Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — informazzjoni dwar entitajiet pubbliċi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 33053, 32719, 32510 u 32251 u jgħid liema huma l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid min huwa/hija ċ-chariperson, is-CEO, u d-diretturi f'kull entità? Jista' jgħid ir-remunerazzjoni u l-perks li għandhom f'kull każ u minn fejn topera kull entità?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 33547.

Skart tossiku tal-power station il-ġdida

Question

Issa li qed jingħad li l-power station se tibda topera f'Ġunju, jista' l-Ministru jgħid kienx deċiż li l-iskart tossiku jinġarr fuq l-art flok il-baħar? Jista' jagħti r-raġunijiet għal din id-deċiżjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-iskart mill-power station ta’ Delimara ser jinġabar u jiġi maħżun f’kontenituri ddisinjati apposta sakemm ikun lest biex jiġi trasportat lejn il-Freeport, kif inħareġ mill-MEPA permezz tal-permess tal-IPPC li ħareġ f’Diċembru 2011. Ġiet anke stabbilita rota biex timminimizza kwalunkwe impatt fuq it-traffiku. Trasport bħal dan huwa regolat b’mod mill-aktar strett mill-UE li tiżgura li kull standard tas-saħħa u s-sigurtà jiġu osservati. Barra minn hekk l-Enemalta ser tiprepara studju biex tiġi esplorata l-possibilità li tintuża rotta tal-baħar.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — informazzjoni dwar l-impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid, matul l-2011 kemm ħarġu applikazzjonijiet għal impjieg fid-dekasteru responsabbli mill-Ministru u kemm ġew impjegati, kemm abbażi ta' kuntratt definit jew indefinit? F'kull każ x'kien il-grad/nomenklatura ta' impjieg li ġew imħaddma fih?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — allowances mħallsa lill-Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32872 u jgħid kemm tħallsu subsistence allowances, overseas service allowance, multiple allowances, allowance for wear and tear of clothing, qualification allowances u shift allowances f'din l-aħħar sena lill-impjegati fil-Ministeru jew dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-dekasteru tiegħu?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 32872.

Arms Ltd — Kontijiet tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-kumpanija ARMS Ltd qed tagħmilha impossibli għall-konsumaturi li jkunu wirtu djar mingħand il-ġenituri tagħhom biex idawru l-kontijiet tad-dawl fuqhom meta jkollhom dritt testamentat għal użufrutt tad-dar? Jista' jgħid għaliex titlob il-kunsens tal-werrieta l-oħra saħansitra dawk li jkunu jgħixu barra mill-pajjiż u b'konsegwenza t'hekk ma jkunux jistgħu idawru l-meter mill-ewwel? Ma jaħsibx li dan hu red tape bla bżonn u qed jikkawża ħafna problemi għall-konsumaturi?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-ARMS Ltd titlob li sabiex jinqalbu l-kontijiet tad-dawl u tal-ilma f’każ ta’ wirt, jiġi ppreżentat it-testment bħala prova ta’ appartenenza tal-fond ikkonċernat. Fl-eventwalità li jkun hemm iktar minn eredi wieħed, ikun meħtieg il-kunsens tagħhom kollha, dan sabiex jiġu evitati problemi legali futuri fl-eventwalità ta’ xi kontestazzjoni minn xi wieħed jew aktar mill-werrieta. L-istess japplika fil-każ li eredi jkun użufruttwarju, kemm-il darba il-konsumatur ma jipprovdix prova illi l-fond ikun fil-pussess tiegħu, fejn ġeneralment, il-prova msemmija, tkun il- causa mortis .

provvista tad-dawl u l-ilma sospiża

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu dawk li kellhom kontijiet domestiċi li s-servizz tal-provvista tad-dawl u l-ilma tagħhom kienu sospiżi min-naħa tal-ARMS Ltd minħabba kontijiet pendenti bejn Settembru 2011 u April 2012? Jista' jgħid kemm kienu l-kontijiet pendenti tar-residenzi li nqatgħatilhom il-provvista tal-elettriku u l-ilma?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari nru. 35341.

kumpaniji, lukandi, u fabbriki — qtugħ tas-servizz tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kumpaniji, lukandi u fabbriki li l-gvern qatgħalhom is-servizz tad-dawl u l-ilma minħabba li ma ħallsux l-kontijiet bejn Settembru 2011 u April 2012? Jista' jgħid kemm kienu l-kontijiet pendenti ta’ dawn il-kumpaniji, lukandi u fabbriki tar-residenzi li nqatgħatilhom il-provvista tal-elettriku?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari nru. 35341.

