Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38371 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim tal-Public Service Obligation bejn il-kumpanija Grimaldi u l-Gvern Malti?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Prim Ministru bħala l-Kap tal-Gvern Malti jwieġeb mistoqsija parlamentari 38306 u jgħid minn dakinhar li tħabbret uffiċjalment mill-Gvern Malti n-nomina tal-Viċi Prim Ministru Malti Tonio Borg għall-ħatra ta' Kummissarju Ewropew sal-lum x'servizzi għamel użu minnhom mingħand is-Sur Richard Cachia Caruana l-Gvern Malti u f'kull każ jgħid xi tħallas l-istess Richard Cachia Caruana, x'sewa fi spejjeż oħra b'mod dettaljat biex jingħataw dawn is-servizzi kemm lokalment kif ukoll barra mill-pajjiż u x'inhu antiċipat li sejra tkun l-ispiża f'dan ir-rigward mil-lum sal-aħħar tas-sena b'mod dettaljat ukoll?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ma għandi xejn x’inżid ma dak li għidt fit-tweġibiet li tajt għal mistoqsijiet li saru dwar l-Istqarrija Ministerjali li għamilt nhar it-Tnejn 26 ta’ Novembru 2012 (Seduta 527), u ċioè: “Jien nappella lill-Parlament biex inkunu raġjonevoli u ġusti mar-realtà u l-fatti! Cachia Caruana ilu involut fin-negozjati. L-ewwel nett, mhux biss ilu involut, kien miegħi, spalla ma’ spalla miegħi meta nnegozjajna l-ewwel programm finanzjarju. Bis-saħħa tiegħu ġibna mal-biljun ewro, elf miljun ewro! Il-meritu tal-mod ta’ kif ġiet innegozzjata u kif konna ġibna dawk il-fondi ħafna minnu jieħdu Richard Cachia Caruana; l-esperjenza li kellu, li għandu. Bir-rispett enormi li jgawdi, kien igawdi dakinhar u għadu igawdi sal-lum, fiċ-ċriki tal-Kummissjoni Ewropea. Kien ovvju li dik l-expertise, dik l-kompetenza, dik il-professjonalità kellna nużawha għall-ġid tal-pajjiż. L-interess ta’ pajjiżna kien jirrikjedi li jien, nitolbu jien, li minflok li jitlaq kollox, kif xtaq li jagħmel hu, huwa xtaq li jitlaq kollox, nitolbu jien li huwa jibqa’ konsulent miegħi biex din il-parti importantissima għall-pajjiżna jibqa’ jaqdiha. Aċċetta li jagħmilha, anke mingħajr ħlas! Fil-fatt, qiegħed jagħmilha mingħajr ħlas, ħlief li nkoprulu xi ftit spejjeż! Jien weġibt mistoqsija parlament preċiżament fuq hekk. Richard Cachia Caruana qed jaqdi servizz għall-pajjiż, u għandna nuru dak l-aprezzament lejh! Ma huwa l-ebda sfida lejn l-ebda deċiżjoni ta’ dan il-Parlament, hija biss għażla għaqlija, għażla responsabbli, għażla li żgur il-pajjiż jibbenfika minna, għax dik l-esperjenza m’għandix titwarrab b’dan il-mod.”
Malta Enterprise u mill-Malta Industrial Parks — gradi mhux maniġerjali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 38336 u 38027 u jgħid kemm-il sejħa saret mill-Malta Enterprise u mill-Malta Industrial Parks mill-4 ta' Jannar 2004 sal-lum sabiex jimtlew b'mod permanenti vakanzi fi gradi mhux maniġerjali u x'kienu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li din tieħu ħsieb tifel li ommu tinsab fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin u tixtieq li jsir kuntratt biex tkun tista' tħallas il-kont tad-dawl u l-ilma b'mod raġjonevoli?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni ngħatat lill-ARMS Ltd li min-naħa tagħha ser tikkomunika direttament mal-klijent.
