Jista' l-Ministru jgħid fejn waslet l-applikazzjoni għal post alternattiv ta' single parent li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li fil-preżent qed tgħix fi flat li jinsab fil-ħames sular u għandha ukoll ċertifikati ta' mard?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata mitluba tirrikorri fit-taqsima tal-Customer Care fi ħdan l-Awtorità tad-Djar fil-ħinijiet tal-ftuħ sabiex tkun tista’ temenda l-applikazzjoni tagħha peress li jidher li hija m’ghadiex tirrisjedi fl-indirizz indikat fl-applikazzjoni taghha.
Jista' l-Ministru jgħid x'possibilità hemm li s-single parent li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament tieħu post tal-gvern?
Response (SAID, CHRIS)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni tal-applikanta in kwestjoni ġiet ipproċessata mall–applikazzjonijiet l-oħra għall-akkomodazzjoni alternattiva. L-applikazzjoni se tingħata l-attenzjoni meħtieġa flimkien mal-applikazzjonijiet tal-istess kategorija.
Ittra lill-Malta Police Association rigward overtime tal-pulizija
Question
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja uffiċjali tal-ittra mibgħuta mill-Uffiċċju tiegħu mill-assistent personali tiegħu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament lill-Malta Police Association, rigward il-ħlas mitlub mill-pulizija għall-overtime skont il-ftehim tal-1993?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jidhirli li l-korrispondenza mitluba għandha tiġi ppubblikata mill-assoċjazzjoni, jekk hi jidrilha li għandha tagħmel hekk.
Jista' l-Prim Ministru jinforma lil din il-Kamra:
a) meta kienet l-aħħar data li fiha l-pulizija ġabret
derelict vehicles
;
b) meta hu mistenni li jerġa' jibda dan is-servizz; u
ċ) kemm-il vettura qegħdin jinżammu fil-preżent ġewwa Ta' Kandja u ġewwa l-compound ta' Saint Andrews?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi l-aħħar darba li l-pulizija ġabret vettura abbandunata kien nhar is-26 ta’ Settembru 2012. Għandu jingħad illi dan is-servizz qatt ma waqaf u qed isir bil-kollaborazzjoni mal-Kunsilli Lokali, li skont ir-regolamenti dwar l-Ikklampjar u t-Tneħħija ta’ Vetturi bil-Mutur u Oġġetti ta’ Ingombru, huma wkoll awtorizzati li jneħħu dawn il-vetturi. Infurmat ukoll illi fil-preżent hemm 350 vettura miżmuma ġewwa Ta’ Kandja u 421 fil-compound ta’ St Andrews.
Jista' l-Ministru jelenka liema huma l-uffiċni/sezzjonijiet li hemm fil-Korp tal-Pulizija?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, organogramma tal-Korp tal-Pulizija li tispjega fid-dettal ta' kif hu mqassam il-Korp tal-Pulizija fid-diversi taqsimiet tiegħu.
Jista' l-Ministru jgħid u jagħti rendikont tal-ħidma tal-Kummissjoni Nazzjonali tal-Familja minn meta reggħet twaqfet s'issa?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Kummissjoni Nazzjonali Familja giet imwaqqfa fi Frar 2012. Mill-ewwel laqgha taghha li saret f’Marzu 2012, il-Kummissjoni ltaqghet 9 darbiet. Dawn jinkludu laqghat regolari tal-Kummissjoni, kif ukoll laqghat mal-Ministru tal-Gustizzja, d-Djalogu Socjali u l-Familja.