Bormla — Triq San Franġisk - xogħol fit-triq

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 33900 u jara li Triq San Franġisk Bormla jsirilha dak ix-xogħol li hemm bżonn isir u dan għax it-triq niżlet u mtliet b'ħofor kbar? Jista' jgħid meta jista' isir dan ix-xogħol?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li x-xogħlijiet ta' tiswija f'din it-triq tlestew fit-8 t'Awwissu.

Manutenzjoni tal-impjant tal-Enerġija f'Delimara

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min se jkun qed jagħmel u jieħu ħsieb il-manutenzjoni tal-impjanti tal-enerġija f'Delimara, il-Korporazzjoni Enemalta jew il-privat? Jekk se jkun fdat f'idejn il-privat, jista' l-Ministru jgħid: a) Għalfejn ittieħdet tali deċiżjoni; b) min hija l-kumpanija li se tkun qed tagħmel ix-xogħol; ċ) kif ingħatat il-kuntratt; u d) x'inhuma l-implikazzjonijiet finanzjarji għall-Korporazzjoni Enemalta b'dan il-ftehim?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-manutenzjoni kollha tal-impjant f'Delimara titwettaq mill-Korporazzjoni Enemalta. Il-Korporazzjoni tista’ minbarra ħaddiema tagħha tingaġġa’ supervisors temporanji mill-ħaddiema tal-manutenzjoni fl-impjant jew speċjalisti oħrajn biex jassistu waqt il-manutenzjoni. Il-Korporazzjoni tidħol ukoll fi ftehim fit-tul għall-proviżjoni ta' spare parts u assistenza teknika meta jkun meħtieġ. Meta jsiru dawn it-tipi ta’ kuntratti, ikunu suġġetti għar-regolamenti finanzjarji. Dawn il-kuntratti jiggarantixxu d-disponibbiltà ta' spare parts u assistenza teknika għal prezzijiet vantaġġjużi kif ukoll jipprovdu garanzija fuq il-prestazzjoni tal-impjant.

Enemalta — stock tal-mercaptan

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk għadx fadal x’imkien fil-Korporazzjoni Enemalta, stock (drum jew tnejn) tal-mercaptan?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi se ssir spezzjoni viżiva ta’ tlett siti fejn kien maħzun il-mercaptan, jigifieri il-Qajjenza, il-power station ta’ Delimara u sit miftuħ f’Kordin viċin il-power station l-antika. L-esperti mqabbda mill-Enemalta huma il-Professur tal-Kimika Alfred J. Vella u Pro-Rettur fl-University of Malta u l-Perit Anthony Cassar, A&CE. Ninsab infurmat li jekk jiġu nnutati sinjali ta’ disturbazzjoni fl-art se jsir studju ta’ Ground Penetrating Radar biex jinvestiga għal xi materjal li jista jkun mirdum. L-eżerċizzju tal -Ground Penetrating Radar se jsir mill-kumpanija Terracore taħt is-superviżjoni tal-esperti.

ilqugħ fuq il-pontijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsiru lqugħ fuq il-pontijiet li hawn fit-toroq madwar Malta u Għawdex, sabiex ikun hemm is-sigurtà meħtieġa għas-sewwieqa li jkunu għaddejjin minn taħt dawn il-pontijiet u dan sabiex jiġu evitati inċidenti li jistgħu jkunu fatali?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Transport Malta ma jirriżultalhiex li hemm bżonn ta’ lqugħ fuq pontijiet li jinsabu fuq toroq arterjali u distributorji. Madankollu, l-Awtorita’ se tikkunsidra dan is-suġġeriment u timplimenta l-miżuri neċessarji jekk u fejn tinħass il-ħtieġa li dan isir.

