Legislature:
Category:
Reset
Active:

Malita Investment Plc — tender għall-kampanja ta' riklamar u media

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamenti 36310, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk inħariġx tender għal kampanja ta' riklamar u media marbuta mal-promozzjoni tal-€15 miljun f'ishma fil-Malita Investments Plc li nħarġet dan l-aħħar? Jista' jgħid liema kumpanija tal-advertising ħadet dan l-assignment? Kif intgħażlet? X'jiswa bejn wieħed u l-ieħor dan l-account ta' riklamar?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

ikliet u riċevimenti organizzati l-ministeru

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32445 u jgħid matul is-sena 2011 u matul Jannar u Frar 2012 kemm ikliet u riċevimenti organizza l-ministeru, fejn ġew organizzati dawn l-ikliet u r-riċevimenti? Kemm swew kull wieħed u min kien mistieden għalihom?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.

MRA — Price mechanism għall-prezzijiet taċ-ċilindri tal-gass

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32683 u jgħid min hi l-kumpanija li tqabbdet mill-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi biex tivverifika l-prezzijiet taċ-ċilindri tal-gass kif maħdum s'issa permezz tal-pricing mechanism? Skont il-pricing mechanism eżistenti, kemm kellhom jiġu jiswew iċ-ċilindri tal-gass f'Marzu 2012? Min se jassorbi d-differenza fil-prezz? Jista' jgħid jekk l-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi kkummissjonatx li jinħadem pricing mechanism ġdid biex jistabilixxi l-prezz tal-gass? Meta se jkun lest dan il-mekkaniżmu u kif se jkun differenti minn dak eżistenti? B'liema proċess tqabbdet il-kumpanija privati tal-awdituri biex tivverifika l-prezz taċ-ċilindri tal-gass? Kemm se jiswa x-xoghol tagħha u meta mistenni jkun lest? Min ta d-direttiva lill-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi biex għax-xahar ta' Marzu 2012 il-prezzijiet taċ-ċilindri tal-gass ma jinħadmux skont il-pricing mechanism li bih inħadmu l-prezzijiet fix-xhur ta' qabel? X'kienet ir-raġuni li din id-direttiva ngħatat għal Marzu 2012 u mhux għax-xhur ta' qabel? Jista' jagħti l-prezzijiet taċ-ċilindri tad-daqsijiet differenti tal-gass mis-sena 2008 sal-lum xahar b'xahar li bihom inbiegħu lill-konsumatur?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li Awtorità ta' Malta dwar ir-Rizorsi kienet qabbdet lill-kumpanija tal-awdituri KPMG biex tivverifika l-ispejjez marbuta mal-pricing mechanism applikabbli għas-sena 2012 u mhux biex tivverifika l-prezzijiet taċ-ċilindri tal-gass kif mibjugħa jew biex taħdem il-prezz massimu tac-cilindri ta' daqsijiet differenti tal-gass. Barra li tivverifika l-ispejjez marbuta mal-pricing mechanism, il-KPMG intalbet biex tissuġġerixxi titjib fil-pricing mechanism. Dan l-istudju tlesta fl-aħħar ta' Marzu 2012. Din il-kumpanija ta’ Awdituri kient kommissjonata permezz ta’ direct order u l-spiża kienet ta’ Euro 6000 (excl VAT). Peress li din il-kumpanija tqabbdet biex tivverifika l-ispejjez marbuta mal-pricing mechanism applikabbli, il-prezz massimu tac-ċilindri tal-gass ta' Marzu ma nħadimx sakemm tlesta r-rapport. Ma kien hemm l-ebda direttiva involuta. Ninforma wkoll lill-Onorevoli Interpellant li dan l-eżerċizzju huwa wieħed ta’ natura regolari li jsir kull sena biex l-Awtorita' tiżgura illi dawn l-ispejjeż huma raġonevoli. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument li juri tabella tal-prezzijiet taċ-ċilindri tad-daqsijiet differenti tal-gass mis-sena 2008 sal-lum xahar b'xahar li bihom inbiegħu lill-konsumatur.

Landra — promozzjoni għal Malta

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 33083 u jgħid kemm ġiet tiswa l-kampanja għall-promozzjoni ta' Malta f'Harrod's ġewwa Londra? Mil-liema budget se toħroġ in-nefqa? Xi stħarriġ sar biex jiġi żgurat li dawn huma flus minfuqa tajjeb għax biha qed nolqtu lit-turisti li potenzjalment nistgħu ninteressawhom f'Malta?

