Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħad-Dingli — persuni li għandhom karta roża

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38106 li oriġinarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni li għandhom il-karta roża f'Ħad Dingli?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali m’għandhux l-istatistika kif mitluba mill-Onor. Interpellant. Iżda d-Dipartiment jista’ jgħid kemm kellu numru ta’ talbiet għal-karta r-roża f’Ħad-Dingli matul l-2012 sa issa. In-numru ta’ talbiet kien ta’ 44.

Ħaż-Żabbar — Triq Patri Felicjan Grech - tiswija tat-triq

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38285 u jgħid meta se ssir Triq Patri Felicjan Grech (area ta’ St. Peter) ġewwa Ħaż-Żabbar meta din suppost saret diġà skont ma kien intqal lir-residenti tal-istess triq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li t-triq li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant ma' tagħmilx parti mill-programm tax-xogħlijiet eżistenti ta’ Transport Malta. Madankollu, din it-triq ġiet inkluża mill-Kunsill Lokali fil-lista proposta ta’ toroq residenzjali li qatt ma' saru, liema lista ġiet sottomessa lil Transport Malta fid-29 t’Awissu 2012. Għaldaqstant, bħalissa Transport Malta qed tevalwa din il-lista għall-programm tax-xogħlijiet li jmiss ta’ bini ta’ toroq.

Rabat — Għalqa ta' Kola - bini ta' car park

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 38341, 38160 u 37887 u jgħid x'kienet in-nefqa li għamlet Transport Malta għal bini ta' car park fl-Għalqa ta' Kola fir-Rabat?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Enemalta — Gas Division - art

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 38275, 38102, 37882, 37619, 37382, 36680, 36308, 36223, 35975 u 35823 u jgħid ta' min hi l-art li bħalissa l-Korporazzjoni Enemalta qed tuża għall-Gas Division fil-Qajjenza, limiti ta' Birżebbuġa?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

MRA — konsultazzjoni mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili tankijiet tal-gass

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 38276, 38101, 37880, 37616, 37125 u 36604 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk hux il-prattika li l-Awtorità għar-Riżorsi ta' Malta tikkonsulta mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili qabel ma jinħarġu permessi għat-tankijiet tal-gass li jintradmu fil-front gardens tar-residenzi peress li dawk jistgħu jkunu ta' periklu kbir għal ġirien kif ukoll għall-persuni li jkunu mixjin fil-viċinanza?

Response (MARCO, MARIO DE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Valletta — Tneħħija ta' Bollards minn Triq it-Teatru

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 38342 u 38122 u jgħid x'inhi r-raġuni għala l-bollards li hemm fi Triq it-Teatru, kantuniera ma' Old Bakery Street, il-Belt, mhux talli tneħħew iżda anke t-toqob fejn kienu jitpoġġew issa ngħataw il-konkos u dan meta dawn il-bollards kienu jassiguraw li ma jidħlux vetturi fl-area pedonali?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Prodotti Agrikoli li ntbagħtu għall-bejgħ fis-swieq barra minn Malta

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm prodotti agrikoli oħra minħabba l-patata, li ntbagħtu għall-bejgħ fis-swieq barra minn Malta? Fil-każ li iva, liema kienu l-prodotti u xi kwantitajiet intbagħtu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul din is-sena ma kienx hemm talbiet biex jinħarġu ċertifikati fitosanitarji għal prodotti agrikoli Maltin oħra barra patata sabiex jkunu mibgħuta barra mill-pajjiż

Esportazzjoni ta' Patata lejn pajjiżi barranin

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm intbagħtu patata barra minn Malta matul din is-sena? Lejn liema pajjiżi ntbagħtu? F'liema xhur?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li matul din is-sena kien hemm talbiet biex jinħarġu ċertifikati fitosanitarji sabiex jintbgħatu 117,475Kg patata lejn Spanja bejn ix-xhur ta Marzu u Lulju.

Xogħol ta' restawr tal-Monument tal-Gwerra fil-Furjana

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien stmat li kellu jiġi jiswa x-xogħol tar-restawr tal-Monument tal-Ġwerra fil-Furjana inkluż ix-xogħol tar-roundabout? Kemm fil-fatt ġew jiswew dawn ix-xogħlijiet?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 34162.
Leg 11 PQ #38519 Sitting 531 2012-12-03 Oral · Final From: EDWIN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Investigazzjoni fuq ittra

Question

Jista' l-Prim Ministru jinvestiga u jgħid x'inhi s-sitwazzjoni propju skont dak li qed jintqal fl-ittra li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Mosta — Wied il-Għasel - żieda maċ-ċnut

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 37909 u 36321 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jieħu d-deċiżjoni sabiex isir ix-xogħol li jwassal sabiex ċnut fuq il-postijiet li jaqsmu Wied il-Għasel tiżdidilhom filata ma' dak li hemm fil-preżent, peress li l-punt li jaqsam Wied il-Għażel f'Triq il-Kostituzzjoni illum jitqies periklu u huwa baxx ħafna, filwaqt li l-pont il-Kbir li jaqsam Wied il-Għasel li hemm f'tarf Triq il-Fortizza jkun utli li dan tiżdidlu filata ma dak li hemm fil-preżent?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Joint Office — fidi ta' ċnus temporanji

Question

Jista' l-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra fiex wasal il-proċess ta' fidi ta' ċnus temporanji mill-Joint Office u meta bi ħsiebu l-gvern jikkonkludi l-proċess li nbeda' xi xhur ilu?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-iskema li permezz tagħha id-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern kien qed jaċċetta applikazzjonijiet għall-fidi ta’ ċnus temporanji ta’ proprjetajiet tal-Gvern (mhux biss dawk amministrati mill-Uffiċċju Konġunt) kienet fetħet fl-20 ta’ Frar 2012 u għalkemm kellha tagħlaq fl-20 ta’ Awwissu 2012, ġiet imġedda sal-5 ta’ Ottubru 2012. Bħalissa qegħdin fil-fażi li l-1,300 applikazzjoni li daħlu jiġu kategorizzati biex jitħaffef ix-xogħol li jrid isir ’il quddiem.

