Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet minn residenzi privati rapportati lill-pulizija f'Ħaż-Żebbuġ matul l-ewwel sitt xhur tas-sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, l-pulizija kellha għaxar rapporti ta’ serq minn residenzi f’Ħaż-Żebbuġ. Minn dawn tmienja kienu jikkonċernaw oġġetti misruqa minn fuq barra tar-residenza u wieħed minn residenza li ma kinitx okkupata.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet minn residenzi privati rapportati lill-pulizija fl-Imġarr Malta matul l-ewwel sitt xhur tas-sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, l-pulizija ma kellha ebda rapport ta’ serq minn residenzi fl-Imġarr Malta.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet minn residenzi privati rapportati lill-pulizija fl-Imdina matul l-ewwel sitt xhur tas-sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, l-pulizija ma kellha ebda rapport ta’ serq minn residenzi fl-Imdina.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet ġew rapportati lill-Pulizija li saru mill-Ministeru, dipartimenti, id-dekasteru u awtoritajiet oħra li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru fl-ewwel sitt xhur tas-sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena ġiet rapurtata serqa waħda lill-Pulizija mill-Uffiċċju dwar il-Fondi Ewropej li jaqa’ taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet ġew rapportati lill-Pulizija li saru mill-Ministeru, dipartimenti, id-dekasteru u awtoritajiet oħra li jaqgħu taħtu fl-ewwel sitt xhur tas-sena?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul l-ewwel sitt xhur tas-sena ma saret l-ebda serqa fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u d-dekasteru li jaqa' taħtu.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — serqiet rapportati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet ġew rapportati lill-Pulizija li saru mill-Ministeru, dipartimenti, id-dekasteru u awtoritajiet oħra li jaqgħu taħtu fl-ewwel sitt xhur tas-sena?
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-moniteraġġ tat-tniġġis fil-baħar isirx b'mod regolari matul ix-xhur kollha tas-sena jew inkella jsirx matul ix-xhur tas-sajf biss? X'passi jittieħdu f'każ li jirriżulta li hemm xi żona imniġġsa?
Response (MARCO, MARIO DE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ewwel parti tal-mistoqsija ġiet mwieġba fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 36159.
Filwaqt illi l-MEPA qegħda twettaq l-programmi tal-monitoraġġ tal-ekoloġija u tal-parametri kimiċi, qed isir l-implimentazzjoni ta’ diversi miżuri li jinsabu fil-Pjan tal-immaniġjar tal-catchment tal-ilma. F’każ li jirriżulta li hemm xi żona imniġġsa minn dawk l-elementi, l-MEPA trid tinvestiga b’aktar monitoraġġ speċifikat gћal dawk il-parametri li nstabu f’livelli għoljin. Dan il-monitoraġġ investigattiv għandu jsir sa kemm is-sors tat-tniġġis jiġi jdentifikat u l-miżuri kollha possibli jittieħdu sabiex tissolva l-problema.
Passi li jittieħdu fir-rigward ta’ possibilità ta’ tniġġis minn sorsi radjoattivi huwa iddeterminat u mfassal mir-
Radiation Protection Board
skond in-natura tal-kaz.
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex isir moniteraġġ tal-laħam tal-fniek, majjal u tiġieġ li jiġi importat ġewwa pajjiżna u jekk dan il-laħam ikunx ċertifikat bħala tajjeb għall-konsum tal-bniedem? Min huwa responsabbli li jagħmel dan u allura kemm ġew ċertifikati fis-snin li għaddew jiġifieri 2009, 2010 u 2011 tunellati ta' laħam tal-fniek, majjal u tiġieġ li ġew importati u li kienu tajbin għall-konsum tal-bniedem?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nistieden lill-Onorevoli Interpellant iressaq din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Onorevoli Ministru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunitàli hu responsabbli għas-sigurta tal-ikel.
