Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-istatus of progress tal-applikazzjoni li d-dettalji taghha qed jintbagħtu separatament u dan għaliex kull meta l-applikanta qed titlob informazzjoni mhix tingħata ebda informazzjoni?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni in kwestjoni ġiet ipproċessata mal-applikazzjonijiet l-oħra għall-akkomodazzjoni alternattiva. L-applikazzjoni se tingħata l-attenzjoni meħtieġa flimkien mal-applikazzjonijiet tal-istess kategorija.
Tista' l-Ministru tgħid min kienu l-applikanti kollha għall-post ta' senior manager fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi fil-Qala Għawdex? Tista' tgħid jekk kienx hemm applikanti Għawdxin u jekk fl-affermattiv tista' tispjega għaliex fil-proċess tal-għażla ġew skartati dawn l-applikanti?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li, kif inhi l-prassi, il-proċess tal-għażla għall-post ta' senior manager fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi sar minn Bord tal-Għażla kif approvat mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku. Ir-riżultat rispettiv ġie ppubblikat.
bridge il-ġdid tal-breakwater — nefqa fuq iċ-ċerimonja
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm swiet iċ-ċerimonja li saret fl-24 ta’ Lulju 2012 biex kien inawgurat il-bridge il-ġdid tal-breakwater fil-Belt Valletta?
Jista' jagħti
breakdown
tal-ispejjeż u jgħid min ipprovda s-servizzi differenti u jekk dan ix-xogħol sarx permezz ta’ sejħa għall-offerti jew jekk hux b’
direct order
?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Bieb il-Belt, il-Parlament il-gdid u t-Teatru Rjal — flus minfuqa
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus fuq il-proġett ta' Bieb il-Belt, il-Parlament il-gdid u t-Teatru Rjal u kemm tħallsu b'mod separat sal-lum?
Minn fejn ġew finanzjati? Jista' jgħid f'liema stadju wasal kull wieħed minn dawn il-proġetti? Jista' jgħid jekk ix-xogħlijiet humiex
on schedule
?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm irriżulta li kien hemm pazjenti bejn Jannar u Awwissu 2012, li spiċċaw fil-kurituri tas-swali fl-Isptar Mater Dei, kawża li ma kienx hemm kmamar fejn jigu akkomodati?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li mill-informazzjoni li nġabret mis-sistema tal-Patient Administration System tal-Isptar Mater Dei, in-numru ta’ pazjenti li stennew ġo sodda fil-kurutur sakemm ingħatalhom sodda fis-sala bejn Jannar u Awwissu ta’ din is-sena (2012) huwa hekk:
Xahar
Nru. Ta' pazjenti
Jannar
390
Frar
214
Marzu
76
April
59
Mejju
87
Ġunju
165
Lulju
169
Awwissu
146
Total
1306
Il-kurutur imsemmi, jirreferi għall-
Paediatric Corridor
ġewwa id-Departiment ta’ L-Emerġenża fl-Isptar Mater Dei.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus fuq il-proġett tal-Isptar tal-Kanċer matul l-2010, l-2011 u l-ewwel disa xhur tal-2012? Jista' jagħti breakdown tal-ispiża ?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jindika jekk hemmx pjan biex persuni li jaħdmu fil-Ministeru tiegħu jiġu trasferiti f’postijiet, ministeri u aġenziji oħra? Jekk fl-affermattiv, jista’ jagħti lista ta’ dawn il-persuni u l-grad li attwalment jokkupaw u jindika wkoll il-kundizzjoni tal-impjieg tagħhom fis-sens jekk hux on secondment, b’kuntratt defeint jew indefenit u kwalunkwe kundizzjoni oħra?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li ma hemm l-ebda pjan biex persuni li jaħdmu fil-Ministeru tiegħi jiġu trasferiti f'postijiet, ministeri u aġenziji oħra.
Jista’ l-Ministru jagħti breakdown tal-flus li tħallsu lil kumpanija tal-awditjar PWC mis-sena 2009 sal-lum, filwaqt li jindika d-deskrizzjoni tax-xogħol mitlub u l-ammont imħallas?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
kwestjoni dwar persuna li trid tattendi r-resource centre
Question
Tista' l-Ministru tgħid kif din il-persuna b'diżabilità li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u li tattendi fir-resource centre tal-Wardija ma tħallitx tattendi f'din l-iskola kif tagħmel kull sena fl-ewwel ġurnata skolastika fejn il-ġenituri ma kenux infurmati li kien se jkun hemm xi tibdil? Tista' tagħti raġuni għalfejn din il-familja sofriet dan l-atteġjament min-naħa tal-amministrazzjoni tal-iskola fejn diversi tfal oħra li kienu notifikati li mhux se jiġu aċċettati ntlaqgħu mill-ġdid wara diversi protesti mill-ġenituri? Tista' tgħid f'liema skola speċjali din il-persuna se tibda tattendi din is-sena?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-persuna b'diżabilità li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u li kien jattendi fir-resource centre tal-Wardija spiċċa minn dan iċ-ċentru minħabba l-età tiegħu.
