Jista' l-Ministru jara x'miżuri jistgħu jittieħdu biex il-pavimentar ġdid li qiegħed isir fil-Belt ma jibqax jiġi mtebba' biż-żjut ta' vetturi li jgħaddu minn fuqu?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jimpjega lill-istudenti li spiċċaw mill-kors fl-MCAST ta' Medical Secretaries? Jekk iva, meta? Jekk le, għaliex peress li dawn huma l-ewwel persuni li huma kwalifikati b'mod speċjalizzat f'xogħol klerikali mediku?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-istudenti li spiċċaw il-kors fl-MCAST ta’ Medical Secretaries m’huma bl-ebda mod esklużi milli japplikaw għas-sejħiet pubbliċi li joħorġu minn Żmien għal żmien mill-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità, dment li dawn ikunu jissodisfaw il-kriterji ta’ eliġibilità mitluba.
Jista' l-Ministru jinvestiga d-dewmien fil-ħlas tal-għajnuna soċjali lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament minħabba li qed jingħaq li ntielef il-file tiegħu u qed jieħu somom inqas ta' flus milli huma dovuti lilu? Jista' jinvestiga għaliex dan l-individwu għad għandu arretrati mid-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali li jmorru lura kważi sena?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Jista' l-Ministru jinvestiga l-ilment tal-familja li d-dettalji dwar qed jintbagħtu separatament, li għandha dawn il-wires tad-dawl tal-Korporazzjoni Enemalta li qed jikkawżawlha ħsara mal-faċċata tad-dar filwaqt li wieħed mill-arbli qed jisparkja ta' sikwit u qed ikun ta' periklu għan-nies li jgħaddu mill-inħawi?
Response (FENECH, TONIO)
Ngharraf lil Onorevoli Interpellant li r-risposta se tinghata f'seduta ohra.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-kunsilli lokali jistgħux jixtru servizz jew prodott mingħand persuni li għandhom kuntratti ma' xi dipartiment tal-gvern, bil-prezz tat-tender tal-gvern, sakemm tali kunsill lokali jħallas hu għas-servizz jew prodott li jixtri?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Skont Artiklu 39 tal-Liġi dwar Kunsilli Lokali (Kap. 363) Kunsill Lokali “għandu jagħti b’kuntratt u joħroġ għall-kompetizzjoni kull waħda mill-funzjonijiet mogħtija lilu kemm il-darba dawk il-funzjonijiet ma jkollhomx isiru minn xi wieħed mill-membri tiegħu stess, xi persuna mpjegata skont l-artikoli 52 u 53 jew minn xi Kunsill ieħor li jkun ħareġ jew li jkun se joħroġ il-qadi ta’ dawk il-funzjonijiet għal kompetizzjoni.”
Għaldaqstant Kunsilli Lokali ma jistgħux jixtru servizz jew prodott mingħand persuni li għandhom kuntratti ma’ xi dipartimenti tal-Gvern bil-prezz tat-
tender
tal-Gvern.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx kawżi li ilhom li tħallew għas-sentenza iktar minn ħames snin, iżda s-sentenza għadha xorta waħda ma ngħatatx? Kemm hemm minn dawn il-kawżi?
Response (SAID, CHRIS)
Qrati Civili u Tribunali
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li quddiem il-Qrati Civili hemm 235 kawza li ilhom aktar minn hames snin ghas-sentenza.
Qorti Kriminali Malta:
Quddiem il-Qrati ta’ Gudikatrura Kriminali (Malta) hemm 14-il kawza li ilhom li thallew ghas-sentenza iktar minn hames snin.