Jista' l-Ministru jgħid jekk isirx moniteraġġ fuq xarbiet li jiġu importati f'pajjiżna u jekk dawn ix-xarbiet ikunux tajbin għall-konsum tal-bniedem? Min huwa responsabbli minn dan il-moniteraġġ u kemm iċċertifika xarbiet li huma tajbin għall-konsum tal-bniedem u li ġew importati matul is-snin 2009, 2010 u 2011?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk jaħsibx li bil-mod li nixtru d-dawl mill-grid minn Sqallija fl-Italja, il-prezz tal-istess dawl huwiex se jiġi iktar għoli jew jekk huwiex se jorħos lill-konsumatur Malti u Għawdxi meta jibda jagħmel użu minn dan id-dawl?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 36281.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-prezz tad-dawl għall-Isqallin u Taljani tul dawn l-aħħar tliet snin? Kemm-il darba għola u kemm il-darba raħas? X'kien il-prezz tad-dawl meta għola u x'kien meta raħas?
Response (FENECH, TONIO)
Fil-mistoqsija l-Onor. Interpellant qed jiddistingwi l-prezz tad-dawl bejn Sqallija u l-Italja u jista’ jkun li mhux qed jirreferi għall-prezzijiet lill-konsumatur imma għall-prezzijiet tad-dawl interni. Għaldaqstant nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jiċċara l-mistoqsija tiegħu.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 33810, jista' l-Ministru jgħid x'inhi raguni li xogħol tal-bollards jingħataw dejjem lil l-istess żewġt uffiċjali meta l-istess dipartiment fi Transport Malta għandu aktar uffiċjali fi ħdanu? Peress li dan ix-xogħol jirrikjedi ħin ta' 24 siegħa, jista' jgħid kemm kienet in-nefqa f'overtime flimkien mal-allowances mill-2010 sal-lum għal dawn iż-żewġ uffiċjali? Jista' jgħid min kienu l-uffiċjali li esegwixxew dawn ix-xogħlijiet? Jista' jipprovdi l-lista tal-postijiet ta' fejn kienu duty dawn l-uffiċjali kull darba li sar dan it-tip ta' xogħol? Jista' jipprovdi wkoll il-lista ta' fejn kienu duty meta xogħolhom ma kienx jirrikjedi x-xogħol tal-bollards?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li qabel is-sena 2010 kienet ħarġet sejħa għal bollard master fejn uffiċċjal wieħed applika għal din il-pożizzjoni. Sejħa oħra ħarġet fl-2010 fejn uffiċċjal ieħor applika.
Barra xogħol relatat ma’
bollards
, dawn l-uffiċċjali kienu assenjati xogħol ieħor relatat ma’
road closures
f’diversi toroq.
In-nefqa globali f’
allowances
u
overtime
mill-2010 sa Awwissu 2012 kienet ta’ €49,473.30.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk Transport Malta ngaġġatx konsulent fid-Direttorat tal-Merchant Shipping? Jekk fl-affermattiv jista' jagħti dettalji dwar kemm hu s-salarju u l-beneffiċji offruti lil din il-persuna? Jista' jgħid kif u kemm qed jesegwixxi sigħat fil-ħidma tiegħu għall-awtorità? Jista' jagħti tagħrif mil-liema kumpanija ġie ngaġġat?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jispeċifika għal min qed jirreferi.
Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ ta' home help ta' kopja anzjani li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li r-raġel jinsab għaddej b'kura għall-kanċer u l-mara għandha uġieħ fl-għadam?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-Bord tal-Allokazzjoni tas-Servizz ta’ Għajnuna fid-Dar ikkunsidra l-każ imsemmi fid-19 ta’ Lulju u approva is-servizz.
Dipartiment tat-Taxxi Interni — Karta tal-Income Tax
Question
Jista' l-Ministru jara li d-Dipartiment tat-Taxxi Interni joħroġ karta lis-sinjura li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li ilha titlob u tmur ħafna drabi l-Income Tax u jgħidula li din trid tinġieb mill-arkivji?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li uffiċjali mit-taqsima tat-Taxpayer Service tad-Dipartiment tat-Taxxi Interni għamlu kuntatt mal-persuna indikata u d-diffikultà li għandha ġiet solvuta.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 35786, jista' l-Ministru jara li ssir l-ispezzjoni fil-fond imsemmi peress li s'issa għadha ma saret l-ebda spezzjoni?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ispezzjoni saret nhar il-Ħamis 26 ta’ Lulju, 2012 bejn it-tmienja u nofsinhar.
Jista' l-Ministru jara x'inhi r-raġuni li l-kont li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ilu ma jinħareġ għal xhur sħaħ b'detriment għall-anzjana li hija reġistrata fuqu?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ngħatat lil ARMS Ltd li minn naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.