Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet kellu il-gvern biex inaqqas it-tniġġis fl-arja matul is-snin 2008, 2009, 2010 u 2011? X'passi ħa biex dan it-tniġġis jitnaqqas u liema politika jimxi biha?
Response (MARCO, MARIO DE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux politika li jara li ma jkunx hemm tniġġis ta' ibħra Maltin u Għawdxin? Kif jimmoniterja ħalli dawn l-ibħra jkunu mħarsa minn tniġġis? Kemm isir regolari dan il-moniteraġġ u x'passi jittieħdu f'każ li jirriżulta li hemm tniġġis?
Response (MARCO, MARIO DE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-politika li tħares l-kwalita’ ta’ l-ibħra Maltin u Għawdxin tinvolvi l-implimentazzjoni ta’ numru ta’ obligi internazzjonali u Ewropej.
L-ewwel direttiva Ewropeja hija dik tal-
Bathing Water Directive
. Sabiex jimplimenta l-provvedimenti ta’ din id-direttiva, d-Departiment tas-Saħħa Ambjentali, iwettaq moniteraġġ fl-ilma tajjeb għall-għawm.
Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali għandu l-obbligu li jniedi moniteraġġ għall-kwalita tal-ilma baħar f’dawk iż-żoni uffiċċjalment identifikati bħala żoni tajbin għall-għawm. Malta identifikat 87 sit minn fejn għandhom jinġabru dawn il-kampjuni tal-ilma minn dawk il-bajjiet identifikati. L-obbligu li joħroġ minn din id-Direttiva huwa li għandhom jinġabru kampjuni darba kull erba` ġimgħat matul l-istaġun uffiċċjali għall-għawm. F’Malta dan l-istaġun jibda mit-tielet ġimgħa ta’ Mejju sat-tielet ġimgħa t’ Ottubru. Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali mar oltre minn dak rikjest mill-istess Direttiva peress li qed jiġbor kampjun minn dawn is-seba` u tmenin sit kull ġimgħa u mhux darba kull erba` ġimgħat. Kull kampjun jiġi analizzat fil-laboratorju ta’ l-istess Direttorat li huwa akkreditat sabiex jagħmel dawn l-analiżi għall-mikrobi obbligatorji mill-istess Direttiva li huma Enterokoċċi intestinali u Escherichia coli. Rapporti ta’ kif ikunu qed jikkwalifikaw dawn iż-żoni matul l-istaġun uffiċċjali jiġu ppublikati ta’ kull ġimgħa kif ukoll jintbagħtu bl-imejl lil lista ta’ nies u uffiċċjali inklużi lill-membri parlamentari kollha. Dawn ir-rapporti kif ukoll ir-riżultati kollha jistgħu jinstabu fuq is-sit eletroniku tal-istess Direttorat (
https://ehealth.gov.mt/HealthPortal/public_health/environmental-health/health_inspectorate/env._hlt._risk_management/envhealth_bathingwater09.aspx
). F’każ li jkun hemm il-bżonn minħabba riskju għal min ikun qed igħum li tingħalaq xi waħda minn dawn iż-żoni dan id-Direttorat huwa obbligat li josserva l-proċeduri mposti fuqu taħt ir-regolament 125 tal-2008 li traspostaw id-disposizzjonijiet tad-Direttiva 2206/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
It-tieni tip ta’ monitoraġġ jagħmel parti mill-obbligi ta’ Malta biex timplimenta r-regolamenti dwar Pjan ta’ Azzjoni fil-Qasam politika ta’ l-ilma jew aħjar magħruf bħala l-
Water Framework Directive (WFD)
2000/60/EC. Taht l-WFD, Malta ghandha timmoniterja l-ilma kostali sa mil nawtiku l-barra minn xtutna għall-parametri tal-ekologija u sa tnax il-mil nawtiku għall-parametri kimiċi.
Il-MEPA għandha l-obbligu li twettaq programmi ta’ monitoraġġ ta’ diversi parametri biex tgħin lil Malta tassessja l-istat ta’ l-ilma tal-kosta minn aspett ekoloġiku kif wkoll kimiku. Fost ħafna parametri dan il-monitoraġġ jassessja l-preżenza tas-sustanzi li potenzjalment jispiċċaw fl-ilma baћar, fis-sediment u fil-bijota, bћal eżempju pestiċidi, metalli u żjut.
Il-frekwenza ta’ dan il-monitoraġġ jiddependi minn diversi parametri li jiġu analizzati. Ġeneralment sustanzi li jirriżultaw fi tniġġis iridu jiġu assessjati kull tlett xhur, filwaqt li dawk is-sustanzi iżjed perikolużi jew ta’ riskju għas-saħħa tal-bniedem jiġu assessjati darba kull xahar.
Il-MEPA bdiet twettaq dan il-programm tal-monitoraġġ minn din is-sena u huwa mistenni li r-riżultati finali jiġu rrapportati s-sena d-dieћla. Il-programm ta’monitoraġġ irid jiġi rrevedut kull sitt snin u jiġi nkluż fi pjan ta’ l-immaniġjar ta’ l-ilma, jew hekk imsejjaћ il-
Water Catchment Management Plan
.