Response (MARCO, MARIO DE)

L-ideja li Malta tiġi reklamata permezz ta’ Harrods ġewwa Londra bdiet mill-Kummissarju Għoli ta’ Malta fl-Ingilterra u kienet tinvolvi tlett entitajiet, li waħda minnhom kienet l-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu flimkien ma’ numru ta’ kumpaniji lokali. Il-ħanut ta’ Harrods li ilu mwaqqaf mill-1834, għandu reputazzjoni u storja kbira u hu assoċjat mal-bejgħ ta’ oġġetti ta’ kwalita’ għolja u ta’ lussu. L-istabbiliment li jinstab fil-qalba ta’ Londra hu mifrux fuq ħamest itmiem u hu stmat li 42,000 ruħ iżuru l-ħanut kuljum. Il-promozzjoni kienet tinkludi, ritratti kbar tal-aspetti ta’ Malta u Għawdex fuq il-vetrini kollha mifruxin fuq tlett toroq kif ukoll esibizzjoni ta’ arti Maltija mifruxa ma’ l-istabbiliment. Numru ta’ paġni tar-rivista ta’ Harrods kienu dedikati lil Malta. Ta’ minn igħid ukoll illi barra minn hekk il-gwida ta’ l-istabbiliment kien ukoll dedikat lil Malta. Il-karozzi tal-linja ta’ Harrods kellhom ritratti ta’ Malta u kien hemm stampi u artikli fuq Malta fuq is-sit elettroniku ta’ Harrods. Inoltre matul iż-żmien tal-promozzjoni kull min jixtri oġġett minn Harrods fuq l-irċevuta hemm riklam ta’ Għawdex fuq wara tagħha. L-MTA ikkontribwit 68,140 sterlina lejn din l- inizjattiva. Dawn il-flus ġew allokati mill- budget tal- PR ġewwa l-Ingilterra.
Leg 11 PQ #36813 Sitting 506 2012-10-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili u s-Settur Pubbliku — Contract of Service

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 33096 u li hu responsabbli mis-Servizz Ċivili u s-Settur Pubbliku jgħid min huma l-individwi li għandhom Contract of Service, xi grad għandhom u meta beda kull Contract of Service imsemmi? Meta jagħlaq u x'pagi, salarji, benefiċċji u perkaċċi għandhom rispettivament l-individwi indikati għal kull ministeru, dipartiment, korporazzjoni, kumpanija governattiva u l-entitajiet pubbliċi kollha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Kull impjegat mal-gvern jew entità governattiva jingħata contract of service. Ma nistax nifhem għalfejn l-Onorevoli Interpellant jixtieq id-dettalji fuq id-disgħa u għoxrin elf, mija u tmienja u erbgħin (29,148) li jaħdmu mal-gvern u ħdax-il elf, seba’ mija u ħamsa u sittin (11,765) li jaħdmu mal-entitajiet pubbliċi. Infakkar ukoll li sabiex tinġabar din l-informazzjoni hemm bżonn li jiġi ddedikat ammont ta’ ħin li nemmnu jista’ jiġi utilizzat b’mod ħafna aktar produttiv.

Rapport Regolatorju tal-MFSA — BOV LA Vallette Multi Manager Property Fund

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsia parlamentari 35699 u cioè: B’referenza għar-Rapport Regolatorju tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzajrji ta’ Malta dwar misselling mill-Bank of Valletta in kwantu għal La Vallette Multi Manager Property Fund, jista’ l-Ministru javza lill-Kamra għaliex l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta: a) wara li diġa fit-23 ta’ Awwissu 2011 kienet stqarret f’Media Release tagħhom li “ it has arrived at its conclusions on this matter ”; b) wara li fit-3 ta’ Novembru 2011 f’Media Release oħra, l-istess Awtorità stqarret li “ the investigations on misselling of the Fund to inexperienced investors it also at an advanced stage and the MFSA shall be communication its final position on this matter to Bank of Valletta by the end of the year ” bla spjegazzjoni u bl-ebda sens ta’ kontabilità bħala awtorità pubblika, għadha tkarkar saqajha u ttawal biex wara dawn ix-xhur kollha r-Rapport għadu ma ħariġtx waqt li l-investituri mġarrba jkomplu jbatu emozzjonalment u materjalment?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Rapport Regolatorju tal-MFSA — Investment protection lill-min kellu La Vallette Multi Manager Property Fund

