Legislature:
Category:
Reset
Active:

Naxxar — Higher Secondary School - practical sessions fis-suġġett tal-fiżika

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex il-practical sessions fis-suġġett tal-fiżika bi tħejjija għall-eżami fil-livell ordinarju ma jsirux fil-Higher Secondary School, in-Naxxar?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-kors ta’ reviżjoni tal-Fiżika li jsir fl-Iskola Giovanni Curmi Higher Secondary bit-tħejjija għall-eżami fil-livell ordinarju huwa wieħed qasir ta’ seba’ xhur biss, minn Ottubru sa April. L-intenzjoni tal-kors huwa illi ssir reviżjoni tal-materjal meħtieġ għall-eżami tas-SEC. Wieħed jixtieq li l-practical sessions jsiru mat-teorija, imma ż-żmien għar-reviżjoni huwa qasir ħafna. Ħafna drabi l-istudenti li jattendu dan il-kors u li joqogħdu għall-ezami tas-SEC jippreżentaw l-esperimenti li jkunu għamlu fis-snin tas-sekondarja u s-SEC jieħdu dik il-marka għall-prattiku.

Dipartiment tas-Saħħa — radiographers

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-istudenti li ggradwaw fir-radiografija għadhom ma ġewx impjegati mid-Dipartiment tas-Saħħa? Jista' jgħid jekk id-dipartiment se jimpjegawhom, meta se jagħmel dan u kemm se jimpjega? Jekk mhux se jimpjegahom għaliex u kemm ghandhom radiographers neqsin fis-settur tas-saħħa?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li normalment din hi kwistjoni marbuta ma dak li jissejjaħ il-Capacity Building Exercise u l-iskop ikun biex id-dipartiment jimpjega n-nies li għandu bżonn wara li jkun ġie awtorizzat mill-Finanzi. Is-sitwazzjoni dwar l-impjieg ta’ dawn ir- radiographers qed tigi indirrizata.

Servizz ta' trasport bil-Baħar fil-port il-kbir u port ta' Marsamxett

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda is-servizz ta' trasport pubbliku bil-baħar fil-Port il-Kbir u l-Port ta' Marsamxett wara li għaddew aktar minn sitt xhur li ġiet mibgħuta l-letter of acceptance lill-kuntrattur magħżul? Min hu l-kuntrattur li se jipprovdi dan is-servizz?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-kuntratt (Service Contract) ġie ffirmat it-Tnejn l-1 ta' Ottubru 2012. Dan wara li l-Qorti ma' laqgħetx it-talba għall-ħruġ ta' Mandat ta' Inħibizzjoni li kien ġie ppreżentat minn xi operaturi ta' water taxis. Is-servizz fil-port ta’ Marsamxett bejn Tas-Sliema u l-Belt se jibda fil-ġranet li ġejjin. Huwa ppjanat li s-servizz fil-Port il-Kbir jibda' mal-ftuħ tal-lift tal-Barrakka. L-Operatur huwa Marsamxetto Steamferry Limited.

stallazzjoni ta' lift

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex possibli li jiġi stallat lift bi blokk li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi saret spezzjoni fuq il-fond fit-2 ta’ Ottubru, 2012, u rriżulta illi sfortunatament mhux fiżikament u legalment possibli illi jiġi nstallat lift.

Transport Malta — xogħol ta' manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kienu dawk il-link roads li Transport Malta għamlet xogħol ta' manutenzjoni fuqhom matul din is-sena sal-lum? Kemm kien il-valur tax-xogħol f'kull triq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

stallazzjoni ta' lift

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibli li jiġi stallat lift fi blokk li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi saret spezzjoni fuq il-fond fis-27 ta’ Settembru, 2012, u rriżulta illi sfortunatament mhux fiżikament u legalment possibli illi jiġi nstallat lift.

Qawra — karozzi fil-venda

Question

Jista' l-Ministru jassigura li l-karozzi tal-linja li jkunu fil-venda tal-karozzi tal-linja fil-Qawra jitfu l-magni tagħhom waqt li jkunu qed jistennew fl-istess venda, b'mod partikulari fis-siegħat bikrin ta' filgħodu għax qed ikunu ta' inkonvenjent kbir għal dawk li joqogħdu fl-inħawi?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 34384.

