Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ma rċeviet xejn bħala arretrati tat-Tarzna?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet it-talba li r-referenza tagħha qed tintbagħat separatament?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni tal-persuna msemmija qed tigi pprocessata. L-Awtorità tad-Djar qed tigbor informazzjoni dwar l-assi u d-dhul tal-applikanta sabiex jigi stabbilit jekk tikkwalifikax taht il-kundizzjonijiet tal-iskema u kemm huwa l-persentagg tal-ghajnuna li tikkwalifika ghalih.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, kellha dak l-ammont ta' arretrati tat-Tarzna?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Jista' l-Ministru jara li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintabgħtu separatament, kemm għandha bolol imħallsa u allura jekk għandiex xi arretrati li jistgħu jitħallsu?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Għawdex — Fontana - Triq San Martin - rranġar ta' triq
Question
Peress li r-residenti ta' Triq San Martin, Fontana, Għawdex qed jilmentaw għaliex it-trejqa li tinsab biswit din it-triq qiegħda fi stat ħażin ħafna speċjalment issa wara li għadda dak l-ilma kollu tax-xita li kellna u peress li l-kunsill lokali tefa' xi żrar iżda dan bl-ilma spiċċa akkumula quddiem il-proprjetajiet li hemm f'din it-trejqa u anke ostakola l-aċċess, jista' l-Prim Ministru jara li dan l-inkonvenjent jiġi riżolt billi jingħata wiċċ permanenti u mhux biss jintefa ż-żrar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li Triq San Martin taqa’ taħt ir-responsabbilta’ tal-Kunsill Lokali tal-Fontana. Minkejja dan wara l-għargħar ta’ 3 ta’ Settembru 2012 bdiet titieħed azzjoni mill-Ministeru għal Għawdex biex jitneħħa materjal li nġarr mit-trejqa biswit Triq San Martin għal ġo l-għelieqi u diġa ttieħdu prekawzjonijiet biex kemm jista’ jkun ma terġax issir ħsara meta tkun xita qawwija.
Peress li saru lmenti li l-mini li hemm fil-Wied ta' Marsalforn ma ġewx imnaddfa u allura inħolqu problemi ta' għargħar, tista' l-Ministru tara li jsir ix-xogħol ta' tindif opportun?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li ma jirriżultax li kien hemm problemi ta' għargħar fil-Wied ta' Marsalforn, anzi peress li l-ġibjuni matul dan il-wied u matul widien li jagħtu għal ġo fih ġew imnaddfa fl-aħħar snin, dan għen ħafna biex ma jinħolqux dawn il-problemi.
Jista' l-Ministru jagħti lista tal-konsulenti kollha li kellu mis-sena 2008 sal-lum? Għal kull każ jista' jindika:
a. l-isem/kumpanija tal-konsulent;
b. l-iskop tax-xogħol;
ċ. direttorat/dipartiment għal min huwa jew sar ix-xogħol;
d. kemm ġiet tiswa/swiet il-konsulenza (ex VAT);
e. jekk ix-xogħol hux komplut;
f. min iċċertifika x-xogħol;
g. kienx hemm
open call for application
;
h. id-durata tal-kuntratt; u
i. jekk hemmx ippjanat aktar xogħol fil-futur? Jekk fl-affirmattiv kemm qed jistma li din ġejja tiswa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x’inhu l-pakkett finanzjarju inkluż il-benefiċċji supplimentari li qed jingħataw ic-chief officers u d-diretturi ta’ Transport Malta filwaqt li jindika min qed jokkupa l-kariga inkluż l-età u l-kwalifiċi akkademiċi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
MCAST — studenti li gradwaw bħala learning support assistants
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm fl-aħħar snin iggradwaw student mill-MCAST mill-kors li jħejji studenti biex isibu impjieg bħala learning support assistants? Kemm minn dawn sabu impjieg u fejn fis-sens jekk huwa mas-settur privat jew mas-settur pubbliku?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-MCAST ma joffri l-ebda kors li jħejji studenti biex isibu mpjieg bħala
Learning Support Assistants
.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm LSAs impjegati fil-preżent mas-settur pubbliku? Kemm huwa l-ammont ta' tfal li dawn qed jaħdmu magħhom u kemm hemm applikanti li għadhom qed jistennew li jingħatw dan is-servizz fl-iskejjel tal-istat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Sal-1 t’Ottubru 2012 kien hemm 1615