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet 35700 u cioè: B’referenza għar-Rapport Regolatorju tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzajrji ta’ Malta dwar misselling mill-Bank of Valletta in kwantu għal La Vallette Multi Manager Property Fund, jaf il-Ministru li statutorjament l-Awtorità twaqqfet bl-iskop, espressament msemmi taħt Artiklu 4 – Funzjonijiet tal-Awtorità - li tipprovdi investment protection liċ-ċittadini ta’ dan il-pajjiż u li tissodifa l-aspettativi leġittimi ta’ konsumaturi ta’ servizzi finanzjarji, iżda minflok qiegħda taqdi dan id-dmir, qiegħda minflok, għaliex trid jew inkella għaliex toqgħod għall-pressjonijiet esterni, sservi ta’ tarka minn deċiżjonijiet oħra kontra l-istess Bank of Valletta u l-kapijiet protetti tiegħu wara li dawn diġà instabu mill-istess MFSA ħatja ta’ nuqqasijiet l-aktar serji f’Ġunju 2011 u Jannar 2012 dwar it-tmexxija tal-La Valette Multi Manager Property Fund u bejgħ ta’ prodotti preferred perpetual bħal ta’ Lehman u oħrajn?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Awtorità tad-Djar — talba għal skema

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn waslet t-talba li għamlet il-persuna li d-dettalji tagħha qed jitbagħtu separatament, quddiem l-Awtorità tad-Djar sabiex jibbenefika minn waħda mill-iskemi tal-istess awtorità?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni tal-persuna msemmija qed tigi pprocessata. Fil-granet li gejjin l-Awtorita’ tad-Djar ser tibghat Occupational Therapist u ufficjal tekniku sabiex isir rapport dwar il-bzonnijiet tal-persuna msemmija fir-residenza taghha.
Leg 11 PQ #36830 Sitting 506 2012-10-09 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO PRECA To: Ministeru tal-Intern

għases b'nuqqas ta' staff

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex l-Għassa ta' Raħal Ġdid, it-Tlieta, 25 ta' Settembru 2012 filgħodu [bejn is-6.30 am u d-9.00 am] kienet b'surġent u b'telephone orderly, għaliex ix-xufier tad-distrett ikun fil-pjazza jmexxi t-traffic mis-6.30 am - 8.00 am u bejn it-8.00 am u d-9.00 am jmur jagħmel duties mat-tfal tal-iskola? Jista' jgħid għaliex l-Għassa tal-Fgura, it-Tlieta, 25 ta' Settembru 2012 filgħodu (bejn is-6.30 am u d-9.00 am) kienet b'telephone orderly biss, peress li x-xufier kien qiegħed imexxi t-traffiku? Għaliex l-Għassa ta' Ħal Tarxien, it-Tlieta, 25 ta' Settembru 2012 filgħodu kienet magħluqa bejn is-6.30 am u d-9:00 am.?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi, kif ġie spjegat kemm il-darba fi Tweġibiet għall-Mistoqijiet Paralmenti dwar l-ftuħ ta’ l-Għases tal-Pulizija, l-Korp tal-Pulizija jagħmel kull mezz sabiex l-Għases kollha jinżammu miftuħa, sakemm l-eżiġenzi tas-servizz ma jkunux jirrikjedu lill-pulizija li jkun għassa joħroġ fuq xi doveri oħra barra mill-Għassa. Nahseb li kulħadd jaqbel illi kemm it-tmexxija tat-traffiku fil-ħinijiet indikati fil-Mistoqsija, li huma ħinijiet tar-rush hour kif ukoll it-tħaris tar-regolamenti tat-traffiku viċin l-iskejjel, huwa xogħol importanti għall kommunità in ġenerali u ma hemm xejn ħażin li membri tal-Korp li jkunu xogħol fid-diversi Għasses joħorġu jagħmlu dan ix-xogħol.
Leg 11 PQ #36831 Sitting 506 2012-10-09 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Intern

Proġett ta' żvilupp fl-inħawi ta' Marsamxetto fil-Belt Valletta

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti d-dettalji ta x'se jsir u x'inhu l-proġett ta żvilupp fl-inħawi ta' Marsamxetto fil-Belt Valletta inkluż il-banjijiet? Jidirlux li dan l-proġett se jaffetwa ħażin in-nies tal-inħawi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob l-Onorevoli Interpellant jindika eżattament għal-liema proġett qed jirreferi.
Leg 11 PQ #36833 Sitting 506 2012-10-09 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

informazzjoni dwar academic staff

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew impjegati academic staff minn 2005 sa 2012? Minn dawn li ġew impjegati kemm minnhom għandhom PhD u f'liema grad (senior, lecturer, assistant lecturer, visiting, part-time) daħlu? Minn dawn li ġew impjegati kemm minnhom għandhom Masters Degree u/jew First Degree u f'liema grad daħlu? Minn dawk li daħlu mingħajr PhD kemm minnhom attwalment bdew id-dottorat u f'liema sena bdew vis-à-vis f'liema sena ġew impjegati? Minn dawk li daħlu mingħajr PhD kemm minnhom lestew id-dottorat? Minn dawk li daħlu mingħajr PhD kemm minnhom għadhom ma bdewx id-dottorat? Minn dawk li daħlu mingħajr PhD kemm minnhom applikaw għal scholarship intern mill-Università? Kemm minnhom ingħataw il-fondi? Kemm minnhom ġew rifjutati? Tista' l-Ministru tagħti din l-informazzjoni mingħajr il-ħtieġa ta' tismija ta' ismijiet f'dan il-format; sena b' sena, grad (senior lecturer, lecturer, assistant lecturer, visiting lcturer u part-time lecturer), dipartiment jew istitut u status (full-time, part-time, visiting)?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Air Malta — GSA

