Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36989 u jgħid x’inhu l-pakkett finanzjarju inkluż il-benefiċċji supplimentri li qed jingħataw liċ-Chairman u lis-CEO ta’ kull dekasteru? Jista' jindika wkoll x’kien l-pakkett finanzjarju inkluż il-benefiiċċji supplimentari li kienu jingħataw liċ-Chairman’s u lis-CEO’s preċedent? Jista' jikkonferma jekk ingħatawx xi flus jew benefiċċji oħra liċ-Chairmen u lis-CEO’s preċedent b’relevanza tar-riżenja tagħhom? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jagħti dettalji tal-benefiċċji/flus li ngħataw filwaqt li jindika jekk ir-riżenja kenitx b’mod volontarju u mingħajr pressjoni politika/ministerjali?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.38150.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36990 u jagħti lista tas-safar kollu li saru fid-dekasteru tiegħu u l-entitajiet li jaqgħu taħtu mis-sena 2009 sal-lum? Għal kull safra, jista' jgħid min kienet il-persuna/i li pparteċipaw, il-pożizzjoni tal-persuna, dekasteru/dipartiment, l-iskop, destinazzjoni, kemm ħadu allowance kull persuna, spejjeż oħra relatati mal-vjaġġ, jekk il-vjaġġ hux relatat ma' working group/training/project meeting relatat mal-Unjoni Ewropea, u jekk il-lukanda kenitx mħallsa minn qabel? Jista' jgħid jekk kienx hemm breakfast imħallas minn qabel u jekk kienx hemm lunch/dinner mħallas minn qabel, jekk hux re-imbursed mil-Unjoni Ewropea filwaqt li jindika wkoll kemm damet is-safra? Jista' l-Ministru jagħti lista għal kull individwu li siefer fuq xogħol uffiċjali? Jista' jindika t-total ta’ allowance li ħa flimkien wkoll it-total ta’ ġranet li kien fuq safar? Jista' jagħti din l-informazzjoni għal kull sena, mis-sena 2009 sal-lum?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienu l-boroz ta' studju li ngħataw fil-qasam sportiv fl-2012 bil-għan li dawk li jippromettu u jifilħu jkomplu jinvestu fil-ħiliet sportivi tagħhom anke barra minn pajjiżna u x'kienet l-ispiża?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fl-2012 ingħataw erbatax-il borża ta’ studju fl-isport u oqsma relatati miegħu. L-ispiża ta’ dawn il-boroż ta’ studju qed tiġi ffinanzjata permezz ta’ fond maħluq apposta, liema fond ilaħħaq €100,000.
Taħriġ u kompetizzjonijiet ma' vetturi li jipparteċipaw fil-hill climbs
Question
Tista' l-Ministru tgħid fiex wasal l-iżvilupp ta' korsa adegwata għat-taħriġ u kompetizzjonijiet marbuta mal-karting, mini motos, quadbikes, motards, scooters u kif ukoll tuning ta' vetturi li jipparteċipaw fil-hill climbs? Tista' tgħid x'kienet l-ispiża?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 34175. Inżid li minn dakinhar il-MEPA approvat l-iżvilupp ta’ trakk għall-karting fuq l-art amministrata mill-Island Karting Club.
Jista' l-Ministru jgħid kemm matul l-2012 inġabru flus mill-ħlas ta' liċenzja tat-televiżjoni għas-sena 2012 stess?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-ħlas tal-liċenzji tat-televiżjoni kien isir bis-sena ‘l quddiem u l-aħħar kontijiet li ntbagħtu kienu fis-sena 2011. Il-ħlasijiet li saru minn Jannar sa l-aħħar ta’ Ottubru 2012, li laħqu Ewro551,053, jinkludu arretrati tas-snin ta’ qabel.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-batterija tal-Mistra taqax taħt ir-responsabilità tal-Heritage Malta? Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li din tiġi restawrata u preservata kif jixraq?
Response (MARCO, MARIO DE)
Ninforma lill-Onor Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid jekk u meta l-iskola sekondarja ta' Santa Luċija se jkollha sala u gym tagħha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fl-iskola sekondarja ta’ Santa Luċia għandu jkun hemm faċilita’ li sservi bħala multi-purpose hall. Dan ix-xogħol hu meqjus bħala priorità iżda data għax-xogħol għadha ma ġietx stabbilita.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex xogħlijiet fi Triq is-Simar, Xemxija, twaqqfu u ma tkomplewx anke jekk kien imwiegħed li l-imsemmija triq kellha titlesta bħalma tlestew toroq oħra taħt l-iskema Private Public Partnership, kif indikat f'Memo 45/2010?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari Nru. 36614. Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, nitolbu jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37796 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u l-Konsumatur u li issa ġiet riferuta lilu u jispjega x'jonqos isir biex it-trejqa li tinsab tmiss ma' blokk li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, tiġi rranġata sabiex dak li għandu titolu ta' kera mingħand il-gvern tal-garaxx li jagħti għal din it-trejqa jkun jista' jagħmel użu minn dan il-garaxx? Għaliex din it-trejqa baqgħet ma qatt ġiet irranġata minkejja l-lamenteli ta' dan il-kerrej u saħansitra domandi parlamentari? Jagħmel sens li l-gvern jikri garaxx lil ċittadin li imbagħad ma jkunx jista' joħroġ minnu minħabba l-istat disastruż tat-trejqa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta mhix responsabbli ta’ din it-trejqa u biex għalhekk jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm Transport Malta irċeviet, xahar b'xahar, ilmenti mill-pubbliku minn mindu bdiet topera l-kumpanija Arriva (Malta) mill-bidu ta' Lulju 2011 sal-aħħar ta' Ottubru 2012?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista l-Ministru jgħid kemm-il darba Transport Malta imponiet multi fuq l-operat tal-kumpanija Arriva (Malta), xahar b'xahar, minn mindu bdiet taħdem f'Lulju 2011 sal-aħħar ta' Ottubru 2012? Kemm kienet tammonta l-multa għal kull każ u għal-liema raġuni ġiet imposta l-multa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il rapport ta' konformità ġew mgħoddija lill-kumpanijja Arriva (Malta) minn Transport Malta, xahar b'xahar, minn mindu bdiet topera sal-aħħar ta' Ottubru 2012? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dawn ir-rapporti ta' konformità?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'referenza għat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 37797, jista' l-Prim Ministru jgħid meta l-Kummissjoni Ewropeja kitbet lill-Gvern Malti sabiex titlob informazzjoni u kjarifiċi dwar il-kwistjoni tal-iskema ta' tariffi tal-kumpanija Arriva (Malta) u meta l-gvern bagħat it-tweġibiet tiegħu lill-Kummissjoni Ewropeja?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-iskambji bejn il-Kummissjoni Ewropeja u l-Gvern Malti fuq din il-kwistjoni għadhom għaddejjin.