Wara memo phcd 55/2012 fejn qed titlob li securities fiċ-Ċentri tas-Saħħa ma jibqgħux tnejn f daqqa imma wieħed biss filgħaxija, jista' l-Ministru jara li wara xi sentejn u nofs ilu jew aktar kien ikun hemm security wieħed biss fiċ-Ċentri tas-Saħħa fejn jibqgħu miftuhin 24 siegħa u wara li sar inċident u ġie aggredit tabib beda jidħlu żewġ security issa wara li l-Ħadd 25 ta' Novembru wieħed mis-security ġie agredit minn pazjent u għalhekk jaħseb il-Ministru li jagħmel sens li ikun hemm security wieħed? Jista' jara li mill-1 ta' Diċembru jkun hemm żewġ security b risħett lejn il-ħaddiema security?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li minn statistika li għandu d-Dipartiment tal-Kura Primarja jidher li bil-lejl in-numru ta’ attendenzi fiċ-ċentri tas-saħħa jonqos ħafna meta tipparaguna mal-attendenzi ta’ matul il-ġurnata. Barra minn hekk, is-servizzi li jkunu qegħdin jingħataw dak il-ħin huma biss tat-tabib u tan-nurse u servizzi oħra jkunu magħluqa. Għaldaqstant in-numru ta’ attendenzi u ta’ servizzi ma jirrekjedux li jkun hemm żewg security guards f’dak il-ħin bħal ma jkun hemm matul il-ġurnata. Id-Dipartiment għandu tolleranza żero għall-każijiet fejn l-impjegati tiegħu jiġu aggrediti kemm b’mod verbali u kemm b’mod fiżiku u jittieħdu l-passi kollha neċessarji, inklużi dawk legali, kontra min ikun ħati ta’ dan.
Bormla — Sqas Santa Tereża - tneħħija ta' pajpijiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38307 u jgħid meta se jitneħħew il-pajpijiet tal-ilma, suppost temporanji, li hemm fi Sqaq Santa Tereża Bormla, u ilhom hekk xi sentejn?
Response (GATT, AUSTIN)
Peress li ninsab infurmat li Trasport Malta mhux infurmata li sar xogħol ta’ dan it-tip fuq l-imsemmija trejqa, nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38352 u jgħid x’xogħol sar matul l-2012 fuq kull wieħed minn dawn il-proġetti : nature trails fil-park ta’ Ħaġar Qim u l-Imnajdra, restawr fil-Palazz tal-Inkwiżitur fil-Birgu, restawr tad-Domus Romana, xogħol fuq it-Torri tal-Arloġġ, xogħol fil-Mużew Marittimu, u xogħol ta’ konservazzjoni fil-Palazz ta’ Verdala u fil-Palazz ta’ San Anton? Jista' jgħid x’kienet l-ispiża fuq kull wieħed minn dawn il-proġetti fl-2012 ?
Response (MARCO, MARIO DE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38353 u jgħid x’xogħol sar matul l-2012 fuq kull wieħed minn dawn il-proġetti: Forti Sant’Anġlu, Ipoġew ta’ Ħal Saflieni, Tempji tal-Ġgantija, Tempji ta’ Ħal Tarxien, Katakombi ta’ San Pawl, Banjijiet Rumani ta’ Għajn Tuffieħa, l-Katakombi Ta’ Bistra fil-Mosta, u l-Katakombi ta’ Santu Wistin fir-Rabat? Jista' jgħid x’kienet l-ispiża fuq kull wieħed minn dawn il-proġetti fl-2012?
Response (MARCO, MARIO DE)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru tipprovdi statistika fir-rigward ta'nies jirreġistraw għax-xogħol għall-perjodu Novembru 2011-2012, li tindika kemm qed jirreġistraw għax-xogħol minħabba redundancy? Qatt sabu xogħol? Kemm ilhom jirreġistraw u x'tip ta' xogħol qed jirreġistraw?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jara li l-persuan li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tirċievi l-kont tad-dawl u l-ilma peress li hi biss għadha ma rċevitux?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni ingħatat lil-ARMS Ltd li minn naħa tagħha ser tikkomunika direttament mal-klijient
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36623 u jgħid x'passi qed jieħu l-gvern biex jirranġa l-problema tad-drenaġġ li dejjem ifur għand in-nies meta tagħmel ix-xita fi Triq il-Kbira, Triq il-Vitorja u biswit il-Kappella ta' Sant'Antnin fl-istess inħawi, ġewwa Birkirkara?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-problema fis-sistema tad-drenaġġ f’dawn l-inħawi u f’postijiet oħra f’Malta u Għawdex ġejja min-numru kbir ta’ propjetajiet li għandhom is-sistema tal-ġbir tal-ilma tax-xita mill-bjut imqabda direttament mas-sistema tad-drenaġġ.
