal-qagħda ekonomika f’pajjiżna, jiġifieri jekk il-pajjiż hux tassew teknikament f’riċessjoni jew le?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru 35849.

Public Service Obligation — kumpanija Gozo Channel

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 35269 u 35020 u cioè: B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 34503 dwar in-nefqa kull sena fuq il-Public Service Obligation li l-gvern għandu mal-Gozo Channel Co., jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa kull sena li tkopri l-passiġġieri Għawdxin?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 35269.

Investiment Barrani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-investiment barrani f’Malta u f’Għawdex separatament fl-aħħar tal-2010 u tal-2011? Jista’ jagħti dan it-tagħrif skont il-pajjiż minn fejn ġie l-investiment?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 36032.

Enemalta — impjegati li jagħmlu l-korsijiet

Question

Jista' l-Ministru jiċċekja u jgħid jekk l-individwu li isimu qed jintbagħat separatament u għandu l-grad ta' PDTO mal-Korporazzjoni Enemalta marx jagħmel xi kors fl-Università fl-aħħar disa' snin u kienx sponsorjat mill-korporazzjoni? Jista' jgħid jekk dan l-individwu gradwax? Jekk le, jista' jagħti risposta ċara li l-flus li l-korporazzjoni ħallsitu f'pagi fiż-żmien li għamel l-Università ġewx rifużi lura kollha, u meta ġew rifużi? Jista' jgħid minn naħa tal-korporazzjoni min huwa l-individwu li finalment huwa responsabbli li jara li dawn l-isponsorships jingħataw b'mod serju u li jekk l-individwu involut ma jġibx il-kwalifiki lura jinġabru l-flus lura mill-iktar fis? Jista' jagħti lista dettaljata tal-persuni mill-Korporazzjoni Enemalta li ntbagħtu jagħmlu korsijiet l-Università, jekk għaddewx u jekk le ġew rifonduti l-flus tal-isponsorship u meta?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 36002.

Enemalta — interview mill-HR

Question

Jista' l-Ministru jghid fl-aħħar disa' snin (sena b'sena) kemm kien hemm ilmenti minn persuni li allegaw li nqabżu inġustament f'interviews li saru mill-Human Resourses tal-Korporazzjoni Enemalta? Jista' jipprovdi lista ta' nomenklaturi li dwarhom l-Human Resourses tal-korporazzjoni stess irċieva ilmenti? Jista' jgħid jekk f'dawn is-snin kienx hemm xi forma ta' audit fuq l-operat tal-Human Resources tal-korporazzjoni? X'irriżulta minn dan l-auditing jekk fil-fatt sarx?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellanr għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru 36000.

Enemalta — chief internal audit officer

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-aħħar li dehret fil-gazzetta call for application għall-chief internal audit officer mal-Korporazzjoni Enemalta? Jista' jgħid għalfejn qatt ma ġie impjegat chief officer f'din il-kariga, meta f'perjodu minnhom fil-korporazzjoni kien hemm saħansitra seba' chief officers oħra u ħadd fil-kariga ta' chief officer internal audit? Jista' jgħid jekk hemmx pjan li dan il-post jibqa' battal?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru 35350.

Enemalta — kwestjoni dwar min kien imexxi l-canteen

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista dettaljata ta' kemm dam fil-canteen tal-Korporazzjoni Enemalta jiġi operat mill-kuntrattur li ismu qed jintbagħat separatament? Jista' jgħid kemm-il darba f'dawn is-snin inħareġ tender pubbliku fejn kulħadd seta' jittenderja u f'liema dati? Jista' l-Ministru li huwa wkoll responsabli mid-Dipartiment tal-VAT jgħid jekk dan il-kuntrattur kellux cash registers irreġistrati fuq dawn il-canteens u kemm inħarġu rċevuti u kemm tħallset VAT minn dan il-kuntrattur li kien jopera l-canteens kemm fil-Marsa u kemm f'Delimara? Jista' jikkonferma li l-operat tal-canteens taqa' taħt ir-responsabilità taċ-chief human resources tal-korporazzjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal-Mistoqsija Parlamentari Nru. 35900.

lista ta' fabbriki ġodda

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' fabbriki ġodda li nfetħu bejn 2008 u 2011? Kemm ħadmu nies f'dawk il-fabbriki l-ġodda? Kemm kien l-investiment investit minn kull fabbrika? Kemm kienu l-estensjonijiet ta' fabbriki li saru bejn 2008 u 2011? Liema fabbriki kienu li effetwaw estensjonijiet? Kemm kien l-investiment f'kull fabbrika u kemm żdiedu ħaddiema f'kull fabbrika?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta mogħtija f’Mistoqsija Parlamentari 35803.