stallazzjoni ta' solar panels u solar water heaters
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew istallati solar panels u solar water heaters mis-sena 2008 sal-lum f’residenzi privati, jiġiferi kemm dawk li nxtraw minn persuni li bbenefikaw minn grant kif ukoll dawk li nxtraw u ma applikawx biex jieħdu grant jew inkella stallaw sistema addizjonali għal dik is-sistema li bbenefikat minn grant?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li fil-perjodu ta’ bejn l-2008 u llum, ġew istallati 5,271 sistema ta’ pannelli fotovoltajici u 5,067 Solar Water Heaters. Rigward dawn is-sistemi fotovoltajici, in-numru jinkludi kemm sistemi li bbenefikaw minn grant kif ukoll sistemi oħra li saru fuq inizjattiva personali tal-individwi mingħajr ebda grant. Għal Solar Water Heaters, dan jinkludi biss sistemi li bbenefikaw minn grant. L-Awtorita’ ta’ Malta dwar ir-Riżorsi ma żżomx records ta’ Solar Water Heaters li ġew installati fuq inizjattiva tal-individwi.
Peress li Triq Gerxija fis-Sannat, Għawdex hija triq dejqa u għalhekk meta jkun hemm il-vetturi pparkjati ġieli jinqalgħu problemi ta' aċċess anke għall-garaxxijiet li jinsabu f'din l-istess triq, jista' l-Ministru jgħid jekk Transport Malta rċevitx ilmenti f'dan ir-rigward u jekk fl-affermattiv jista' jgħid x'azzjoni ttieħdet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ Sannat bagħat talba lil Transport Malta sabiex issir spezzjoni fuq il-post rigward l-aċċess għall-garaxxijiet. Madankollu, it-talba tal-Kunsill kellha informazzjoni nieqsa u l-Awtorita’ qed tistenna tali informazzjoni sabiex tkun f’pożizzjoni li tkompli tipproċessa din it-talba.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — pendenzi fil-pagamenti għal xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 38271 u 38087 u jgħid sal-lum kemm huma l-pendenzi tal-pagamenti f’ċifra ta’ flus globali li l-gvern u l-entitajiet, dekasteri, awtoritajiet eċċ. jridu jħallsu għal xogħlijiet li ġew approvati b’riżultat ta’ tenders u direct orders approvati uffiċjalment?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Enemalta — ċifra ta' flus għall-elettriku ġġenerat
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 38270, 38045, 37817 u 37644 u jgħid kemm hi ċ-ċifra tal-flus globali li l-Korporazzjoni Enemalta għandha tħallas illum bħala kumpens għall-elettriku ġġenerat permezz tas-sistemi fotovoltajici lill-familji li żviluppaw u bdew joperaw fid-djar privati u jew stabilimenti kummercjali? Jista’ jgħid meta fil-fatt se jitħallsu? Għaliex fil-fatt għadhom ma tħallsux?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Baħrija — Kontijiet tad-dawl u ilma li għadhom pendenti għal divesri xhur
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 38269 u 38080 u cioè: Billi l-kontijiet tad-dawl u l-ilma tar-resident tal-Baħrija waqgħu lura għal aktar minn tmien xhur milli jintbagħtu, jista’ l-Ministru jinforma x’qed jikkaża dan id-dewmin? Jista’ jinforma ukoll liema bliet u rħula f'Malta, li bħar-residenti tal-Baħrija, l-kontijiet waqgħu lura daqstant? Jista’ jinforma raħal b’raħal, belt b’belt, meta se jintbagħtu dawn il-kontijiet?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38290 u jgħid għaliex l-aħħar kont li ħareġ għar-residenti tal-Kunċizzjoni limiti tar-Rabat mill-Arms Ltd imur lura għas-17 ta' Jannar 2012 ? X' ikkawża dan id-dewmien u meta se jinħareġ il-kont lil dawn ir-residenti?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill- Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Ħaż-Żebbuġ — persuni li għandhom karta roża u s-safra
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38105 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni li għandhom il-karta roża f'Ħaż-Żebbuġ?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali m’għandhux l-istatistika kif mitluba mill-Onor. Interpellant. Iżda d-Dipartiment jista’ jgħid kemm kellu numru ta’ talbiet għal-karta r-roża f’Haż-Żebbuġ matul l-2012 sa issa. In-numru ta’ talbiet kien ta’ 151.