Benefiċċju tal-Wens — kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 33978, jista' l-Ministru jgħid għaliex kontribuzzjonijiet imħallsa barra minn Malta eż. f'Piemonte, Italja ma jingħaddux ma' dawk li jsiru f'pajjiżna?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kontribuzzjonijiet imħallsa f’pajjiż tal-Unjoni Ewropeja jew li miegħu Malta għandha ftehim bilaterali jgħoddu għal Malta jekk il-persuna tkun ħallset kontribuzzjonijiet f’Malta ukoll.
Leg 11 PQ #36635 Sitting 503 2012-10-02 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Intern

San Pawl il-Baħar — Kunsill Lokali - theddid

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar x'tip ta' theddid sar fuq il-ħaddiema tal-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar, u dan skont rapport li deher fil-media lokali? Min kien involut f'dan it-theddid, u x'rapporti saru, ukoll jekk minn individwi mhux mill-kunsill lokali, dwar l-istess theddid? X'investigazzjoni għamlet il-pulizija, jekk dan it-theddid ġie rappurtat lill-istess pulizija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li l-inċident li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant seħħ fit-28 ta’ Settembru 2012. Mill-informazzjoni li kiseb id-Dipartiment għall-Gvern Lokali ġie allegat li f’xi ħin il-kunsillier Raymond Tabone kkonfronta lill-membri tal-istaff tal-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar. L-istaff involut kiteb lid-Direttur għall-Gvern Lokali dwar l-inċident. Infurmat li l-Monitoring Unit fi ħdan id-Dipartiment qed jistħarreġ il-każ. Intant infurmat ukoll mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li l-materja ser tkun ukoll diskussa fil-laqgħa li jmiss tal-Kunsill Lokali.
Leg 11 PQ #36636 Sitting 503 2012-10-02 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Intern

Kunsill Lokali — tender

Question

Billi kunsill lokali jibdel drastikament il-mod ta' kif suppost titħaddem tender għal servizz li tkun ingħatat a bażi ta' dokument partikulari, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk dak il-kunsill ibiddelx il-hteġijiet tat-tender mingħajr ma jerga' joħroġ tender oħra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob l-Onorevoli Interpellant sabiex, jekk hu infurmat b’xi każ jew każi partikolari, jgħaddi l-informazzjoni lid-Dipartiment għall-Gvern Lokali sabiex dan ikun jista’ jistħarreġ.
Leg 11 PQ #36637 Sitting 503 2012-10-02 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Intern

Kunsilli Lokali — għoti ta' direct orders

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk id-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali jagħmilx xi investigazzjoni dwar l-ammont ta' direct orders li jingħataw minn kunsilli lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-Monitoring Unit fi ħdan id-Dipartiment għall-Gvern Lokali jistħarreġ kull ħaġa li tkun tidher fil-minuti tal-laqgħat u l-iskedi tal-pagamenti tal-kunsilli u li possibilment tista’ tkun irregolari. Dan allura jinkludi wkoll direct orders li jaqbżu l-limitu legali. Intant nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex, jekk hu nfurmat b’xi każ jew każi partikolari, u allura qiegħed jalludi għalihom, jgħaddi l-informazzjoni kollha li għandu lid-Dipartiment għall-Gvern Lokali sabiex dan ikun jista’ jistħarreġ.
Leg 11 PQ #558 Sitting 502 2012-10-01 Written · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Intern

Liġi tal-Parole

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid f’liema data approssimativa se titħaddem il-Liġi tal-Parole? Għaliex damet daqshekk? Konxju l-gvern illi hemm inmates qed jikkonsidraw li jiftħu proċeduri minħabba li d-drittijiet tagħhom għall-parole ma daħlux fis-seħħ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qegħdin fil-proċess li jitwaqqfu l-istrutturi meħtieġa kollha, anke jekk dan jirrikjedi osservanza stretta ta’ proċeduri u regolamenti bażiċi tas-Servizz Pubbliku u allura jieħu ċertu żmien. Naturalment, il-Gvern huwa konxju li priġunier, bħal kull ċittadin ieħor, għandu dritt jirrikorri għar-rimedji kollha miftuħa għalih, sabiex jissalvagwardja dawk id-drittijiet li jħoss li għandu.
Leg 11 PQ #559 Sitting 502 2012-10-01 Written · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Intern

