Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sptar Mater Dei — nefqa fuq manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hija n-nefqa tal-manutenzjoni li jonfoq id-Dipartiment tas-Saħħa fl-Isptar Mater Dei kull xahar, u allura kemm nefaq f'manutenzjoni matul ix-xhur ta' Jannar u Awwissu xahar b'xahar?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, tweġiba tinghata f’xi seduta oħra.

Dipartiment tas-Saħħa — waiting list

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif mar l-eżerċizzju tal-organizzazzjoni tal-waiting list li kienet qed issir fid-Dipartiment tas-Saħħa? Kemm fil-fatt kien hemm pazjenti li kienu fuq iktar minn lista ta' stennija waħda u allura jista' jgħid kemm huma l-pazjenti li issa qegħdin jistennew fuq il-listi ta' stennija li għadhom kif ġew organizzati?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, tweġiba tinghata f’xi seduta oħra.

Transport Malta — upgrade fil-qasam maniġerjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il upgrade ingħatat fil-qasam maniġerjali mis-sena 2010 sal-lum f'Transport Malta u x’wassal sabiex jingħataw dawn l-upgrades? Jista' jipprovdi l-lista ta’ dawn il-persuni flimkien mad-dipartiment u ż-żieda li ġew mogħtija fis-salarji tagħhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Transport Malta — bini b'titolu ta' kera

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' bini li Transport Malta żżomm b’titolu ta' kera? Jista' jindika liema huma dawn il-binjiet u min huma s-sidien tagħhom? Jista' jgħid kemm qed tkun in-nefqa f’kiri għal dawn il-binjiet fis-sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Transport Malta — xogħol mogħti

Question

Jista' l-Ministru jindika speċifikament u jsemmi x-xogħlijiet kollha li ġew mogħtija minn Transport Malta bħala sub-contracting mill-2010 sal-lum u fiex kienu jikkonsistu? Jista' jgħid min kienu l-kuntratturi flimkien mal-ħlasijiet involuti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Transport Malta ma tagħmilx kuntratti ma' sub-contractors.

Transport Malta — xogħlijiet tal-ispeed bumps

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu dawk il-kuntratturi li ngħataw u esegwixxew xogħlijiet tal-ispeed bumps mingħand Transport Malta mill-2010 sal-lum? Jista' jsemmi l-postijiet ta' fejn ġew stallati l-ispeed bumps? Jista' jgħid jekk kienx hemm direct order fuq dawn ix-xogħlijiet u jekk fl-affermattiv, lil min ingħataw?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Transport Malta ma żżommx informazzjoni speċifika fuq speed bumps minħabba li din l-informazzjoni tinżamm ma statistika ta' xogħlijiet oħra.

implimentation senior manager

Question

Jista' l-Ministru jgħid min hi dik il-persuna li qed tokkupa l-kariga ta' implimentation senior manager? Jista' jgħid jekk inħarġitx call for application għal dan it-titlu? Jista' jgħid kemm ilha fis-seħħ din il-kariga?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jindika għall-liema enti qed jirreferi.

Transport Malta — Omas Pass

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk mhux minnu li Transport Malta bagħtet uffiċċjali minn tagħha jagħmlu course sabiex jingħataw l-Omas Pass? Jista' jagħti spjegazzjoni dettaljata dwar dan il-pass u għaliex se jintuża? Jista' jsemmi lil min ġie provdut dan il-course u lil min ingħata dan il-pass imsemmi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li hemm uffiċċjali fil- Head Office ta’ Transport Malta (Marsa) li d-doveri tagħhom jirrikjedu illi huma jmorru fuq bażi regolari fid-Direttorat tal-Avjazzjoni Ċivili li jinsab ġewwa l-konfini tal-ajruport. Għal dan il-għan dawn l-uffiċċjali inħarġilhom Airport Security Pass permanenti mill-Office of the Manager Airport Security (OMAS) Sabiex seta' jinħarġilhom dan il- pass, dawn l-uffiċċjali kellhom jattendu kors rigward General Security Awareness Training (GSAT) . Rigward it-talba tal-Onor. Interpellant għall-ismijiet tad-detenturi tal-OMAS Pass, nitlob lill-Onor. Interpellant itini raġunijiet għalfejn irid ikun jafhom peress illi hemm aspetti ta' sigurta' li jridu jiġi kunsidrati.

proġett ta' Bieb il-Belt — xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-persentaġġ ta' xogħol li hu kkalkulat li tlesta sal-lum fil-proġett ta' Bieb il-Belt inkluż il-Parlament il-Ġdid u tat-Teartu bla saqaf? Meta hu ppjanat li jitlesta x-xogħol kollu?

