Jista' l-Ministru jara li social worker tara l-każ ta' anzjan li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, li applika biex jidħol fir-Residenza San Vinċenz de Paul u minkejja li qiegħed fuq il-lista ta' prijorità, ħadd m'għadu kkuntatjah?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant applikat fid-19 t’Ottubru 2006 fejn il-Bord tal-Ammissjoni irrifjuta l-applikazzjoni kemm fit-13 ta’ Settembru 2007 kif wkoll fit-18 ta’ Awwissu 2009 fejn reġa evalwa din l-applikazzjoni. Fil-każ li l-applikant imsemmi għandu xi ċertifikati mediċi ġodda minħabba li l-istat mediku idetterjora huwa jagħmel tajjeb jekk jerġa jimla applikazzjoni mill-ġdid biex b’hekk terġa tidher quddiem il-Bord tal-Ammissjoni.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-anzjana li d-dettalji dwarha qed jintabgħtu separatament, li tinsab ġewwa l-Isptar Mater Dei u issa li qed tmur għal physiotherapy tixtieq li appena tkun tajba biżżejjed terġa' tmur lura d-dar?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmata li l-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant, hija bħalissa pazjenta ġo l- Isptar ta’ Rijabilitazzjoni Karin Grech. Ġiet mill-isptar Mater Dei fit-13 t’Awissu 2012, wara li hemmhekk ġiet eżaminata minn Konsulent tal-Ġerjatrija, w aċċettata għal aktar kura. Din il-persuna qed issegwi programm ta’ rijabilitazzjoni, li jinkludi l-fiżjoterapija, u jibqa’ l-pjan li tirritorna d-dar meta l-kundizzjoni medika tagħha tkun stabbli, u hija tkun laħqet l-għola livell tal-abilità tagħha.
Jista' l-Ministru jara kif single mother lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li ilha li applikat għaċ-children's allowance tliet xhur, qatt ma ħadet forma ta' allowance?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ġiet avviċinata mill-Assistant Direttur u giet mitluba tippreżenta d-dokumenti neċessarji.
Jista' l-Ministru jara l-każ tar-raġel li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament li għandu applikazzjoni għand l-Awtorità tad-Djar u jixtieq ikun jaf fejn wasal il-każ tiegħu?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata għandha tirrikorri fit-taqsima tal-Customer Care fi ħdan l-Awtorità tad-Djar sabiex tkun tista’ tirregola l-pozizzjoni tagħha biex b’hekk l-Awtorità tad-Djar ikollha stampa ċara tas-sitwazzjoni li tinsab fiha din l-istess persuna.
Jista' l-Ministru jara li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament hux tħallas kera kemm suppost peress li din tinsab bir-relief u qed tħoss li din il-kera hija għolja ħafna?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kera tal-persuna ndikata hija maħduma tajjeb skont il-kuntratt li ġie iffirmat fil-25 ta’ Frar 2009.
eks ħaddiema tat-Tarzna — kwestjoni dwar il-pensjoni
Question
Jista' l-Ministru jara li jsir xi ħaġa peress li jidher li r-riforma li saret lill-eks ħaddiema tat-Tarzna hemm numru ta' anomaliji fejn nies li kellhom l-istess sengħa u spiċċaw li jieħdu penzjoni differenti u fejn anke min suppost ħa aktar pensjoni għax kellu grad ogħla spiċċa li jieħu inqas? Jista' jara l-każ partikolati tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-reviżjonijiet imsemmija jsiru fuq bażi personali u għaldaqstant ma tistax tqabbel każ ma' ieħor.
Inżid ukoll illi l-persuna ndikata mill-Onorevoli ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet il-produzzjoni tat-tiġieġ lokali matul is-snin 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 32699, ninfurmah li għall-ewwel sitt xhur tas-sena 2012 it-tjur maqtula kienu ta’ 1,265,416 b’total ta’ piż tal-karkassi jleħħaq 2,112,781 kilogramm.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet il-produzzjoni tal-fniek lokali matul is-snin 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Filwaqt li ninforma lill-Onorevoli Interpellant li id-Dipartiment jżomm 'rekords' biss tal-fniek li jinqatlu fil-biċċeriji approvati liema biċċeriji bdew jaħdmu fil-2011, ninfurmah ukoll li m’hemmx rekords tal-produzzjoni fuq livell ta’ ‘cottage industry’. In-numri ta’ fniek li kienu maqtula fil-biċċeriji approvati huma ta' 44,813 fenek fl-2011 u 45,481fenek fl-2012 sal-25 ta' Settembru.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet il-produzzjoni tal-bajd frisk lokali matul is-snin 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 32700, ninfurmah li l-istimi tal-produzzjoni għas-snin 2011 u 2012 sa l-aħħar ta’ Settembru huma 4,056,000 tużżana u 4,668,300 tuzzana rispettivament.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li Transport Malta għandha uffiċjal li qed jaħdem fi ħdanha b'kuntratt preskritt? Jista' jgħid jekk mhux se jiġi mġedded dan il-kuntratt?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant ikun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu.