Faċilità Korrettiva ta' Kordin — tagħlim edukattiv

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kif se titjib il-kwalità ta’ tagħlim edukattiv fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin u kif se jinfirex aktar fost ir-residenti dan it-tagħlim? Kif sa tiżdied il-varjetà ta’ korsijiet offruti? Kemm hu n-numru ta’ inmates li qed jitħejjew għall-‘O’ Levels fil-preżent, u liema huma s-suġġetti offruti? Jista' dan is-servizz jinfirex għas-suġġetti kollha ġeneralment offruti fl-iskejjel sekondarji? Tul dawn l-aħħar ħames snin, sena b’sena kemm għaddew inmates f’O’ levels u f’liema suġġetti? Fil-YOURS kemm hu mifrux it-tagħlim edukattiv? Jinpenja ruħu l-gvern biex jingħataw aktar finanzi u support mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ biex il-kwalità tat-tagħlim titjieb? Oltre dan x’tip ta’ vocational training qed jingħata?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi matul is-snin imsemmija l-priġunieri ġew imħarġa f’dawn is-suġġetti: Malti Bażiku, Ingliż Bażiku, Ingliż SEC, Matematika Bażika, Empowerment Skills, Matematika SEC, Malti SEC, English MATSEC, Philosophy MATSEC, Computer Studies SEC, Filosofija, Taljan, Taljan SEC, Franċiż SEC, Spanjol Bażiku, Kompjuter Bażiku, Kompjuter Intermedju, Thinking Skills, Studji Soċjali, Kitarra, Arti, Chess, E.C.D.L Core. , Accounts, Culinary Arts, Electrician Licence A, Store Keeping, Basic Sales, Food-handling B, Life Skills, Pottery, Yoga u Beauty Technician Apparti minn dawn il-korsijiet li jiġu offruti ġewwa l-Faċilità, diversi residenti attendew u għadhom jattendu korsijiet barra mill-ħabs, għand l-ETC, l-ITS, l-MCAST u anke l-Università. Fost il-korsijet li attendew/qed jattendu insibu Stone-Masonry and Brick- laying (ETC), Auto Spray-painting (ETC), Furniture Spray-painting (ETC), Woodwork (ETC), Foundation Certificate in Business (MCAST), Foundation Certificate in Hospitality Trades (ITS), Certificate in Food Preparation (ITS), B.A. Anthropology (UoM), B.A. Communications (UoM). L-attendenza medja għal dan il-perjodu u ċ-ċertifikati miksuba kienu hekk: Sena Attendenza Medja Ċertifikati f’ MQF level 3 jew ogħla Suġġetti 2008 55 2 Ingliż, Malti 2009 74 3 Ingliż u Arti 2010 92 5 Accounts, Arti, ECDL Core 2011 93 6 ECDL Core 2012 97* 13 Ingliż, Matematika, Franċiż, ECDL Core, ECDL Advanced, Freight and Shipping * Sa l-aħħar ta’ Ġunju 2012 Minn dawn il-figuri jidher ċar li ġewwa l-Faċilità, qed jiġu offruti firxa wiesgħa ta’ suġġetti, l-attendenza hija sodisfaċenti u hija saħansitra ogħla mill-medja nazzjonali għall-parteċipazzjoni f’korsijiet għall-adulti. Il-kwalità tat-taħriġ ukoll qed titjieb matul iż-żmien kif jixhdu il-figuri taċ-ċertifikati miksuba mir-residenti tal-Faċilità. Apparti dawn iċ-ċertifikati f’livell 3 jew ogħla tal-MQF diversi residenti kisbu ċertifikati fl-ewwel jew it-tieni livell. Mill-2010 ‘l hawn 99 resident kisbu ċertifikati f’dawn il-livelli. Rigward in-numru ta’ studenti li qed jiġu mħarrġa f’korsijiet ta’ livell 3, bħalissa hemm disa’ pero dan ser jiżdied fil-jiem li ġejjin hekk kif il-klassijiet ta’ l-Ingliż, Matematika u Franċiż, (li għadhom kif kisbu suċċess ta’ mija fil-mija fl-eżamijiet tas-SEC) jerġgħu jiftħu. Ġewwa l-Faċilità, kull suġġett li jiġi mgħallem fl-iskejjel sekondarji u anke oħrajn jiġu offruti lir-residenti sakemm ikun hemm domanda għalihom u sakemm ikun prattikabbli. Fil-YOURS ir-residenti ta’ din id-Diviżjoni għandhom klassijiet fl-Ingliż, Malti, Kompjuter, Ċess, Gitarra, Life-Skills u Sport. L-attendenza medja hija ta’ madwar 20. Wieħed irid iżomm f’moħħu pero li ħafna sentenzi hawn ikunu qosra, u b’hekk it- turnover huwa għoli u l-konsistenza fil-gruppi hija baxxa. Il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ tagħti ħafna sapport lill-iskola tal-Faċilità u dan dejjem qed jiżdied aktar ma’ l-korporazzjoni tinduna kemm l-impenn tar-residenti huwa għoli fil-korsijiet tagħhom li jiġi mixħud minn numru dejjem jiżdied ta' ċertifikati akkwistati. In-numru ta’ residenti li qed jitħajjru għall-korsijiet ta’ l-ETC kemm ġewwa l-Faċilità kif ukoll ġewwa Ħal-Far dejjem qed jiżdied ukoll. Rigward finanzi, il-baġit ta’ l-iskola din is-sena żdied b’10%. Barra minn hekk f’qasir żmien l-iskola ser tibbenifika minn proġett iffinanzjat mill- European Social Fund b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid. Dan il-proġett għandu finanzjament ta’ kważi kwart ta’ miljun ewro mifrux fuq tlett snin. Dan il-finanzjament akkwistat mill-Unjoni Ewropeja ċertament ser ikollu impatt pożittiv kemm fuq il-kwantita u l-kwalita ta’ l-edukazzjoni offruti ġewwa l-ħabs. Konsegwentament dan għandu jkollu impatt pożittiv fuq il-parteċipazzjoni minn-naħa tar-residenti.
Leg 11 PQ #560 Sitting 502 2012-10-01 Written · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Intern