Qorti ta’ Ghawdex:
Fil-Qorti ta’ Ghawdex m’hawnx kawzi li thallew ghas-sentenza ghal iktar minn hames snin.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm xogħlijiet ta' natura żgħira li saru matul l-aħħar tlett xhur, fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar, minn dipartiment li jaqgħu taħt il-Ministeru? Min ressaq it-talbiet għal dan ix-xogħol u b'liema mod? Min ħallas għall-istess xoghol jekk sar? X'fadal pendenti mit-talbiet li saru sa issa, f'dan il-perjodu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li matul dawn l-aħħar tlett xhur, fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar, id-Dipartimenti fi ħdan dan il-Ministeru wettqu xogħolijiet minuri kif ġej:
1. Tiswija ta’ moll, pjattaformi u kolonni tal-konkrit li jgħattu spazju pubbliku fejn jitpoġġew dgħajjes fiż-żona magħrufa bħala Tal-Fekruna. Dan ix-xogħol intalab mill-Kunsill Lokali. L-ispiża għal dan ix-xogħol inqasam bejn il-Kunsill Lokali li pprovda l-materjal meħtieġ u dan il-Ministeru li pprovda il-ħaddiema b’nefqa għal dan ta’ l-aħħar tleħħaq elf sitt mija u tmenin Ewro (€ 1,680).
2. Demolizzjoni ta’ pjattaforma tal-konkos u bini ta’ ħitan tal-bricks fil-Club tal-Boċċi fiż-żona magħrufa bħala Tax-Xama. Dan ix-xogħol, li għadu għaddej, kien imbeda fuq inizjattiva ta’ dan l-istess Minsiteru u s’issa sew madwar tmint elef tmin mija u ħmistax-il Ewro (€8,8015).
3. Fuq talba tal-Kunsill Lokali, bejn il-15 ta’ Lulju u it-12 ta’ Settembru li għaddew, twettaq programm ta’ ħasil tal-promenade li tinstab bejn iż-żona magħrufa bħala tal-Gillieru sa ż-żona ħdejn l-Amazonia. L-ispiża għal dan ix-xogħol se titħallas minn kumpanija privata (Green MT) li wara li evalutat l-istima tax-xogħol, aċċettat li tisponsorja dan il-proġett u terfa’ r-reponsabbiltà tal-ħlas.
4. Tqegħid u tindif perjodiku ta l-fuq minn mitt kontenitur (bins) tul ix-xtutt u il-bajjiet u sistema ta’ tindif tal-bajjiet mill-alka. Dan isir bħala parti minn programm li-jkopri ix-xtut u bajjiet madwar Malta frekwentati mill-għawwiema.
5. Xogħol ta’ manutenzzjoni f’parti tat-triq fil-pjazza ta’ Buġibba li biż-żmien kienet niżlet wara talba mill-Kunsill Lokali.Dan ix-xogħol ġie mħallas mill MRRA wara li kien ħareġ tender.
6. Bħala parti mill-inizjattiva ta’ dan il-Ministeru, saret manutenzjoni u stallazzjoni għall-istaġun tas-sajf tal-funtana fil-baħar ta’ Buġibba.
Barra dawn ix-xogħolijiet imsemmija, bħal ma jsir għal Lokalitajiet oħra, kien hemm ukoll kemm xogħolijiet li jagħmlu parti minn programm fuq skala nazzjonali, bħal per eżempju il-programm ta’ beach cleaning. Ukoll, saru numru ta’ interventi minuri li kienu jinkludu element ta’ saħħa u sigurtà fejn il-Kunsill Lokali ħallas għall-materjal waqt li d-Dipartiment offra il-fattura.
Ninforma ukoll lill-Onor.Interpellant li ma baqax xogħol pendenti f’ talbiet li għamlet din il-Lokalita’.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif inhu mistenni li jitkompla x-xogħol li għad jonqos isir mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u l-Korporazzjoni Enemalta, fi Triq is-Simar, San Pawl il-Baħar?
Response (FENECH, TONIO)
Ngharraf lil Onorevoli Interpellant li r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm preżentement studenti li qed jagħmlu korsijiet post graduate, fil-mediċina (oqsma differenti), u li qed jipprattikaw f'xi sptar tal-gvern?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid xi jsir mill-partijiet tal-persuni umani li jkunu għadhom kif ġew amputati? Min huwa responsabbli minnhom?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li ladarba li amputazzjoni ta ' parti ta' pazjent isseħħ, din l-amputazzjoni tiġi ppreparata skont il-protokoll tat-teatri billi tiġi mgeżwra/ nfaxxata / fil-boroż sofor adegwati kif xieraq bil-formoli neċessarji mimlijin li jakkumpanjawha.
