Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — serqiet rapportati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet ġew rapportati lill-Pulizija li saru mill-Ministeru, dipartimenti, inkluż d-dekasteru u awtoritajiet oħra li jaqgħu taħtu fl-ewwel sitt xhur tas-sena?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — serqiet rapportati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet ġew rapportati lill-Pulizija li saru mill-Ministeru, dipartimenti, inkluż d-dekasteru u awtoritajiet oħra li jaqgħu taħtu fl-ewwel sitt xhur tas-sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — serqiet rapportati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet ġew rapportati lill-Pulizija li saru mill-Ministeru, dipartimenti, inkluż d-dekasteru u awtoritajiet oħra li jaqgħu taħtu fl-ewwel sitt xhur tas-sena?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet ġew rapportati lill-Pulizija li saru mill-Ministeru, dipartimenti, inkluż d-dekasteru u awtoritajiet oħra li jaqgħu taħtu fl-ewwel sitt xhur tas-sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi ma jirriżultax li kien hemm serqiet li ġew rrapportati lill-Pulizija matul il-perjodu msemmi mill-Onorevoli Interpellant.
Ministeru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura — serqiet rapportati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet ġew rapportati lill-Pulizija li saru mill-Ministeru, dipartimenti, inkluż d-dekasteru u awtoritajiet oħra li jaqgħu taħtu fl-ewwel sitt xhur tas-sena?
Response (MARCO, MARIO DE)
Ninforma lill-Onor Interpellant illi ma kienx hemm serq la fil-Ministeru tat-Turiżmu, l-Ambjent u Kultura u lanqas fl-entitajiet, organizzazzjonijiet u awtoritajiet. Għaldaqstant ma sar l-ebda rapport lill-Pulizija.
Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji żgħar u Konsumatur — serqiet rapportati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet ġew rapportati lill-Pulizija li saru mill-Ministeru, dipartimenti, inkluż d-dekasteru u awtoritajiet oħra li jaqgħu taħtu fl-ewwel sitt xhur tas-sena?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ninsab infurmat li ma ġiet irrapportata l-ebda serqa lill-Pulizija mill-Ministeru, dipartimenti, dekasteri u awtoritajiet oħra li jaqgħu taħtu.
Jista’ l-Ministru jara fiex wasslet applikazzjoni li tikkonċerna stallazzjoni ta’ stair lift għal mara li d-dettallji dwarha qed jingħataw separatament, liema mara għandha sieq waħda maqtugħa u li ilha li applikat għand l-Awtorità tad-Djar mit-12 ta’ Ġunju 2012?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni tal-persuna msemmija qed tigi pprocessata. L-Awtorità tad-Djar qed tigbor informazzjoni dwar l-assi u d-dhul tal-applikanta sabiex jigi stabbilit jekk tikkwalifikax taht il-kundizzjonijiet tal-iskema u kemm huwa l-percentagg tal-ghajnuna li tikkwalifika ghalih. Barra minnhekk, fil-granet li gejjin l-Awtorita’ tad-Djar ser tibghat Occupational Therapist sabiex isir rapport dwar il-bzonnijiet tal-persuna msemmija fir-residenza taghha.
Jista' l-Ministru jara li l-kumpanija Arriva tieħu ħsieb u tagħmel ilqugħ fl-istage ta' faċċata tal-ħabs ġewwa Raħal Ġdid peress li ħafna qed ikunu l-ilmenti mill-pubbliku?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jikkjarifika x'tip ta' lqugħ qed jirreferi għalih. Dan għaliex jien infurmat li f'dan il-post diġà hemm bus shelters istallati.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 33695, jista' l-Ministru jara x'jista' jsir peress li l-persuna konċernata tixtieq li tibda tmur aktar ta' spiss fid-day centre peress li bħalissa jumejn fil-ġimgħa biss qed tmur?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Persuna b’Dizabiltà imsemmija qeghda fuq il-lista biex tibda tircievi is-servizz tad-Day Centers ghal persuni b’Dizabiltà ta’ l-Agenzija Sapport. Il-kaz tagħha jrid jiġi kkunsidrat flimkien ma’ dawk ta’ persuni oħrajn li qeghdin fuq il-Waiting List għas-servizz. Jirrizulta li din il-persuna qed tircievi is-servizz ta’ Day Center ghall-jumejn fil-gimgha minghand Dar il-Kaptan.