ikel tal-ħabs

Question

Jista' l-Prim Ministru jordna li b’effett immedjat l-ikel tal-ħabs ikun aktar varjat u nutritiv u jitħejja fil-kċina dejjem aktar nadifa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li s-sistema tal-ikel fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin qed tiġi indirizzata a bażi ta’ aktar varjeta’ tal-ikel kif ukoll permezz ta’ attenzjoni akbar għall-indafa tal-kċina. Kull priġunier huwa provdut 3 ikliet fil-ġurnata ( breakfast – lunch – dinner ). Il-menu huwa varjat u mqassam fuq gimgħatejn u kull ġurnata priġunier għandu għażla fil-menu tal-ġurnata għal kull ikla bejn platt u ieħor. Apparti minn hekk, u in regola mar-Regolamenti tal-Ħabs 1995, kif ukoll mal- European Prison Rules , priġunieri fuq dieta speċjali minħabba mard, jitħejjilhom ikel apposta skont kif jordna t-tabib. L-ikel tal-ħabs jirrispetta wkoll esiġenzi reliġjużi li jistgħu jesprimu priġunieri partikolari. Fir-rigward tal-indafa fil-kċina, nassigura lill-Onorevoli Interpellant li jsir kull sforz sabiex l-indafa fil-kċina tibqa dejjem timmiljora.
Leg 11 PQ #561 Sitting 502 2012-10-01 Written · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Intern

Parole Board — informazzjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-membri tal-Parole Board? Kemm-il darba ltaqa' u x’iddeċieda? Kemm-il każ ġie aġġudikat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Parole Board għadu fil-proċess li jitwaqqaf.
Leg 11 PQ #562 Sitting 502 2012-10-01 Written · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Intern

European Prisons Rules — klassifikazzjoni tal-inmates

Question

Jista' l- Prim Ministru jgħid jekk għandux il-ħsieb il-gvern li jara li joħloq klassifikazzjoni tal-inmates skont l-istrutturi u r-regoli tal-European Prisons Rules? F’liema data approssimattiva?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi, fil-limiti ta’ dak li huwa possibbli u prattikabbli, diġa ssir distinzjoni meta inmates jiġu biex ikunu allokati, u dan a bażi ta’ numru ta’ kriterji li huma konsistenti mar-regoli tal-European Prisons Rules. Fil-fatt issir distinzjoni fuq bażi ta’: Sess; Eta’; ċioe jekk hux taħt l-wieħed u għoxrin sena jew le; Jekk huwiex diġa’ qed iservi sentenza jew le; Jekk ġiex kundannat għall-ewwel darba jew aktar minn darba; It-tul tas-sentenza ta’ priġunerija;