Liġi tal-Kompetizzjoni — ksur tal-liġi

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 33657, apparti dawk id-deċiżjonijiet li tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra li jikkonċernaw biss deċiżjonijiet meħuda taħt ir-Regolamenti dwar il-Kontroll ta' Konċentrazzjonijiet, jista' l-Ministru jpoġġi wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra kopja, anke mhux kunfidenzjali, tad-deċiżjonijiet meħuda u rapporti mressqa quddiem il-Kummissjoni għall-Kummerċ Ġust wara li jkunu ġew mressqa ilmenti dwar xi allegat ksur ta' Artikolu 5 jew Artikolu 9, jew it-tnejn, tal-Att dwar il-Kompetizzjoni, li milli nifhem skont it-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari riferuta aktar kmieni fil-każ ta' dak li kien id-Dipartiment tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni kienu sitt deċiżjonijiet u kien hemm żewġ rapporti li ġew eżebiti quddiem il-Kummissjoni għall-Kummerċ Ġust filwaqt fil-każ tal-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni fi ħdan l-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u Affarijiet tal-Konsumatur kien hemm ħames deċiżjonijiet?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-mistoqsija Parlamentari 33657 kienet dwar kemm ħa deċiżjonijiet l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni kemm meta kien jifforma parti mid-Dipartiment tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni u kemm wara li sar jifforma parti mill-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur. Għaldaqstant fl-istatistika għar-risposta li ingħatat ġew inklużi d-deċiżjonijiet li ttieħdu taħt ir-Regolamenti dwar il-Kontroll ta’ Konċentrazzjonijiet billi dawn ukoll huma deċiżjonijiet tal-Uffiċċju. B’referenza għall-mistoqsija Parlamentari nixtieq ninforma lil Onorevoli Interpellant illi meta l-Uffiċċju kien parti mid-Dipartiment tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni hu kien ħa tliet deċiżjonijiet taħt l-Att dwar il-Kompetizzjoni li kopja tagħhom qiegħda tiġi mqiegħda fuq il-mejda tal-kamra. Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-rapporti preżentati quddiem il-Kummissjoni għall-Kummerċ Ġust, li l-proċeduri tagħha kienu in camera, ma jikkostitwux deċiżjoni finali tal-Uffiċċju u għaldaqstant mhumiex soġġetti għall-pubblikazzjoni taħt l-Att dwar il-Kompetizzjoni qabel ġie emendat bl-Att VI tal-2011. Fil-każ tal-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni fi ħdan l-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u Affarijiet tal-Konsumatur, id-deċiżjonijiet li ittieħdu s’issa kienu taħt ir-Regolamenti dwar il-Kontroll ta` Konċentrazzjonijiet. Taħt l-Att dwar il-Kompetizzjoni inħareġ rapport preliminarju dwar is-suq tal-uniformijiet li minn dakinhar li ingħatat ir-risposta għall-mistoqsija Parlamentari 33657 issa ġie segwit b’rapport finali dettaljat li qiegħed ukoll jiħi mqiegħed fuq il-mejda.

Uffiċċju għall-Kompetizzjoni Ġusta — żieda fil-press tal-ħalib

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-investigazzjoni li kellha ssir minn dak li kien l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni Ġusta, illum Uffiċċju għall-Kompetizzjoni fi ħdan l-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u Affarijiet tal-Konsumatur, mitluba mill-gvern f'Jannar tas-sena l-oħra wara li kien żdied il-prezz tal-ħalib, ġietx konkluża? Jista' jgħid x'kienet il-konklużjoni tal-Uffiċċju dwar jekk iż-żieda fil-prezzijiet kenitx ġustifikata jew le? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja mhux kunfidenzjali ta' din id-deċiżjoni?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 34262.

Buġiba u Qawra — tined u umbrelel

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru, flimkien mal-Ministeru responsabbli mill-Artijiet hux qed jippjana li jkun hemm xi forma ta' deċiżjoni għal dawk li huma tined (jew umbrelel) li jistgħu jintużaw mill-istabilimenti kummerċjali fl-inħawi ta' Buġibba u l-Qawra (u f'postijiet oħra wkoll), biex dawn l-istabilimenti jkunu jistgħu jaqdu aħjar lill-klijenti tagħhom?