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-persuna li d-dettalji taghha qed jintbagħtu separatament huwa l-GSA tal-Air Malta ghall-pajjiz li d-dettalji qegħdin jintbagħtu separatament? Jista' jgħid jekk l-Air Malta tafx li din il-persuna qieghħa taffaċċja proċeduri legali fl-Israel għall-konkorrenza kummerċjali zleali?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli interpellat li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

entitajiet li ġew privatizzati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm entitajiet ġew privatizzati mill-1999 sa Diċembru 2011? Liema huma? Kemm kienu jħaddmu nies magħhom kull waħda minnhom f’Malta u f’Għawdex separatament meta ġew privatizzati? Liema huma l-entitajiet privati li twaqqfu minflok l-entitajiet li ġew privatizzati? Kemm qed iħaddmu nies magħhom illum f’Malta u f’Għawdex separatament kull waħda minnhom l-entitajiet privati li twaqqfu minflok l-entitajiet li ġew privatizzati?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Vot Kapitali tal-Ministeru għal Għawdex — breakdown tar-returns

Question

B’referenza għat-tweġibiet mogħtija għal mistoqsijiet parlamentari 34508, 35620 u 36038, jista' l-Ministru jgħid għaliex qed jostor l-informazzjoni mitluba dwar il-fondi kapitali minfuqa mill-Ministeru għal Għawdex? Peress li r-rifjut kontinwu li tingħata l-informazzjoni mitluba jnissel dubji serji ta’ possibilità ta’ abbużi aktar u aktar meta l-Awditur Ġenerali sab ħafna irregularitajiet serji tal-Ministeru għal Għawdex fl-infiq ta’ flus il-poplu tant li t-Times of Malta qalet li l-istess Ministeru jieħu l-midalja tad-deheb għall-abbużi li jsiru minnu, jista’ l-Ministru jassigura lill-Kamra li ma kienx hemm abbużi f’din in-nefqa?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

proġett dwar il-bini ta' rmiġġ għall-cruiseliners

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 35744 li tikkonċerna il-proġett dwar il-bini ta’ rmiġġ għall-cruise liners fuq in-naħa ta’ barra tal-breakwater prinċipali fil-Port tal-Imġarr, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istimi l-qodma u tal-istimi l-ġodda msemmija fit-tweġiba msemmija?.

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Public Service Obligation għas-servizz tal-baħar bejn Malta u Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-aħħar kuntratt li sar dwar il-Public Service Obligation għas-servizz tal-baħar bejn Malta u Għawdex?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġibiet li tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nri. 32791 u 36221.
Leg 11 PQ #36850 Sitting 506 2012-10-09 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Master Plans tax-Xlendi u Marsalforn

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 36034, dwar il-master plans tax-Xlendi u Marsalforn, tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm flus ivvotati għal dawn il-proġetti għas-sena finanzjarja 2012? Tista’ tgħid kemm intefqu flus s’issa fuq dawn il-proġetti? Mil-liema item ta’ nefqa ntefqu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

M'għandi xejn xi nżid mar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 36034.

Organizazzjoni tal-5+5

Question

Jista' l-Ministru jgħid min qed jieħu ħsieb l-organisation tal 5+5 anki mill-aspett loġistiku? Jista' jikkonferma jekk huwiex involut b’xi mod il-persuna li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Jekk iva, dan għandu liċenzja ta' DMC u jekk iva meta nħarġet? Kien hemm sejħa għall-offerti u jekk iva meta nħarġet? Kemm se jkun d-dħul tiegħu minn dan l-assignment?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nistieden lill-Onorevoli Interpellant iressaq din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Onorevoli Prim Ministru.

Ministeru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura — kawżi fuq awtoritajiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34475 u jgħid kemm kellu kawżi fil-konfront ta' awtoritajiet u/jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?

Response (MARCO, MARIO DE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi kemm kellhom kawżi ġodda matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant, l-Awtorita' ta’ Malta għall-Ambjent u l-Ippjanar kif ukoll l-Awtorita’ tat-Turiżmu ta’ Malta. Tweġiba għall-din il-Mistoqsija kienet ingħatat ftit tax-xhur ilu f’Seduta numru 481.