Il-MEPA tagħmel ukoll moniteraġġ tar-radjazzjoni fl-ilma baħar skond il-pjan nazzjonali kif stabbilit mir-
Radiation Protection Board
, skond in-
National Environment Radioactivity Surveillance Plan
, li jimxi fuq ir-rekwiżiti ta’ obbligi internazzjonali. Il-moniteraġġ isir erbgħa darbiet fis-sena fejn kull darba jiġu analizzati tlett kampjuni tal-ilma baħar minn tliet lokalitajiet.
Fl-aħħar, bit-traspozizzjoni tal-Qafas ghall-Politika Ambjentali tal-Bahar (il-
Marine Strategy Framework Directive
, Direttiva 2008/56/KE), Malta ghandha tisstabilixxi u timplimenta, sa Lulju 2014, programmi koordinati ta’ monitoragg ghall-valutazzjoni kontinwa tal-istat ambjentali tal-bahar abbazi tal-lista indikattiva ta’ elementi stipulati fid-Decizjoni tal-Kummissjoni 2010/477/UE u b’referenza ghall-miri ambjentali stabiliti. L-obbligi ta’ din id-Direttiva tibni fuq l-monitoragg tad-WFD, però tkopri area akbar ta' bahar minn dawk koperti taht id-WFD.
Tista' l-Ministru tgħid liema huma t-toroq residenzjali kollha li qatt ma saru fil-lokalitajiet ta' Għawdex u li ġew imwiegħda mill-gvern fil-passat li kellhom isiru? Meta mistenni li jsiru?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li t-toroq residenzjali f'Għawdex isiru meta dan ikun possibbli u skont il-ħtieġa f'kull każ.
Wied il-Għajn — servizz ta' trasport pubbliku għall-Bormla
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35776 u jgħid x'inhu l-ħsieb tal-gvern li r-rotta li qabel kienet ir-rotta 124 u issa saret 22 u qabel ir-riforma ta' trasport din ir-rotta kienet titlaq minn l-Isla u tmur Wied il-Għajn terġa tiġi introdotta u cioè li ċ-ċittadini tal-Isla mgħandhomx għalfejn jimxu sa Bormla biex jużaw it-trasport ta' Wied il-Għajn imma ikun hemm karozza tal-linja li tibda mill-Isla?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tiegħu lil Transport Malta.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35936 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jgħid għaliex l-awtoritajiet ikkonċernati ħadu deċiżjoni biex fil-jiem li għaddew ineħħu aktar minn 35 post ta' parkeġġ miż-żona aktar magħrufa l-Fossa, il-Belt Valletta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 35935.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 34247, jista' l-Ministru jara x'jista' jsir peress li l-persuna kkonċernata lesta li tgħix kullimkien minbarra ġo garaxx?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jinforma lill-klijent tiegħu biex jidħol f’kuntatt mal-Awtorita’ tad-Djar u jagħti l-lokalitajiet preferuti tiegħu. Barra minn hekk l-applikazzjoni tal-klijent ser tingħata l-attenzjoni meħtieġa flimkien mal-applikazzjonijiet tal-istess kategorija.
Jista' l-Ministru jara l-każ ta' guvni li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament fejn bi żball kien qed iħallas bolla ukoll mill-part-time li flok taxxa kienu qed jaqtgħulu bolla?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi uffiċjali mit-taqsima tat-Taxpayer Service tad-Dipartiment tat-Taxxi Interni diġà għamlu kuntatt mal-persuna indikata biex id-diffikultà li għandha tiġi mwieġba.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 35297 dwar l-applikazzjoni lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar Numru PA/05241/10 għat-tqegħid ta’ floating pontoon ‘il barra mill-port tal-Imġarr, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-revised site plan, tar-ritratti u pjanti li juru t-tneħħija tat-trakkar u l-ankraġġ tal-biċċiet tal-baħar?
Response (MARCO, MARIO DE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti mitluba.
Jista' l-Minsitru jara li l-każ tal-koppja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li l-mara se jkollha tagħmel operazzjoni f'irkobbitha u immedjatament se jkollha bżonn is-servizz tal-home help?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-persuni li qed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant applikaw għas-Servizz tal-Home Help fit-22 ta' Mejju 2012. Il-każ intbagħat għall-assessment tas-Social Worker fit-23 ta' Mejju 2012, u wasal lura fis-Sezzjoni tal-Home Help fid-19 ta' Ġunju. Il-Bord tal-Allokazzjoni ra dan il-każ fit-23 ta’ Awissu 2012, fejn ġew approvati sagħtejn fil-ġimgħa. B’hekk din l-applikazzjoni qegħda fil-lista ta’ stennija biex tingħata dan is-servizz.