Learning Support Assistants
impjegati mas-settur pubbliku. In-numru ta’ tfal li qegħdin jieħdu l-għajnuna tal-LSAs jammonta għal 2657. Applikanti li ġew approvati mill-bord u li s’issa għadhom qed jistennew li jingħataw dan is-servizz fl-iskejjel tal-Istat jammontaw għal 33. Bħalissa qed isir l-ingaġġ biex l-istudenti kkoncernati jingħatw dan is-servizz.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li dettalji tagħha qed jinghataw separatament, li ilha aktar minn sena tistenna li tiġi rikonoxxuta mill-Aġenzija Appoġġ bħala foster parentperess li din l-istess persuna għamlet il-kors relatat mal-istess aġenzija sena ilu u kienet misjuba tajba biex tkun meqjusa bħala foster parent u ilha aktar minn sena tieħu ħsieb trabbi tifel minkejja li mhux tingħata l-għajnuna li tingħata lil foster parents? Huwa minnu li l-proċess huwa mwaħħal għaliex l-aġenzija m’għandhiex social workers biżżejjed biex imorru jagħmlu spezzjoni d-dar tal-persuna indikata?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli INterpellant li l-Persuna kkoncernata ghamlet it-tahrig ghall-next of kin foster carers f’Marzu 2012 u ser tibda ssirilha l-assessment fil-gimghat li gejjien. Dan kien l-ewwel kors li sar ghall-next of kin foster carers, wara l-applikazzjoni tal-individwu. L-assessment ma bdietx b’mod immedjat minhabba nuqqas ta’ risorsi izda fl-ahhar gimgha l-Fostering Service tal-Agenzija APPOGG kellha zieda ta’ social workers, u ghalhekk il-kazijet li kien hemm pendenti qeghdin jigu allokati. Wara li ssir l-assessment l-Agenzija APPOGG tipprezenta l-Home Study Report lill-Fostering Board, biex jikkunsidra jiddeciedi jekk l-applikanta tigiex approvata bhala foster carer.
Santa Venera — Triq Reġjonali - tniġġis tal-ħoss mill-mina
Question
Fir-rigward ta' Triq Reġjonali Santa Venera, jista' l-Ministru jgħid xi studji saru sabiex jonqos it-tniġġis tal-ħoss mill-mina li tgħaddi minn go nofs din it-triq residenzjali? Jistgħu il-ħitan tat-toroq isiru għat-tond 'il fuq sabiex jonqos dan l-inkonvenjent?
Response (MARCO, MARIO DE)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim milħuq bejn il-gvern u il-Maltco meta din tal-aħħar ħadet il-konċessjoni għall-10 snin biex tmexxi l-logħob legali f'Malta? Peress li wieħed jifhem li partijiet minn dan il-ftehim huwa ta' xorta kummerċjali, jkun biżżejjed jekk il-Ministru ma jpoġġix dawn il-partijiet fuq il-Mejda, u jpoġġi biss il-kundizzjonijiet l-oħra kollha.
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk jirrizultax li fl-aħħar xhur, fit-toroq biswit Bieb il-Belt, persuni li japplikaw għal reserved parking mhumiex jiġu mogħtija din il-faċilità anke jekk ikollhom il-kriterji kollha meħtieġa? Tista' Transport Malta tkun aktar sensittiva għar-residenti b'mobilità ristretta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li kien hemm żewġ applikazzjonijiet għall-Parkeġġ Riżervat għall-Persuni b'Diżabbilita' fil-Belt Valletta. Dawn iż-żewġ applikazzjonijiet ma ġewx milqugħa għax fiż-żewġ każijiet, skond ir-rapport mediku tat-tabib ta' l-applikant u skond ir-rapport mediku tat-tabib ta' l-Awtorita' tat-Trasport, il-livell ta' nuqqas ta' mobbilta' ta' l-applikanti ma kinitx severa ħafna. Il-Board għall-Parkeġġ Riżervat għall-Persuni b'Diżabbilta' tevalwa fid-dettall kull applikazzjoni skond il-kriterji ta' eliġibilita' stabbiliti li jinkuldu konċessjonijiet speċjali fuq bażi umanitarja.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex il-gvern ma jipprovdiex play therapy għat-tfal li għandhom ċerti diffikultajiet ta' behaviour? Tista' tgħid hux ippjanat min-naħa tal-gvern li jibda jipprovdi din it-tip ta' terapija? Jekk iva, meta u jekk le għaliex mhux ippjanat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-istudenti li għandhom bżonn għajnuna minħabba ċerti diffikultajiet ta’ mġieba jiġu mogħtija l-għajnuna meħtieġa minn diversi professjonisti. Il-professjonisti jużaw diversi metodi u teknika waqt it-terapija jew
counselling sessions
skont it-taħriġ li jkollu l-professjonist li jkun qed jaħdem / taħdem ma’ l-istudenti.