Surveillance cameras approvati

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 38292, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar min hu responsabbli biex jawtorizza tali surveillance cameras? Jista' jgħid jekk hemmx liġijiet li jaqgħu taħt Transport Malta li ma jippermettux twaħħil ta' tali cameras?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Numru kbir tal-kartuna s-safra

Question

B'referenza għat-tweġiba ta' diversi mistoqsijiet parlamentari dwar il-kartuna s-safra li twieġbu riċentement, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar xi spjegazzjoni hemm għal numru daqstant kbir ta' kartun isfar meta mqabbel man-numru tar-residenti fil-lokalità partikolari?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li r-raġuni ewlenija li hemm numru ikbar ta’ kartun isfar meta mqabbel man-numru tar-residenti fil-lokalita’ partikolari hija li xi pazjenti jkollhom kundizzjonijiet kroniċi differenti. Dan ifisser u jwassal li l-pazjenti jkollhom numru ta’ kartun għal kundizzjonijiet differenti. Skont l-iStħarriġ Ewropew dwar is-Saħħa li sar fl-2008, 79% minn dawk il-persuni li kienu fuq mediċini li jnaqqsu l-kolesterol, kienu wkoll ibatu mill-pressjoni għolja. Daqs 56% minn dawk li rrappurtaw li jbatu b’kundizzjonijiet tal-qalb, qalu li jbatu wkoll mid-dijabete, 48% minnhom ibatu wkoll minn livell tal-kolesterol għoli u 75% għandhom pressjoni għolja. Dan juri biċ-ċar kif dawn il-kundizzjonijiet għandhom għeruq simili u tendenza li jidhru flimkien fl-istess individwi. Dan ir-riskju jiżdied, aktar ma l-persuna tavvanza fl-eta’.
Leg 11 PQ #38524 Sitting 531 2012-12-03 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Intern

Rabat — Imdina - Camera fi Triq is-Saqqajja

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38292 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttra, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u cioè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 38059, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar min allura jkun ta l-permessi neċessarji biex il-camera msemmija titwaħħal? Jista' jagħti informazzjoni dwar jekk tali surveillance camera, hix ukoll vijabli bħala camera biex joħorġu ċitazzjonijiet? Barra minn hekk, jista' jagħti tagħrif dwar liema kunsill lokali għandhom surveillance cameras fil-lokalità tagħhom, u fejn huma stallati dawn l-istess cameras? Min approva dawn il-cameras?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant ikun aktar speċifiku meta jillokalizza l-camera li qed jirreferi għaliha. Mill-informazzjoni li għandi mill-Kunsilli Lokali tal-Imdina u tar-Rabat, l-unika camera li hemm fl-inħawi tinsab fi Pjazza Mario Galea Testaferrata, fil-parking area ta’ Ġnien Howard biswit il-bandli barra mis-sur tal-Imdina. Jekk l-Onorevoli Interpellant qiegħed jirreferi għal din il- camera partikolari, ninfurmah li din kienet approvata mill-Kumitat Konġunt ta’ Birkirkara u llum taqa’ fir-responsabbiltà tal-Kumitat Reġjonali Tramuntana. Din il- camera timmonitorja l-parkeġġ u tintuża biex jinħarġu ċitazzjonijiet fuq parkeġġ irregolari. Intant qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ cameras fil-lokalitajiet ta’ Malta u Għawdex, kif provduta mingħand il-Kumitati Reġjonali.

budget — reviżjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'reviżjonijiet saru fil-budget għal din is-sena minn dak li ġie oriġinarjament ivvutat? Jista' jagħti dawn id-dettalji separatament u sa Ottubru 2012? Jista' jgħid ukoll kemm ġie minfuq sa dan iż-żmien fuq kull line item u kemm hemm kontijiet pendenti sabiex jitħallsu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Malta Institute of Management — ħlas ta' proprjetà

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38351 u jgħid x'ħalset Transport Malta lill-kumpanija Air Malta biex tal-ewwel tieħu mingħand tat-tieni proprjetà f'Pembroke li kienet qiegħda tintuża mill-Malta Institute of Management filwaqt li jgħid għal-liema skop ġie ddentifikat biex jintuża tali bini?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Sky Parks Luqa Airport

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 38337, 38119 u 37910 u jgħid: a) kemm kien iż-żmien stipulat biex jitlesta dan il-proġett tal-Sky Parks Luqa Airport; b) ir-raġuni għaliex ma tlestiex fiż-żmien stipulat; ċ) kemm kienet l-istima jew l-kuntratt oriġinali; d) kemm sewa dan il-proġett; u e) għal liema raġuni mhuwiex qiegħed jintuża mill-Vodafone?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

MFSA — ħatra tal-konsulent fil-qasam tal-PR

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 38370 u 38148 u jgħid meta l-Awtorità ta' Malta għas-Servizzi Finanzjarji ħatret lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, konsulenta tagħha fil-qasam tal-PR, kif inħatret u meta nħatret u kemm tħallset s'issa? Kemm-il darba organizzat ikliet u riċevimenti f'Londra għall-ġurnalisti u x'kisbet Malta bħala ċentru għas-servizzi finanzjarji minn dan kollu? Kemm ġew jiswew dawn l-ikliet u riċevimenti?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill- Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.