Kummenti tal-Gvernatur tal-Bank Ċentrali — figuri tal-NSO

Question

B'referenza għall-kummenti tal-Gvernatur tal-Bank Ċentrali dwar il-figuri tal-NSO, jista' l-Ministru jgħid jekk għandux xi jżid ma' dan li ġej: a) li skont hu, hemm statistical fuzziness fil-figuri ppublikati; b) li skont hu, "the situation could be different from what appears at first sight"; u ċ) li fil-fehma tiegħu, għandha tingħata spjegazzjoni dettaljata?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari nru 35899.

rati tad-dawl u l-ilma mnaqqsa

Question

Peress li l-prezz taż-żejt illum nieżel taħt l-$84-il barmil, jista' l-Ministru jgħid jekk hemm possibilità li r-rati tad-dawl u ilma jkunu aġġustati 'l isfel fl-interess tal-konsumatur u l-operaturi ekonomiċi speċjalment fid-dawl ta' tnaqqis fl-ekonomija matul l-ewwel tliet xhur ta' din is-sena?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 36001.

San Pawl il-Baħar — Triq il-Port Ruman - servizzi mgħoddija

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Triq il-Port Ruman, f'San Pawl il-Baħar, għandhiex is-servizzi tas-drenaġġ u l-ilma mgħoddija fit-tul kollu tagħha, b'mod permanenti? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk matul l-aħħar ftit ġimgħat sarx xi xogħol mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma f'din it-triq?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li f’din it-triq, is-servizzi tad-drenaġġ u ilma huma mgħoddija fit-tul kollu ħlief għal biċċa żgħira fejn it-triq għadha mhix miftuħa. Il-bini f’din it-triq huwa moqdi kollu bis-sistema tad-drenaġġ kif ukoll tal-ilma. F’dawn l-aħħar ġimgħat ma sar l-ebda xogħol f’din it-triq.

parkeġġi tal-istat immexxija mill-privat

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu spazji pubbliċi jew parkeġġi mibnija li huma tal-istat u li qegħdin jitmexxew mill-privat? Jista' jgħid kif huwa l-ftehim bejn l-istat u min qed imexxi dawn il-parkeġġi? Kemm fadal żmien biex dan il-ftehim jiskatta u jekk bdewx id-diskussjonijiet biex l-ftehim eżistenti jinbidel?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li sa fejn jirrigwarda l-Ministeru tiegħi, taħt il-kuntratt iffirmat fl-20 ta’ Novembru 2011 mal-Arriva bħala operatur tat-trasport pubbliku hemm tlett siti ta’ Park and Ride li jitħaddmu mill-kumpanija. Dawn huma fil-Furjana, fil-Marsa u f’San Ġiljan u tagħhom l-Arriva tħallas rispettivament €8,000, €3,000 u €4,000 fis-sena, liema ammonti Transport Malta tgħaddihom lid-Dipartiment tal-Artijiet. Dan il-ftehim huwa għall-perjodu ta’ għaxar snin u għalhekk fadallu iktar minn disa' snin biex jiskadi. Barra minn dawn hemm ukoll numru ta siti ta’ parkeġġ li fihom ikun hemm car park attendants li għandhom liċenzja maħruġa minn Transport Malta. F’dan ir-rigward nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġibiet li ngħataw għall-mistoqsijiet parlamentari numri 32219 u 34422. Barra minn dawn jista’ jkun hemm proprjeta’ oħra tal-Gvern li tinkludi spazji għall-parkeġġi pubbliċi u li tista’ tkun ingħatat jew mid-Dipartiment tal-Artijiet jew minn xi Ministeru ieħor bħala parti minn xi kumpless bħal per eżempju il-parkeġġ ta’ l-isptar Mater Dei. Dwar tali każijiet nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministri konċernati.

Tibdil fil-bus shelters minħabba s-sħana tas-sajf

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35328 u cioè: Peress li ħafna mill-bus shelters li għandna fil-lokalitajiet f'Għawdex u Malta mhux addatati biex joffru kenn mix-xemx peress li huma trasparenti, u peress li issa bidet is-sħana u allura x-xemx tkun taħraq ukoll dawn is-shelters mux idoneji għal din it-tip ta' klima, jista' l-Ministru jara li din il-problema tiġi indirizzata?

Response (GATT, AUSTIN)

L-osservazzjonijiet tal-Onor. Interpellant huma materja t'opinjoni għalkemm m'hemmx dubju li s-sħana fis-sajf tinħass fis-shelters. Il-fatti huma li l-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur tas-shelters jgħidu li l-materjal użat jimblokka 99% tar-raġġi UV, joffru 42% dell mix-xemx u jnaqqsu s-sħana b'36%. M'hemmx pjani fil-preżent li jiżdiedu dawn l-ispeċifikazzjonijiet.