Imbagħad il-parti amputata tintbagħat lill-kamra mortwarja għall-proċess meħtieġ.
L-amputazzjonijiet jittieħdu fiċ-ċimiterju tal-Addolorata fejn jindifnu taħt is-superviżjoni tas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet minn karozzi privati u/jew self drive rapportati lill-pulizija f'Ħad-Dingli matul l-ewwel sitt xhur tas-sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, l-pulizija kellha rapport wieħed ta’ serq minn vetturi f’Ħad Dingli.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet minn karozzi privati u/jew self drive rapportati lill-pulizija f'Ħaż-Żebbuġ matul l-ewwel sitt xhur tas-sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, l-pulizija kellha ħames rapporti ta’ serq minn vetturi f’Ħaż-Żebbuġ.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet minn karozzi privati u/jew self drive rapportati lill-pulizija fl-Imġarr Malta matul l-ewwel sitt xhur tas-sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, l-pulizija kellha tlett rapporti ta’ serq minn vetturi fl-Imġarr Malta.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet minn karozzi privati u/jew self drive rapportati lill-pulizija fl-Imdina matul l-ewwel sitt xhur tas-sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, l-pulizija kellha rapport wieħed ta’ serq minn vetturi fl-Imdina.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet minn residenzi privati rapportati lill-pulizija fir-Rabat Malta matul l-ewwel sitt xhur tas-sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, l-pulizija kellha ħdax ir- rapport ta’ serq minn residenzi fir-Rabat Malta. Minn dawn wieħed kien jikkonċerna oġġetti misruq minn fuq barra tar-residenza u tlieta minn residenzi li ma kienux okkupati.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet minn residenzi privati rapportati lill-pulizija f'Ħad-Dingli matul l-ewwel sitt xhur tas-sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, l-pulizija kellha żewġ rapporti ta’ serq minn residenzi f’Ħad-Dingi, li wieħed kien jikkonċerna oġġetti misruqa minn fuq barra tar-residenza.
Jista' l-Ministru jgħid jekk isirx moniteraġġ tat-tniġġis tal-arja? Isir frekwenti dan il-moniteraġġ?
Response (MARCO, MARIO DE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħal kull Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropeja, Malta hija obbligata li timmnonitorja l-kwalita tal-arja għal numru ta' parametri skond ir-rikwiżiti tad-Direttiva dwar il-kwalita' tal-arja 2008/50/EC. Skond din id-Direttiva, Malta hija obbligata li tagħmel mill-anqas 2 stazzjonijiet ta' kejl fiss wieħed għas-sustanzi inkwinanti kollha bl-eċċezzjoni tal-partiċelli PM10, fejn Malta hija obbligata li tagħmel mill-anqas 3 stazzjonijiet ta' kejl fiss.
F'Malta hawn 4 stazzjonijiet ta' kejl fiss għas-sustanzi inkinanti kollha bl-eċċezzjoni tal-merkurju gassuz u il-partiċelli PM2,5. Id-dettalji kollha stazzjoni bi stazzjon huma hekk kif ġej:
Iż-Żejtun ikejjel b'mod kontinwu: id-dijossidu tal-kubit (SO2), l-ossidi tal-azotu (NO2, NO u NOx), monossidu tal-karbonju (CO), partiċelli PM10, partiċelli PM2,5, ożonu (O3), komposti organiċi non-metiliċi (li jinkludu benzene, toluene, u il-xileni), merkurju gassuz kif ukoll b'mod diskontinwu iċ-ċomb, in-nikil, il-kadmju, l-arseniku u il-benzo(a)pirene flimkien ma' idrokarburi poliċikliċi aromatiċi oħra fil-partiċelli PM10.
