Ħ'Attard — Triq Żagħfran - ċaqliq ta' pelican lights
Question
Jista' l-Ministru jara li l-pelican lights li hemm fi Triq Żagħfran, Ħ'Attard jitresqu 'l isfel, qabel Triq Ħal Warda għax b'hekk il-vetturi li jkunu ħerġin minn Triq Ħal Warda fir-rush hour ikollhom aktar faċilità joħorġu mit-triq meta l-lights jippermettu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-post fejn saret l-pelican crossing fil-fatt huwa l-aħjar wieħed għax huwa minn hemm li jaqsmu l-aktar nies.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm technical staff f'kull skola ta' Malta u Għawdex u tgħid kemm suppost ikun dan l-istaff tekniku sabiex ikun jista' jaqdi l-bżonnijiet skont it-tibdil li sar fil-kurrikulu għal kull skola rispettivament u f'liema qasam tekniku?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tiċċara x’qed tifhem b’
technical staff
peress li fl-iskejjel hemm diversi ħaddiema b’funzjonijiet tekniċi.
Sptar Ġenerali t'Għawdex — Chemo therapy - sala tat-tfal
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk hux minnu li ġiet identifikata parti mis-sala tat-tfal fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex biex tibda tingħata l-chemo therapy? Jekk fl-affermattiv, tista' tgħid xi studji saru in partikolari dwar il-health and safety tal-pazjenti l-oħra f'din is-sala li huma tfal, f'każ li t-trattament jibda jingħata hemm hekk?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li parti mis-sala tat-tfal ġiet identifikata bħala waħda mill-postijiet fejn possibilment tista' tingħata l-chemo therapy. Deċiżjoni aħħarija tittieħed meta jiġu konklużi diskussjonijiet li qed isiru mal-professjonisti kkonċernati wara li jkunu ġew ikkunsidrati l-aspetti kollha nklużi s-saħħa u sigurtà tal-pazjenti u tal-istaff.
Għawdex — Qala - Triq Mons. Ġużeppi Vella - asfaltar ta' triq
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi asfaltata Triq Mons. Ġużeppi Vella, fil-Qala Għawdex peress li r-residenti ilhom snin twal jistennew li din it-triq issir?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Direttorat għal Servizzi Edukattivi — kwalifika ta' supply learning support assistant
Question
Tista' l-Ministru tgħid għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li applikat bħala supply learning support assistant fi ħdan id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi u ftit taż-żmien ippruvat tissottometi aktar kwalifikazzjonijiet mal-istess direttorat, dawn naqsu milli jirrikonxu dan it-taħriġ tal-MCAST?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-kors provdut mill- MCAST ‘Working with children with additional needs’ jrid jkun rikonoxxut mill-Kunsill Malti ġħall-Kwalifiki.
Il-persuna indikata fil-mistoqsija attendiet għall-Interview u r-riżultat ta’ Frar ġie ppublikat.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, qed tieħu daqshekk benefiċċji soċjali meta din suppost għandha ieħor aktar?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Jista' l-Ministru jippreżenta l-accounts tal-Malta Freeport ta' dawn l-aħħar ħames snin?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-accounts tal-Malta Freeport Corporation jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra regolarment. Barra minnhekk l-accounts qiegħdin ukoll fuq il-website tal-Malta Freeport.
Tista' l-Ministru tgħid minn liema tip t'għajnuna jistgħu jibbenefikaw bands mużikali lokali sabiex ikollhom l-opportunità ta' esperjenza barra minn Malta?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern hux se jagħti pensjoni sħiħa lil dawk il-pensjonanti li jieħdu kemm pensjoni minn Malta u fl-istess waqt jirċievu pensjoni tas-Servizzi Ingliżi mingħajr ma jibqa' jkollhom tnaqqis fil-pensjoni li jirċievu minn Malta?
Response (SAID, CHRIS)
Ninfirma lill-Onorevoli nterpellent li fis-sena 2008 il-Gvern beda proċess sabiex fuq medda ta’ snin jibda jonqos l-ammont li ma jiġix meqjus minn pensjoni tas-servizz li toriġina kemm minn Malta kif ukoll minn pajjiż barrani fil-kalkolu ta’ pensjoni kontributorja.
Fil-fatt l-ammont li fis-sena li qegħdin fiha li mhux jiġi meqjus hu ta’ €1,066 u l-ħsieb hu li dan l-ammont jibqa jiżdied skont ir-ritmu ekonomiku tal-pajjiż.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn ċentri tal-adulti għal persuni b'diżabilità? Fejn qegħdin u kemm hemm persuni f'kull ċentru? Jista' jgħid x'inhi l-waiting list għad-dħul f'dawn iċ-ċentri?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa l-Aġenzija Sapport għandha fi ħdana disa’ Ċentri ta’ l-Adulti għall-Persuni b’Diżabilità. Dawn huma :-
Ċentru ta’ Ħal Far li fih jattendu 82 klijent
Ċentru tas-Swatar li fih jattendu 17-il klijent
Ċentru ta’ Paola li fih jattendu 24 klijent
Ċentru ta’ M’Scala li fih jattendu 63 klijent
Ċentru ta’ Fleur de Lys li fih jattendu 64 klijent
Ċentru ta’ l-Mtarfa li fih jattendu 88 klijent
Ċentru ta’ l-Mtarfa Resource li fih jattendu 21 klijent
Ċentru ta’ Cottonera li fih jattendu 16-il klijent
Ċentru ta’ Santa Venera li fih jattendu 19-il klijent
Jista' l-Ministru jgħid min qed imexxi l-Aġenzija Sapport issa li l-persuna li kienet qed tmexxi rtirat bl-età?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għalkemm il-persuna li tmexxi l-Aġenzija Sapport laħqet l-età tal-irtirar, din il-persuna aċċettat li tkompli tmexxi l-Aġenzija ghal perjodu flimkien mal-persuna appuntata wara sejha publika u b’hekk ġie assikurat kontinwità fil-ħidma tal-Aġenzija.
Tista' l-Ministru tgħid hemm studenti b'diżabilità li għandhom aktar minn 16-il sena li jinsabu fl-iskejjel sekondarji jew fl-iskejjel speċjali li llum qed jissejħu ċentri tar-riżorsi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-Awtorità tad-Djar ma ħaditx il-passi neċessarji biex il-fond tal-gvern li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u li għandu l-gallarija f'periklu, tiġi rranġata?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorità tad-Djar ħadet nota ta’ din l-interpellenza u inkludiet din it-talba fil-programm ta’ manutenzjoni tagħha.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36526 u jgħid Misraħ Karmenu Grima fiż-Żejtun li jaqa’ taħt ir-responsabilità ta’ Transport Malta meta se jiġi rranġat u jingħata t-tarmak wara numru ta’ snin mitluq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li din it-triq tinsab fil-lista tat-toroq residenzjali li għandhom jiġu asfaltati minn Transport Malta fix-xhur li ġejjin.