Jista' l-Ministru jara l-każ ta' mara, li d-dettalji dwarha qed jitnabgħtu separatament li kienet tieħu r-relief u ma baqgħetx tieħu r-rielief għax kienet se ssiefer u meta marret biex terġa' tapplika reġgħu kitbuha fuq tar-reġistrat?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna se tigi nfurmata permezz ta ittra dwar il-każ tagħha.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li erba' securities ġew sospiżi mix-xogħol f'Lulju 2011? Jista' jgħid minn sitt securities kienu ġew sospiżi erba' biss meta dawn kienu qegħdin duty fl-istess shift ta' dik il-ġurnata partikolari? Jista' jgħid x'wassal sabiex ittieħdet din id-deċiżjoni? Jista' jagħti spjegazzjoni għaliex saret distinzjoni bejn dawn il-ħaddiema?
Response (GATT, AUSTIN)
Jista' l-Onor Interpellant jispeċifika għal liema securities qed jirreferi?
informazzjoni dwar opri tal-baħa li għandha Transport Malta
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 30543, jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f'kiri ta' opri tal-baħar mingħand kuntratturi privati mill-2010 sal-lum? Jista' jagħti rendikont separat u d-dettaljat ta' min fejn ġew mikrija dawn l-opri flimkien max-xogħol konness? Jista' jgħid ukoll x'tip ta' sub-contracting ingħata fuq dan it-tip ta' xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li mill-ewwel ta’ Jannar 2010 sal-ġurnata tal-lum dawn il-kuntratturi ġew imqabbda joffru servizz ta’ opri tal-baħar, hekk kif muri hawn taħt:
Pilot Launch € 1,040.00
Kenneth Spiteri € 5,544.40
Ebsons € 3,104.74
United € 2,891.09
Oh Yeah € 116.00
Boat Maintenance € 325.50
Il-maġġoranza ta’ dawn ix-xogħlijiet kien jirrigwarda t-trasferiment ta’
technicians
fuq bagi, u l-kumplament kien relatat ma’ xogħol ta’
surveys
u spezzjonijiet fuq infrastruttura marittima minn impjegati tal-Awtorita’ u konsulenti tagħha. Mar sar l-ebda
sub contracting
fuq dan it-tip ta’ xogħol.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq is-safar li ġie provdut minn Trasport Malta matul is-sena 2010 sal-lum xahar b'xahar? Jista' jgħid fejn kienu destinazzjonijiet u x'kienet ir-raġuni għal kull destinazzjoni? Jista' jagħti d-dettalji u jindika min kienu dawk l-uffiċjali jew impjegati li marru f'dawn id-destinazzjonijiet flimkien mal-gradi li jokkupaw?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra CD bl-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm konsulenti jaħdmu fi Transport Malta? Jista' jgħid x'tip ta' xogħlijiet jesegwixxu dawn il-konsulenti? Jista' jagħti dettalji separatament dwar il-kuntratti u s-salarji kif ukoll l-benefiċċji provduti lilhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Transport Malta — persuna upgraded għall-assastant manager
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma li fl-Enforcement Department tat-Trasport Malta ġie upgraded impjegat li kellu grad ta' detail officer għal dak ta' assistant manager wara li uffiċjal ittermina l-impjieg li kien jokkupa l-grad ta' manager fl-istess dipartiment? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid għaliex ma nħarġetx call for application għal dan il-post imsemmi? Jista' jgħid jekk hux minnu li ġie mġedded iż-żmien għal din il-persuna meta dan suppost irtira mix-xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispjega għal min qed jirreferi.
Jista' l-Ministru jagħti rendikont separat xahar b'xahar ta' kemm sar parkeġġ f'kull park and ride li nħoloq mit-3 ta' Lulju 2011 sal-lum? Jista' jgħid ukoll kull park and ride kemm-il parkeġġ għandu?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Fir-rigward tan-numru ta’ parkeġġi ġewwa l-Park and Rides, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 20463.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 34252, jista' l-Ministru jgħid għaliex sal-ġurnata tal-lum l-ARMS Ltd m'għamlet l-ebda kuntatt dirett ma' din il-klijenta li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li wara li l-ARMS għamlet kuntatt ma’ iben il-konsumatriċi, din il-persuna infurmat lill-ARMS li f’dak l-istess perjodu l-konsumatriċi kienet applikat għal xi vouchers tal-benefiċċji, u li l-ammont dovut fuq il-kontijiet, kien ser jiġi mħallas permezz ta’ installments.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35939 u jgħid minn sena ilu 'l hawn kemm tneħħew postijiet ta' parkeġġ minn l-awtoritajiet kkonċernati f'kull lokal?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li għamlet kors tal-fostering u din qed iżżom tifel u qed tistenna li tieħu l-benefiċċju talli qed tieħu ħsieb lil dan it-tifel?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu qed tiġi infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Malita Investment Plc — tender għall-kampanja ta' riklamar u media
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk inħariġx tender għal kampanja ta' riklamar u media marbuta mal-promozzjoni tal-€15 miljun f'ishma fil-Malita Investments Plc li nħarġet dan l-aħħar? Jista' jgħid liema kumpanija tal-advertising ħadet dan l-assignment? Kif intgħażlet? X'jiswa bejn wieħed u l-ieħor dan l-account ta' riklamar?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.