Response (MARCO, MARIO DE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-użu ta' tined u umbrellel li jistgħu jintużaw mill-istabliminenti kummerċjali jistgħu jiġu kkunsidrati bħala permessibli skond Klassi 14 u 15 tal-Ordni ta’ l-2007 dwar in-Notifikazzjoni dwar Żvilupp, Avviż Legali 115 ta' l-2007. Fil-każ li l-applikazzjoni tinvolvi art pubblika bħal bankina jew promenade jkun hemm bżonn il-kunsens tad-Dipartiment tal-Artijiet. F’każijiet fejn hemm talba sabiex il-bankina titwessa għal ġot-triq, ikun hemm bżonn il-kunsens tat-Trasport Malta. Fil-każ tal-Awtorita’ ta’ Malta tat-Turiżmu, din ma toħroġx permessi għall-umbrellel u canopies iżda biss għas-siġġijiet u mwejjed.

toroq mingħajr mains tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma dawk it-toroq fil-lokalitajiet tat-12-il distrett elettorali li għad m'għandhomx mains tad-drenaġġ/ilma, b'mod permanenti?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-network tad-drenaġġ ma jestendix sat-toroq imsemmija fil-lista li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninsab infurmat li n-network ta’ l-ilma jkopri t-toroq kollha residenzjali ħlief fit-tnax il-distrett elettorali fi tlett toroq ta’ hawn taħt fejn il-main huwa temporanju. a) Triq ix-Xagħra tal-Bandieri, San Pawl il-Baħar b) Triq Għajn Astas, San Pawl il-Baħar c) Triq l-Insolja, Burmarrad

Gvern Malti bħala Shareholder

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 33769 u jgħid kemm għandu shares jew kemm huwa involut bħala shareholder il-Gvern Malti f'kumpaniji/aġenziji/korporazzjonijiet/istituti/fundazzjonijiet u gruppi oħrajn differenti?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 34981.

ARMS Ltd — qtugħ ta' dawl

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk l-Ministeru ħariġx struzzjonijiet biex konsumaturi li jkunu ilhom ma jħallsu l-kont jinqatgħalhom is-servizz avolja jkunu għadhom ma rċevewx kont? Jista' jikkonferma jekk is-sistema tas-software ARMS għandhiex kapaċità li tinforma lis-sezzjoni li jaqtgħu s-servizz li l-konsumatur ma jkunx ħallas għax ikun għadu ma rċieva l-ebda kont? Jaf li l-qtugħ tas-servizz ġara f'ażjendi li spiċċaw mingħajr dawl meta kienu ilhom ma jirċievu kont għal numru ta' snin? X'qed jagħmel biex dawn l-iżbalji ma jibqgħux isiru?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 35282.

Kumpanija li takkwista ishma jew titoli fuq art tal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk is-soċjetà Estera Benetti Spa uritx interess li takkwista ishma jew titoli fuq art li hi proprjetà tal-gvern jew f'idejn aġenziji tal-gvern f'Malta?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 35503.

Labour Force Survery — informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid, skont il-Labour Force Survey, f’Malta u f’Għawdex separatament kemm kien fl-aħħar tal-2010 u tal-2011: a) kemm kien hemm nies jirreġistraw għax-xogħol, dawk ta’ bejn il-15-il sena u l-24 għalihom u dawk ta’ ‘l fuq minn 25 sena għalihom kif ukoll nisa għalihom u rġiel għalihom; b) kemm kienet il-popolazzjoni tal-età tax-xogħol, nisa għalihom u rġiel għalihom u skont l-età, jiġifieri dawk ta’ bejn il-15-il sena u l-24 għalihom u dawk ta’ ‘l fuq minn 25 sena; ċ) ir-rata ta’ attività, il-forza lavorattiva totali ( labour force ) bħala persentaġġ tal-popolazzjoni totali tal-età tax-xogħol kif ukoll il-forza lavorattivi tal-irġiel bħal persentaġġ tal-irġiel tal-età tax-xogħol u l-forza lavorattivi tan-nisa bħal persentaġġ tan-nisa tal-età tax-xogħol; u d) in-numru ta’ nies inattivi, nisa għalihom u rġiel għalihom?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Labour Force Survey — paga medja gross annwali

Question

Jista' l-Ministru jgħid, skont il-Labour Force Survey, f’Malta u f’Għawdex separatament kemm kien fl-aħħar tal-2010 u tal-2011 il-paga medja gross annwali skont id-diversi setturi tal-attività ekonomika?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru 35751.