F’dawn il-lokalitajiet imsemmija, instabu saħansitra xi kanali tat-toroq tax-xita (
rainwater culverts
) li jferrgħu fis-sistema tad-drenaġġ. Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qiegħda f’kuntatt mal-Kunsill Lokali ta’ B’Kara biex dawn il-kanali ma jibqgħux iferrgħu kif qegħdin illum.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36624 u jgħid x'passi qed jieħu l-gvern biex jirranġa l-problema tad-drenaġġ li jfur fit-toroq u saħansitra fid-djar tal-nies u l-ħwienet meta tagħmel ix-xita fi Triq il-Wied u Triq in-Naxxar, ġewwa Birkirkara?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 38548.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi u miżuri qed jieħu l-gvern għar-rigward dawk il-ħaddiema li fil-preżent huma impjegati mal-kumpanija Malta International Airport u li din se tkeċċi u/jew titrasferixxi ma' kumpanija privata? Kemm huma dawn il-ħaddiema li se jkunu trasferiti u f'liema dipartiment tal-Malta International Airport jaħdmu fil-preżent? Jista' jagħti l-informazzjoni preċiża għar-rigward il-proċess tat-trasferiment ta' dawn il-ħaddiema, l-involviment tal-gvern f'dan il-proċess u l-kundizzjonijiet li se jkunu offruti lilhom?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid u jagħti informazzjoni preċiża għar-rigward tal-ftehim li kien sar mill-gvern fis-sena 2002 meta l-kumpanija MIA (Malta International Airport) ġiet mgħoddija lill-privat għar-rigward il-kundizzjonijiet tal-ħaddiema?
Private Public Partnership — rikostruzzjoni tat-toroq
Question
Jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif fuq kemm kienu l-kunsilli lokali li daħlu għal PPP fuq rikostruzzjoni tat-toroq mit-twaqqif tagħhom cioè minn meta bdiet l-iskema? Kemm ingħataw fondi mill-Gvern Ċentrali lil kull kunsill lokali taħt il-ftehim tal-PPP tat-toroq u jista’ jgħid jekk din l-iskema tal-PPP kenitx tikkaverja rikostruzzjoni tal-bankini u tas-servizzi? Kemm kienet l-ispiża ta’ kull kunsill fuq bini ta’ bankini u tas-servizzi anċillari jekk ma kienux ikkaverjati taħt il-ftehim tal-PPP?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument li jelenka l-Kunsilli Lokali li bbenefikaw mis-sistema ta’ Public Private Partnership ta’ toroq u l-fondi li ngħataw sa issa kif ukoll kemm fadal jingħataw mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali.
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-sistema ta’ Public Private Partnership tat-toroq tkopri
resurfacing
ta’ toroq u mhux rikostruzzjoni. Dan peress li tal-aħħar mhux kompitu tal-Kunsilli Lokali iżda ta’ Transport Malta.
Ninfurmah ukoll li s-sistema ma tkoprix rikostruzzjoni ta’ bankini u tkopri parti mill-ispiża tas-servizzi. Għaldaqstant id-Dipartiment għall-Gvern Lokali qiegħed jiġbor din l-aħħar parti tal-informazzjoni mitluba mingħand il-Kunsilli Lokali nfushom permezz ta’ Memo 53/2012. Inkun nista’ npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra din l-informazzjoni hekk kif dan l-eżerċizzju jkun komplut.