Il-Kummissjoni, fir-rwol taghha bhala organu konsultattiv tal-Ministru tal-Gustizzja, d-Djalogu Socjali u l-Familja, giet moghtija r-responsabilta li terga thares lejn l-abbozz tal-politika (draft policy) dwar il-familja, li l-Kummissjoni precedenti kienet hadmet fuqu sal-2009. Il-Kummissjoni ltaqghet biex tiddiskuti dan l-abbozz tal-politika (draft policy) u biex taggornah fid-dawl ta’ legislazzjonijiet godda fuq livell nazzjonali u Ewropew, u realtajiet godda li jaffettwaw il-familja. Il-Kummissjoni iddiskutiet fit-tul jekk u kif ghandha tigi definita l-familja. Il-Kummissjoni pprezentat ix-xoghol taghha u abbozz ta’ definizzjoni tal-familja lill-Ministru.
Il-Kummissjoni wkoll pprezentat lill-Ministru, il-‘feedback’ taghha dwar l-Abbozz tal-Politika Nazzjonali dwar it-Tfal, u dwar l-Abbozz ta’ liġi imsejjaħ Att biex jipprovdi għar-regolamentazzjoni tal-koabitazzjoni, 2012. Il-Kummissjoni kellha wkoll diskussjonijiet mal-Ministru dwar il-prattici ta’ sentenzjar fil-qrati fi kwistjonijiet li ghandhom x’jaqsmu mal-familji.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru talbiet għall-adozzjoni f'dawn l-aħħar sentejn? Jista' jgħid jekk kienx hemm xi talbiet minn foster carers għal tfal li kienu jiffosterjaw?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-process tal-adozzjoni jinbeda meta ssir applikazzjoni ma' aġenzija akkreditata u jigi ikkonfermat wara li l-Qorti tapprova l-adozzjoni. L-aġenzija APPOĠĠ kellha:
2011:
9 applikazzjonijiet ta’ persuna wehidhom
52 applikazzjoni ta’ koppji
Total ta` 61 applikazzjoni
2012 (sa Settembru):
7 applikazzjonijiet ta’ persuna wehidhom
40 applikazzjoni at’ koppji
Total ta` 47 applikazzjoni
Dawn huma figuri ta` l-Agenzija APPOGG u ma jinkludux figuri ta` applikazzjonijiet li saru ma` Agenziji privati li gew akkreditati matul din is-sena
l-Agenzija APPOGG irceviet 15 il-applikazzjoni minn
foster carers
sabiex jadottaw lit-tfal li qed jiffosterjaw. Numru ta`
foster carers
ohra esprimew ix-xewqa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm tfal li ġew dikkjarati free for adoption f'din l-aħħar sena u kemm minnhom fil-fatt ġew addottati?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kif inhi il-ligi fil-prezent, il process li bih it-tfal jiġu meħlusa għall-addozzjoni u dak li bihom jiġu addottati ma jistgħux jiġu separati. Għalhekk it-tfal jiġu kkunsidrati meħlusa għall-addozzjoni meta jiġi konkluz il-process legali tal-addozzjoni. F’din l-aħħar sena ma kien hemm ħadd li gie addottat permezz ta’ dan il-process, izda fil-prezent hemm tlett kazijiet il-Qorti u sebgha ohra li qed jigu evalwati mill-Agenzija APPOGG biex jinbeda l-process.
Għawdex — Skola Ninu Cremona - għalliem tal-matematika
Question
Peress li l-istudenti tal-Form 4 grupp 4 tal-iskola tas-subien Ninu Cremona f'Għawdex m'għandhomx għalliem tal-matematika, tista' l-Ministru tara kif din is-sitwazzjoni tiġi riżolta?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-istudenti tal-Form 4 grupp 4 fil-Kulleġġ t’Għawdex, Skola Sekondarja Subien, Rabat għandhom għalliema tal-matematika, iżda din kienet assenti għal xi ġranet minħabba mard.
kumpanija — tender għall-esportazzjoni ta' fly ash
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema kumpanija rebħet it-tender sabiex tesports l-flyash tal-inċineratur tal-Marsa? B'liema kundizzjonijiet ħaditu u fejn qed jiġi esportat? F'liema volumi?