Jista' l-Ministru jgħid kemm qiegħda tistma li se tiġi tiswa lill-Awtorità tad-Djar Skema Kiri ladarba jiġu ffirmati l-kuntratti mas-sidien privati u dan fuq kalkolu ta' għaxar snin peress li l-awtorità se takkwista fuq bażi ta' kirja l-postijiet offruti għal għaxar snin? Din l-iskema ġiet varata mill-awtorità sabiex jiġu akkomodati applikanti bi prijorità soċjali li bħalissa jinsabu fuq il-waiting list għall-akkomodazzjoni soċjali?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorità tistma illi Skema Kiri ser tiswa madwar €20 miljun fuq medda t’għaxar snin, u dan kif muri fit-tabella iktar ‘l isfel.
Medja ta’ kera kummerċjali fix-xahar
€291
Medja tas-sussidju fuq il-kera għall-inkwilini li jiġu allokati akkomodazzjoni soċjali
80%
Numru ta’ proprjetajiet previst li jinkrew bl-iSkema Kiri
700
Reviżjoni tal-kera annwali prevista
2%
Sena
Kera
Sussidju
2012 – 2013
€2,444,400
€1,955,520
2013 – 2014
€2,493,288
€1,994,630
2014 – 2015
€2,543,154
€2,034,523
2015 – 2016
€2,594,017
€2,075,213
2016 – 2017
€2,645,897
€2,116,718
2017 – 2018
€2,698,815
€2,159,052
2018 – 2019
€2,752,791
€2,202,233
2019 – 2020
€2,807,847
€2,246,278
2020 – 2021
€2,864,004
€2,291,203
2021 – 2022
€2,921,284
€2,337,027
Spiża totali
€21,412,398
Il-familji u persuni li ser jiġu akkomodati f’dawn il-proprjetajiet huma fil-lista ta’ priorità għall-akkommodazzjoni soċjali.
Jista' l-Ministru jgħid kif u għaliex il-kamra tan-nar li kienet qabel magħrufa bl-isem ta' St Helena fil-limiti tal-Iklin (biswit il-kamra tan-nar San Gabriel) u li kienet proprjetà tal-Kolleġġjata ta' Sant' Elena ta' Birkirkara ngħatat lill-Iklin Scout Group meta din qiegħda madwar ħamsin metru biss 'il bogħod mill-kamra tan-nar ta' San Gabriel ta' Ħal Balzan?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ninsab infurmat illi s-sit u strutturi li kienu magħrufa bħala Porzjon 1 “Tal-Qasbi” fil-limiti tal-Iklin u li jinkludu struttura li qabel kienet tintuża bħala kamra tan-nar ingħataw lill-Grupp tal-Iscouts tal-Iklin b’kirja għal ħmistax-il sena b’effett mit-23 ta’ Lulju 2012. Il-Ftehim tal-Kirja sar wara li fis-seduta tal-Parlament tad-9 ta’ Lulju 2012 kienet approvata unanimament ir-riżoluzzjoni dwar trasferiment ta’ proprjetà lil tlettax-il klabb u assoċjazzjoni li wieħed minnhom kien il-Grupp tal-Iscouts tal-Iklin.