Illum il-ġurnata, il-professjonisti għandhom diversi kwalifiki u oħrajn li qegħdin jiġu mħarrġa, biex juzaw metodu / teknika / teoriji diversi waqt il-ħidma tagħhom mat-tfal. Għalhekk waqt
is-session
ma jintużax metodu wieħed biss imma metodu / teknika / teoriji differenti skont il-bżonn ta’ l-istudent fejn il-professjonist jagħraf xi tkun l-aħjar metodu għal ġid ta’ l-istudent.
Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex l-Għassa ta' Raħal il-Ġdid, it-Tlieta 25 ta' Settembru 2012 filgħodu kienet b'surġent wieħed biss?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi f’kull Għassa prinċipali, kemm dawk tad-Distrett kif ukoll dawk tad-Diviżjoni, kull ħin ikun hemm xogħol Surġent wieħed. Nhar it-Tlieta 25 ta’ Settembru 2012, filgħodu, kien hemm surġent u żewġ kuntistabbli xogħol fl-Għassa tal-Pulizija ta’ Raħal Ġdid, kif ukoll surġent u kuntistabbli oħra fl-uffiċju ta’ l-istess Għassa.
Jista' l-Prim Ministru jgħid wasalx iż-żmien li sewwieqa b'vettura ingaġġati mill-gvern (ex-impressed) tiġi riveduta l-iskala tagħhom wara 20 sena jagħtu dan is-servizz? Għaliex dawn għadhom fi skala 20 waqt li sewwieqa fis-servizz pubbliku huma fi skala 18?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li permezz ta’ l-iskema li ġiet fis-seħħ fis-sena 2000, sewwieqa b’vetturi ingaġġati fis-Servizz Pubbliku (Impressed Drivers) kienu ġew assorbiti fis-servizz bħala uffiċjali pubbliċi fil-grad ta’ Group A ex-Impressed fi skala ta’ salarju 20. Dawk l-ex-Impressed Drivers li għażlu li jibqgħu bil-vettura tagħhom, baqgħu jitħallsu għall-użu tal-vettura kif ukoll ingħataw fuel allowance – pakkett li jiżboq il-massimu ta’ skala 18.
Sa mir-regolarizzazzjoni tagħhom bħala uffiċjali pubbliċi f’Ottubru 2000, kellhom id-dritt li japplikaw għas-sejħiet ta’ applikazzjonijiet li ħarġu sabiex jikkompetu għall-postijiet vakanti ta’
Motor Transport
Driver u dan l-aħħar anke ħarġet sejħa għal pożizzjonijiet ta’
Green Travel Plan Driver
fil-
Green Travel Plan Unit
, tal-OPM, b’salarju ta’ massimu ta’ skala 18 (€11,127) u bi
flexibility
allowance
ta’ €698.75 fis-sena. L-
ex-Impressed
illum maħtura bħala
Group A (ex-Impressed)
kienu eliġibbli li japplikaw.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex persuna kompletament idedikata għall-bżonnijiet tal-ġenitur b'mard serju, ma tistax tibbenifika mill-benefiċċju tal-wens jekk fl-istess household ikun hemm min ikollu impjieg full-time? Meta se titranġa din l-anomalija inġusta?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Pensjoni tal-Wens titħallas biss lil persuna (barra l-konjuġi) li tkun waħedha qed tieħu ħsieb il-pażjent. Għalhekk fejn ikun hemm aktar minn persuna waħda tgħix mal-pażjent/a ma titħallasx il-pensjoni. Tajjeb inżid li d-dritt għal din il-pensjoni huwa ukoll suġġett għal test tal-mezzi.
Nista’ ninforma lil Onor Membru li bħalissa din l-iskema qed tiġi studjata biex isiru rakkomandazzjonijiet għal titjib għal ġid tal-pażjenti u l-persuni li jkunu qed jieħdu ħsiebhom.