Għaldaqstant din il-persuna ġiet irreferuta lill-Aġenzija Sapport u se jibda jattendi f’wieħed mic-Ċentri ta’ Matul il-Jum.
Kottonera — xogħlijiet ta' manutenzjoni fuq jottijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux permess li fil-marina tal-Kottonera, jsir xogħol ta' manutenzjoni fuq jottijiet? Jekk fin-negattiv, jista' jgħid jekk isirux spezzjonijiet sabiex dan ma isirx? Jista' jgħid ukoll kemm-il spezzjoni kontra dan it-tip ta' xogħol u abbuż ieħor fl-istess marina saru matul dan l-aħħar 12-il xahar ?
Bormla — xogħlijiet marbuta mal-proġett tal-Baċir Nru.1
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux sodissfatt bil-progress tax-xogħlijiet f'Bormla marbuta mal-proġett tal-Baċir Nru.1? Jekk fin-negattiv, jista' jgħid x'passi ħa jew se jieħu sabiex ikun hemm daqsxejn progress fuq dan ix-xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li malli l-kuntratt tal-kuntrattur li kien hemm qabel fuq il-proġett ġie terminat, sensiela ta’ tenders ġew ippubblikati u attwalment ix-xogħlijet tlestew. Numru ta’ tenders oħra sejrin jiġu ppubblikati fil-ġimgħat li ġejjin, bil għan li x-xogħol jitlesta sa Lulju 2013.
Bormla u Wied il-Għajn — servizz tat-trasport pubbliku
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 35892, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi progress rigward is-servizz pubbliku bejn Bormla u Wied il-Għajn?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Peress li f'Ġunju li għadda il-Ministru qal li jinsasb infurmat li għaddejjin diskussjonijiet mal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dwar is-sottomissjoni ta' applikazzjoni għall-iżvilupp dwar il-proġett tal-Multi Level Car Park f'Bormla, jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi progress minn dakinhar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li għad ma kienx hemm żviluppi ġodda dwar il-proġett msemmi.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 34105, jista' l-Ministru jgħid jekk dan ix-xogħol imsemmi sarx?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħlijiet ta’ tiswija fuq ir-retaining wall tlestew mid-Diviżjoni tax-Xogħlijiet. Transport Malta qed tipprepara biex isiru x-xogħlijiet neċessarji fuq il-bażi u l-wiċċ tat-triq.
Jista' l-Ministru jara jekk hux possibbli li ssir loading/unloading bay fi Triq San Pawl fir-Rabat, faċċata tal-parkeġġ magħruf bħala l-Għalqa ta' Kola għax f'din l-area hemmm numru kbir ta' ħwienet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li, minn riċerka li saret fl-arkivji ta' Transport Malta, irriżulta li ma' hemm l-ebda talba għal kaxxa għall-ħatt u tagħbija ta' merkanzija għall-ħwienet
Jista' l-Ministru jagħti update dwar liema areas li ddaħħlu fl-iskemi tal-bini permezz tan-nationalization sal-lum ġew approvati mill-Ministru? B'liema mod ġew approvati? X'sar mill-areas l-oħra llum?
Response (MARCO, MARIO DE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għalhekk t-twegiba se tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-persentaġġ ta' xogħol li hu ikkalkulat li tlesta fil-bini taċ-Ċirkewwa Terminal? Meta hu maħsub li se jitlesta x-xogħol kollu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-persentaġġ ta' xogħol li tlesta fil-binja l-ġdida taċ-Ċirkewwa Terminal huwa ta' madwar 90% u madwar 60% għall-proġett kollu. Ix-xogħol kollu tal-proġett huwa ippjanat li jitlesta f'Jannar 2013. Madankollu, it-terminal il-ġdid se jibda jintuża din is-sena.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-persentaġġ ta' xogħol li tlesta sal-lum fil-proġett tal-Baċir Nru.1? Meta hu maħsub li se jitlesta x-xogħol kollu fuq dan il-proġett?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.