Tista’ l-Ministru tagħti spjegazzjoni l-għala teacher librarian li d-dettalji dwar qed jintbagħtu separatament, b’esperjenza qed jitlef id-dritt tiegħu li jiġi trasferit minn skola għal oħra anki meta kien hemm post vakant fl-iskola li talab biex jiġi trasferit fiha, u kif xi ħadd ġdid jiġi magħżul jimla dak il-post?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Minn dak iż-żmien inħolqot vakanza u l-għalliem in kwistjoni beda jservi bħala għalliem-librar fi skola sekondarja. Dan bi qbil mal-istess għalliem
Tista' l-Ministru tgħid għaliex ġew istallati CCTV cameras fl-Istitut għall-Istudji Turiċtiċi fil-Qala Għawdex u tikkonferma jekk din is-sistema ġietx ridiretta minn fuq is-sistema tal-operatur għal fuq laptop personali? Jekk fl-affermattiv, intalab parir jew permess tal-Kummissarju dwar il-Protezzjoni tad-Data dwar dan? Tista' tgħid jekk kienx hemm ilmenti\rapporti dwar ksur ta' data protection?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li s-CCTV cameras ġew istallati fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi fil-Qala Għawdex meta tlesta l-bini l-ġdid ta' dan l-Istitut. Din is-sistema hija aċċessata biss mill-Management tal-Istitut. Id-Direttorat fil-Ministeru għal Għawdex, responsabbli minn dan l-Istitut, id-Direttorat Customer Services, kien ħa ħsieb li jinnotifika lill-Kummissarju dwar il-Protezzjoni tad-Data fuq l-eżistenza u l-installazzjoni ta' dawn is-CCTVs u dan kif titlob il-liġi. Fis-27 ta' Settembru l-ITS fil-Qala rċieva notifika dwar ilment li wasal fl-uffiċċju tal-Kummissarju dwar il-Protezzjoni tad-Data.
Jista’ l-Ministru jindika għal kull chief officer u direttur fil-Ministeru u d-dekasteru tiegħu, min qed jokkupa l-kariga, l-età, l-kwalifiċi akkademiċi li għandu, il-pakkett finanzjarju u beneffiċji supplementari?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Dipartiment tas-Saħħa — operazzjonijiet lill-sptarijiet privati
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tas-Saħħa jikrix apparat u strumenti tal-operazzjonijiet lill-sptarijiet privati? Jekk iva, liema huma dawn l-istrumenti u kemm-il darba inkrew matul ix-xhur ta' Jannar u Awwissu 2012?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Għawdex — Żebbuġ - Triq il-Mitħna u Triq il-Lampuka - servizz tat-trasport Pubbliku
Question
Peress li r-residenti ta' Triq il-Mitħna u Triq il-Lampuka fiż-Żebbuġ, Għawdex qed jilmentaw għaliex għandhom il-bogħod għall-eqreb stage tal-karozza tal-linja u peress li qed ibatu minn inkonvenjent għaliex it-traport pubbliku ma jgħaddix minn dawn l-inħawi, jista' l-Ministru jara li l-ilmenti ta' dawn ir-residenti jiġu indirizzati?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali taż-Żebbuġ kien għamel talba simili lil Transport Malta sabiex isir tibdil fir-rotta tal-lokalità tiegħu. Din it-talba ġiet evalwata, però ma setgħetx tiġi milqugħa. Dan għaliex it-toroq imsemmija huma inadegwati biex tgħaddi r-rotta proposta. Dan hu minnu li dawn it-toroq qatt ma kellhom servizz ta' Trasport Pubbliku.
Billi suppost li dawk kollha li jimpurtaw plastic bags bil-handle huma suġġetti għal Eco-Tax ta' 15ċ il-borża, jista' l-Ministru jgħid:
a) kemm kien hemm kumpanji/
department stores
u
super
u
mini markets
li ġew immultati talli naqsu milli jħallsu
eco tax
simili;
b) liema kienu;
ċ) meta sar dan peress li hu mifhum li s-suq Malti u Għawdex jinsab mifquħ b'dawn it-tip ta' boroż? Jista' jgħid x'proċeduri u metodi ta' verifika jintużaw mid-dipartiment tal-VAT sabiex jiġi żgurat enforcement xieraq f'dan ir-rigward kif ukoll sabiex jinżamm level playing field f'dan is-settur?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.