Response (GATT, AUSTIN)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija din: Bini tal-Parlament il-Ġdid 58% completed Teatru u l-Pjazza 60% completed Proġett ta' Bieb il-Belt 35% completed Ix-xogħol huwa ppjanat li jitlesta kollu għal Lulju 2013, dejjem jekk ma' jinqala' xejn imprevist.

sptarijiet u fid-djar tal-anzjani — kuntratturi il jipprovu carers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn kuntratturi li jipprovdu carers fl-isptarijiet u fid-djar tal-anzjani? Liema huma dawn il-kumpaniji u kemm tipprovdi impjegati kull kumpanija?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li hemm kuntrattur wiehed li jipprovdi servizz ta Care Workers. Il-kumpanija hija Support Services Ltd li tipprovdi servizz kemm fl-isptarijiet, kif wkoll fid-djar tal-anzjani. Din il-kumpanija tipprovdi komplessivament 826 carer lid-Dipartiment tas-Saħħa.
Leg 11 PQ #36589 Sitting 506 2012-10-09 Oral · Interim From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

użu tat-tieni karozza ministerjali — car allowance

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid għal kemm tammonta l-car allowance li jingħata kull xahar il-Ministru li jagħżel li ma jagħmilx użu mit-tieni karozza ministerjali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ingaġġ ta' paramediċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala fl-applikazzjonijiet li qegħdin jinħarġu għall-ingaġġ ta' ċertu paramediċi qiegħed jingħad li l-applikanti jridu jkunu jaħdmu l-isptar u mhuwiex meħtieġ li jkun SRN? Ma jidhirlux li din it-tip ta' kundizzjoni tista' tfisser li anke ħaddiema barranin (mhux mill-Unjoni Ewropea) jistgħu japplikaw għal dawn il-pożizzjonijiet?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li s-sejħiet għall-postijiet paramediċi jinħarġu skont id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Kollettiv relevanti. Mhuwiex mifhum kif qed jiġi ddikjarat li dawn is-sejħiet għandhom jispeċifikaw li persuna tkun State Registered Nurse meta dawn jappartjenu għal klassi totalment differenti.

"Naturlament Malti"

Question

Jista' l-Ministru jgħid min qiegħed imexxi l-azjenda "Naturalment Malti"?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant li “Naturalment Malti” mhix azjenda kif qiegħed jirreferi l-Onorevoli Interpellant. “Naturalment Malti” hija brand li l-Ministeru risponsabbli mill-Agrikultura ilu juża għal dawn l-aħħar snin sabiex ikun hemm aktar għarfien dwar il-prodott agrikolu lokali. F’dawn l-aħħar tliet snin saru diversi attivitajiet taħt din il-kampanja biex jippromovu il-prodott agrikolu Malti. Fost dawn l-attivitajiet, matul is-sena ġew organizzati diversi festi bħal dak tat-Tonn, Tal-Lampuki, Tal-Majjal u ħafna oħra. Dawn issiru bil-partiċipazzjoni ta’ ‘stake holders’ involuti. Din-kampanja qed titmexxa mid-Dipartiment għall-Iżvilupp Rurali u Akkwakultura taħt id-diriġenza tad-Direttur Ġenerali, Dr Mario Spiteri. F’Lulju li għadda ġie mniedi wkoll standard li ser iwassal biex prodotti agrikoli lokali ta’ kwalità jkunu jistgħu jiġu mmarkati b’din it-tikketta li ser tagħti garanzija lill-konsumatur li l-imsemmija prodotti huma lokali u ta’ kwalità għolja. Din tista’ tinkiseb biss wara li jiġi segwit protokoll li kien pubblikat mill-Awtorità Maltija għall-Istandards u l-Kompetizzjoni Ġusta u imfassal flimkien mal-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali.

Kumpanija Arriva — Sussidju

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-ammont ta' sussidju li ngħatat il-kumpanija Arriva matul l-ewwel 12-il xahar li operat is-servizz ta' trasport pubbliku?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għall-provedimenti rilevanti fil-kuntratt bejn Transport Malta u Arriva Malta li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra f'Ottubru 2011.

skejjel speċjali — servizzi

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'servizzi jingħataw f'kull skola speċjali li għandna f'Malta u f'Għawdex? Tista' in oltre tikkonferma jekk mis-sena l-oħra 'l hawn tnaqqsux xi servizzi? Jekk fl-affermattiv, tista' tgħid x'inhuma u tagħti r-raġuni għaliex?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Nikkonferma li l-ebda servizz ma ġie mnaqqas.
Leg 11 PQ #36660 Sitting 506 2012-10-09 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru tal-Intern

Avviż minħabba gallarija perikoluża

Question

Jista' l-Prim Ministru jieħu l-passi neċessarji biex l-għassa ta' Bormla ma tħalli lil ħadd jgħaddi minn taħt il-gallarija tal-fond tal-gvern li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li huwa perikoluż?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi l-pulizija ma kellha ebda rapport dwar il-periklu imsemmi mill-Onorevoli Interpellant. Mandankollu l-pulizija se tieħu l-passi kollha skont il-liġi sabiex dan il-periklu jitneħħa.

Learning support assistant

Question

Tista' l-Ministru tara li l-istudent li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament jingħata learning support assistant peress li skont l-istatementing board dan it-tifel għandu bżonn tal-għajnuna?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-istudent li d-dettalji tiegħu ntbagħtu separatament ingħata l-għajnuna ta’ learning support assistant skont kif ordnat l-Istatementing Board.

Applikazzjoni għall-post alternattiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni għall-post alternattiv tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li tgħix ma' tmien persuni oħra f'post tal-gvern?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni tal-applikanta in kwestjoni ġiet ipproċessata mal-applikazzjonijiet l-oħra għall-akkomodazzjoni alternattiva fis-25 ta’ Settembruu, 2012 u l-ispezzjoni se ssir fil-futur qarib.