Response (MARCO, MARIO DE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ewwel parti tal-mistoqsija, jiġifieri "liema kumpanija rebħet it-tender sabiex tesporta l-flyash tal-inċineratur tal-Marsa?" u "b'liema kundizzjonijiet ħaditu?" trid tiġi indirizata lill-Ministru tar-Riżorsi u l-Affarjiet Rurali, minħabba li t-tender inħareġ u ġie mogħti mill-Wasteserv.
Rigward id-destinazzjoni tal-
flyash
, skont il-permessi maħruġa mill-MEPA għall-esportazjoni skont ir-regolamenti relevanti, dan intbagħat Spanja. L-ammonti ddikjarti lill-MEPA minn Mejju ta l-2012, d-data ta' meta ġie maħruġ il-permess, sal-lum huma ekwivalenti għal madwar mija disgħa u sittin tunellata.
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnhu li l-Awtorità tad-Djar ta post ikkundanat lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-panel li jalloka l-postijiet jaghmel dan skont il-ħtieġa tal-bzonnijiet tal-applikant. Wara l-allokazzjoni ssir spezzjoni mill-perit tal-Awtorita’ tad- Djar sabiex jiġu ddentifikati x-xogħlijiet li hemm bzonn fil-fond u l-persuna tiġi mogħtija għotja ssusidjata biex tkun tista’ tirranġa l-post. Irrizulta wara l-allokazzjoni illi s-saqaf kellu bzonn jinbidel u ninsabu fil-process li johrog it-tender sabiex ikun jista' jsir dan ix-xoghol. Il-persuna tinghata c-cavetta tal-post u tiffirma l-ftehim wara li jsir ix-xoghol.
Kunsilli lokali tat-12-il distrett elettorali — sejħiet għall-works managers
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema mill-kunsilli lokali tat-12-il distrett elettorali ħarġu sejħiet għall-impjieg ta' works manager bejn l-1 ta' April 2012 u t-30 ta' Settembru 2012? Xi kwalifiki speċifiċi kienu mitluba minn dawk li setgħu jikkwalifikaw għal dan ix-xogħol?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li mill-Kunsilli Lokali tat-12-il distrett elettorali l-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar biss ħareġ sejħa għall-impjieg ta’ works manager skont kif indikat mill-Onorevoli Interpellant. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dettalji mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, qed tirċievi l-ammont li qed tirċievi bħala għajnuna supplimentari?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna indikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Jista' l-Ministru jara jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għandhiex bolol nieqsa li allura imbagħad jaffettwaw il-pensjoni tagħha?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna indikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Jista' l-Ministru jara li ssir reviżjoni tal-pensjoni tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, u dan peress li meta nħadmet ma nħadmitx fuq il-grad proprija li kellha?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna indikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Jista' l-Ministru jara li ssir reviżjoni tal-pensjoni tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, u dan peress li l-azjenda li kienet taħdem fiha m'għadhiex teżisti?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna indikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Għargħur — Triq Santa Katarina - spiera tad-drenaġġ
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36358 u jara x'jista' jsir peress li fi Triq Santa Katarina, Għargħur allegatament il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma mhux dejjem jieħdu ħsieb ibattlu l-ispiera tad-drenaġġ bil-konsegwenza li meta tfur, id-drenaġġ joħroġ fit-triq u kull meta l-kunsill jinduna li qed isir hekk, ninsab nfurmat li jgħarrfukhom dwar dan sabiex tibagħtu l-bowser? Hemm xi pjanijiet biex l-ispiera titqabbad mal-main tad-drenaġġ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-directors fees u kull financial package ieħor u benefiċċju taċ-chairman, diretturi, CEO u senior officials kollha tal-WasteServ kariga b’kariga mingħajr ma jissemmew ismijiet?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari 25309 rigward iċ-Chairman, Diretturi, u CEO, ninfurmah li l-kundizzjonijiet u benefiċji ma nbidlux.
Ninformha wkoll li rigward l-informazzjoni mitluba dwar ‘senior officials’qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bl-informazzjoni relattiva mitluba.