La darba kien hemm ftehim bejn il-Gvern Ċentrali u l-kunsilli lokali fuq il-PPP tat-toroq, jista' l-Prim Ministru jgħid x’inhi l-linja gwida tad-dipartiment tal-kunsilli lokali fuq l-għoli tal-asphalt li jidher li ħoloq xi disgwid fuq l-implimentazzjoni tal-progett tal-PPP f’xi lokalitajiet , fejn kuntratturi kaxkru saqajhom biex ikomplu jew jibdew xi xogħol fuq it-toroq għaliex iħossu li ma jifdux l-ispejjeż li żdiedu minn mindu kien iffirmat il-kuntratt tal-PPP?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-uniċi linji gwida ta’ materja teknika li jagħti d-Dipartiment għall-Gvern Lokali qegħdin mal-kuntratt specimen tar-resurfacing tal-iskema tal-Public Private Partnership. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dan id-dokument.
Huwa fl-obbligu tal-perit li l-Kunsill obbligat iqabbad biex jieħu ħsieb ix-xogħol tat-toroq tal-PPP, biex permezz tas-superviżjoni tiegħu, mgħejjun minn riżultati ta’ testijiet li mistenni li jkun qed jieħu, li jara li l-parametri tekniċi tal-
workmanship
u materjal li jintuża, jiggarantixxu kwalità ta’ xogħol biex jagħti triq lir-residenti tal-lokal li tkun mistennija sservi għal numru ta’ snin.
Il-perit imqabbad mill-Kunsill Lokali fuq il-proġett tal-PPP għandu l-obbligu li ma jiċċertifika l-ebda ħlas fuq xogħol tal-PPP jekk dan ma jilħaqx il-livelli tekniċi stabbiliti skont l-ispeċifikazzjonijiet tar-
resurfacing
tat-toroq kif jitlob ir-regolatur tat-toroq li huwa
Transport Malta
.
Jista’ l-Prim Ministru jagħti informazzjoni fuq, liema kienu l-kunsilli lokali li qabel l-elezzjoni tal-kunsilli lokali ta’ Marzu , 2012 ipproġettaw nefqa tas-sena li hija akbar mid-dħul li ġej mill-allokazzjoni? Kemm kienet din in-nefqa proġettata u kemm kienet akbar mill-allokazzjoni għas-sena 2012? Jista' jgħid kienx hemm xi kunsilli lokali u min huma dawn il-kunsilli lokali li minkejja li pproġettaw nefqa akbar mill-allokazzjoni, kellhom xi kontijiet oħra pendenti li ma ġewx ipproġettati fil-business plan tas-sena 2012 imma ġew maħruġa wara l-elezzjoni tal-kunsilli lokali matul is-sena 2012?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar mingħand il-Kunsilli Lokali permezz ta’ Memo 50/2012 maħruġa mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali u għaldaqstant tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Prim Ministru jagħti informazzjoni jekk kienx hemm kunsilli lokali u min huma li matul dawn l-aħħar sentejn għamlu investiment fil-binja tal-kunsill lokali u/jew inkella bidlu l-binja tal-uffiċċju amministrattiv? Wara li sar dan l-investiment fil-bidla tal-uffiċċju , hux minnu li hemm xi kunsilli lokali li minkejja intefqu l-fondi, għad li l-kamra sanitarja mhix aċċessibli għal ħaddiema bi bżonnijiet speċjali? Id-dipartiment tal-kunsill lokali għamel xi checking fil-binjiet tal-kunsilli lokali biex jara kemm huma aċċessibli l-kunsilli lokali? Jekk iva , x’ihnuma r-riżultati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar mingħand il-Kunsilli Lokali permezz ta’ Memo 51/2012 maħruġa mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali u għaldaqstant tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema kunsilli lokali kellhom kuntratti skaduti tas-servizzi qabel l-elezzjoni tal-kunsilli lokali ta’ Marzu , 2012? Liema kienu dawn il-kunsilli lokali? Kemm kien ilhu l-kuntratt skadut u jekk kienx hemm xi kunsilliera fil-kunsill lokali li kienu qraba tal-persuna li kien jagħti xi servizz li kellu l-kuntratt skadut?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar mingħand il-Kunsilli Lokali permezz ta’ Memo 52/2012 maħruġa mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali u għaldaqstant tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.