Jista' l-Ministru jgħid meta tinħareġ vacancy kif jiġu appuntati l-pożizzjonijiet u fuq liema kriterji? Jista' jgħid min jieħu deċiżjoni finali mill-board tal-interviews ta' kif jiġu appuntati dawn il-pożizzjonijiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Dwar il-proċeduri ta' reklutaġġ applikabbli fis-servizz pubbliku, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat. Min naħa l-oħra jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għal xi pożizzjoni partilulari fi ħdan il-Ministeru tieġħi , nitolbu jkun aktar speċifiku.
Transport Malta — bord tal-evalwazzjoni tat-tenders
Question
Jista' l-Ministru jgħid fuq liema bażi u/jew kriterji jiġu magħżula l-individwi biex jagħmlu parti mill-bord tal-evalwazzjoni tat-tenders fi Transport Malta u x'inhu l-inqas grad tal-impjegat li hu kkunsidrat sabiex jintagħżel biex jagħmel parti minn dan il-bord?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta ssegwi l-iStandard Operating Procedures/Guidelines maħruġa mid-Direttur tal-Kuntratti għal Bordijiet tal-Evalwazzjoni tat-Tenders.
Jista' l-Ministru jgħidilna kemm sorġew cruise liners ġewwa boiler wharf mis-sena 2010 sal-lum? Jista' jagħti dettalji separatament għal kull sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-numru ta' cruise liners li sorġew ġewwa Boiler Wharf għal kull sena jammontaw kif ġej:
2010 4
cruise liners
2011 3
cruise liners
Jan - Sep 2012 8
cruise liners
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ħaddiema tal-Malta FreePort Coorporation li qed jagħtu servizz fil-bini tat-Transport Malta għadhomx impjegati tal-istess Malta FreePort? Jista' jgħid jekk Transport Malta mhux qed tħallas għas-servizz ta' dawn l-impjegati lil Malta FreePort? Jista' jgħid għaliex dawn kienu ġew mogħtija bonus imbagħad l-impjegati tat-Transport Malta ma ngħatalhom xejn meta dawn jipprovdu servizz ekwivalenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ħaddiema tal-Malta Freeport Coorporation li qed jagħtu servizz fil-bini ta’ Transport Malta għadhom impjegati tal-istess Malta Freeport. Transport Malta qed tirrifondi l-pagi ta’ dawn l-impjegati. Ninsab infurmat ukoll li ma ngħata ebda extra bonus lil dawn l-impjegati.
Jista' l-Ministru jgħid jekk mhux minnu li fl-2011 ġew mixtrija jew magħmula tliet ilbiesi għal tliet uffiċċjali tat-Transport Malta sabiex jattendu l-4th Annual Super Yacht Forum Conference ġewwa Monaco? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm swew lill-awtorità dawn l-ilbiesi u x'kien il-bżonn li jsir dan?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li fl-2011, Transport Malta xtrat żewġ qomos bil-logo ta' Transport Malta u bil-bandiera marittima Maltija flimkien ma qalziet għal kull wieħed minn ħames uffiċjali tagħha li kienu ser jieħdu ħsieb l-istand tagħha fil-Marocco Yacht Show. Dawn swew b’kollox €865.93 u saru sabiex jingħata izjed exposure qawwi u branding iktar ċar lill-bandiera Maltija. Din hi xi ħaġa li ssir minn prattikament kull esibitur f’tali fieri. L-istess lbies intuża wkoll fl-edizzjoni ta din is-sena tal-istess fiera.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' inċidenti tat-traffiku li fihom kien hemm involuta xi vettura tal-Arriva minn meta bdiet topera din il-kumpanija sal-lum?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ammont in kwistjoni kien ta' 1,619 każ.
Jista' l-Ministru jgħid ta' min hi r-responsabilità li jara li l-arloġġi fuq bus stops jaħdmu tajjeb?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li din hija r-responsabilità ta’ Transport Malta li qiegħda fi proċess li tingaġġa kuntrattur sabiex jieħu ħsieb jara li dawn l-arloġġi jaħdmu tajjeb.
Jista' l-Ministru jgħid liema widien ġew imnaddfa matul l-2012? X'kien it-tul ta' kull parti tal-wied li ġiet imnaddfa? Kemm hu l-valur tal-materjal li tneħħa mill-widien u fejn ittieħed dan il-materjal, inkluż il-ħamrija?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 35960, ninformah li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bl-informazzjoni mitluba rigward tindif f’widien fl-2012. Ngħarrfu ukoll li minn dawn il-widien tneħħew 11,000 tunellata ta’ materjal li ġew meħuda f’barrieri liċenzjati għar-rimi tal-iskart. Tneħħew ukoll 9,000 metru kubu ta’ ħamrija li parti minnha ttieħdet fil-Mixtla ta’ San Vincenz De Paul u l-kumplament giet mogħtija lill-bdiewa li kellhom l-għelieqi qrib il-widien u li talbu li jingħataw din il-ħamrija.