Kordin ikejjel b'mod kontinwu: id-dijossidu tal-kubit (SO2), l-ossidi tal-azotu (NO2, NO u NOx), monossidu tal-karbonju (CO), partiċelli PM10, ożonu (O3), komposti organiċi non-metiliċi (li jinkludu benzene, toluene, u il-xileni).
L-Imsida jkejjel b'mod kontinwu: id-dijossidu tal-kubit (SO2), l-ossidi tal-ażotu (NO2, NO u NOx), monossidu tal-karbonju (CO), partiċelli PM10, partiċelli PM2,5, ożonu (O3), komposti organiċi non-metiliċi (li jinkludu benzene, toluene, u il-xileni), iċ-ċomb, in-nikil, il-kadmju, l-arseniku u il-benzo(a)pirene flimkien ma idrokarburi poliċikliċi aromatiċi oħra fil-partiċelli PM10.
L-Għarb (Għawdex) jkejjel b'mod kontinwu: id-dijossidu tal-kubit (SO2), l-ossidi tal-azotu (NO2, NO u NOx), monossidu tal-karbonju (CO), partiċelli PM10, partiċelli PM2,5, ożonu (O3), komposti organiċi non-metiliċi (li jinkludu benzene, toluene, u il-xileni), kif ukoll b'mod diskontinwu iċ-ċomb, in-nikil, il-kadmju, l-arseniku u il-benzo(a)pirene flimkien ma idrokarburi poliċikliċi aromatiċi oħra fil-partiċelli PM10.
Din l-informazzjoni tiġi rrapurtanta sena b'sena lill-Unjoni Ewropeja.
Il-MEPA bħalissa qeda twaqqaf stazzjon ta' kejl fiss ieħor f' Ħ'Attard u jkejjel il-livelli ta' numnru ristrett ta' sustanzi inkwinanti (dijossidu tal-kubrit, ozonu, dijossidu tal-azotu u benzene) permezz tal-
passiv diffusive tubes
li jieħdu kampjun tal-arja minn 133 sit mferrxa f'44 lokalita' f'Malta u Għawdex. Din id-data ma tiġix rrapurtata lill-EU għaliex għad-dijossidu tal-kubrit u għall-ożonu d-data li tinġabar m'hijiex kumparabbli mal-livelli li Malta hija mitluba li tħares skond id-Direttiva 2008/50/EU u għad-dijossidu tal-azotu u l-benzene dan il-metodu għadu ma ġiex ippruvata bħala ekwivalenti għall-metodi ta' monitoraġġ mitluba mid-Direttiva 2008/50/EC għas-sustanzi inkwinanti rispettivi. Fil-fatt ir-riżultati tal-
passiv diffusive tubes
ma jintużawx biex tiġi assessjata il-konformita ta' Malta mal-livelli importi mid-Direttiva 2008/50/EC iżda jintużaw sabiex jitqabblu l-livelli tas-sustanzi inkwinanti f'lokalitajiet differenti f'Malta u Għawdex.
Jista' l-Ministru jgħid min huwa responsabbli biex jara li l-moniteraġġ tat-tniggis tal-arja jsir? Mil-liema partijiet ta' Malta u Għawdex ġew monitered minħabba t-tniġġis matul is-snin 2009, 2010 u 2011?
Response (MARCO, MARIO DE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar hija responsabbli mill-monitoraġġ tal-kwalita' tal-arja f'Malta. Rigward "il-partijiet ta' Malta u Għawdex li ġew monitored" nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 36155.
Jista' l-Ministru jippubblika r-riżultati tat-tniġġis tal-arja f'Malta u Għawdex, żona b'żona li ġew miksuba matul is-snin 2008, 2009, 2010 u 2011?
Response (MARCO, MARIO DE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni kollha li ntbagħtet lill-UE mill-2008 sal-2010. Id-data tal-2011 għadha ma ġietx validata. Dan għaliex kull Stat Membru għandu żmien sa Settembru tas-sena ta' wara biex jirraporta data li tkun validata.