Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #36996 Sitting 508 2012-10-15 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tal-Intern

Kunsill Lokali ta' Ħal Lija — Servizz ta' Perit, Avukat u Accountant

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti spjega għalfejn fit-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 35237, 35236 u 35235 il-Kunsill Lokali ta' Ħal Lija qal li għandu perit, avukat u accountant tal-kunsill, iżda għal laqgħa tat-12 ta' Ottubru 2012 qiegħed fuq l-Aġenda item sabiex jinħareġ tender għal kuntratt għas-servizz ta' perit, avukat u accountant u dan sitt xhur wara li l-management letter tal-awdituri ta' dan il-kunsill kien ċanfar lil dan il-kunsill dwar in-nuqqas ta' osservanza tal-proċeduri finanzjarji (Local Council (Financial) Procedures, 1996)

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Lija li item numru ħamsa (5) fuq l-aġenda li qed tirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant hu ntiż biex il-Kunsill Lokali jiddiskuti l-validità tat-tlett servizzi li fil-preżent qed jingħataw, u mhux biex jinħarġu xi tenders kif forsi seta’ kien mifhum.

Studji fuq Power Station ġdida f'Delimara

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-istudji ta' fattibilità li l-gvern kien qed jagħmel dwar il-proposta ta' Sargas sabiex joperaw Power Station ġdida f'Delimara flimkien ma' dawk eżistenti, liema studji issa ilhom isiru madwar sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

MCP Ltd — postijiet ta' parkeġġ

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra il-kalkulazzjonijiet u pariri tekniċi oħra li l-Ministru u/jew Dipartiment tal-Artijiet ingħata u li fuq dawn il-pariri kien stabbilit il-valur ta' 100 post f'parkeġġ għall-94 sena, liema valur kien imbgħad rifless fil-kuntratt propost li l-Gvern Malti se jagħmel mal-MCP Ltd.

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Leg 11 PQ #37001 Sitting 508 2012-10-15 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Intern

Immigranti — rapporti ta' telf ta' dokumenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu mill-awtoritajiet kkonċernati fir-rigward ta' immigranti li konsistement qed jirrappurtaw li jkunu tilfu d-dokumenti uffiċjali tagħhom bħal ma huma passaporti, karti tal-identià Maltin u l-Police Immigration Certificate?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li kull dokument irrapportat mitluf jittieħed notament tiegħu sabiex ma jkunx jista' jintuża ladarba jinstab. Barra minn hekk, bħal ma jsir fil każijiet kollha ta’ dokumenti irrapportati nieqsa, l-persuna li tirrapporta hija mitluba tieħu ġurament rigward it telf. Kull każ ta’ rapport li jkun suspettuż jiġi investigat. Infurmat ukoll li matul din is-sena sa l-aħħar ta’ Settembru f’Malta ġew irrapportati bħala mitlufa dokumenti uffiċjali kif ġej:- Document Type Total DRIVING LICENCE 1406 ID CARD OR SIMILAR 8598 PASSPORT 836 RESIDENCE PERMIT 14 Grand Total 10854
Leg 11 PQ #37002 Sitting 508 2012-10-15 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Intern

immigranti — talb għax-xogħol

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'passi qegħdin jittieħdu mill-awtoritajiet konċernati, anke fid-dawl tad-diversi rapporti li saru, rigward l-ammont ta' immigranti li ta' kuljum qegħdin jinġabru speċjalment fil-Marsa sabiex jittalbu x-xogħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li matul din is-sena l-Pulizija ma rċiviet ebda ilmenti/rapporti li xi nies ġew iffastidjati minn immigranti irregolari sabiex jingħatalhom xogħol.
Leg 11 PQ #37004 Sitting 508 2012-10-15 Oral · Final From: PHILIP MIFSUD To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Università ta' Malta — korsijiet ġodda

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'korsijiet ġodda infetħu fl-Università ta' Malta mill-1987 'l hawn? X'fakultajiet/istituti ġodda infetħu fl-Università ta' Malta mill-1987 'l hawn?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-listi tal-korsijiet ġodda li nfetħu fl-Università ta' Malta bejn l-2001/2 u l-2012/3 qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra. Ix-xogħol biex tinġabar l-informazzjoni rigward is-snin bejn l-1986/7 u l-2000/1 għadu għaddej għax din l-informazzjoni tinstab biss f’kotba ppubblikati u mhux f’ database . Il-fakultajiet/istituti/ċentri ġodda li nfetħu ġodda jew li nbidlilhom isimhom fl-Università ta' Malta mill-1987 'l hawn qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra wkoll.

MEPA — fondi EIPP

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar kif intefqu €52,044 f'fondi EIPP li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tat f'Jannar 2009 għal upgrading of lighting at Freeport to mitigate light pollution? Jista' jgħid jekk dan il-proġett tlestiex jew le u jekk le fiex wasal u x'baqa' jsir, għall-benefiċċju tar-residenti ta' Birżebbuġa/Marsaxlokk u tal-ambjent in ġenerali?

Response (MARCO, MARIO DE)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

ikliet u riċevimenti organizzati l-ministeru

Question

ista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 36810 u 32445 u jgħid matul is-sena 2011 u matul Jannar u Frar 2012 kemm ikliet u riċevimenti organizza l-ministeru, fejn ġew organizzati dawn l-ikliet u r-riċevimenti? Kemm swew kull wieħed u min kien mistieden għalihom?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #37018 Sitting 508 2012-10-15 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Settur pubbliku — ingaġġ ta' skrivani

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta hu maħsub li jkun hemm sejħa għall-ingaġġ ta' skrivani fis-settur pubbliku?

Response (GONZI, LAWRENCE)

F’dan l-istadju m’inix f’pożizzjoni li nindika data speċifika.
Leg 11 PQ #37020 Sitting 508 2012-10-15 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tal-Intern

Furjana — Toroq Iljun u Argotti - xogħlijiet mhux kompluti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'qed iżomm milli jitlestew ix-xogħlijiet fit-toroq Iljun u Argotti l-Furjana u dan b'rispett lejn il-komunità li ilha tissaporti żvilupp ta' binja tad-djar għal dawn l-aħħar snin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-kuntrattur li kien ingħata l-offerta mill-Kunsill Lokali biex jagħmel ix-xogħol irrifjuta li jonora ir-rati ta’ l-asfaltar u għaldaqstant il-Kunsill kellu jittermina l-kuntratt. Il-Kunsill ħareġ sejħa ġdida, liema sejħa għandha tagħlaq fid-19 ta’ Ottubru 2012. Wara li ssir l-aġġudikazzjoni fuq l-offerti u tingħata, x-xogħol ikun jista’ jibda.

Enerġija ġġenerata mill-panelli solari

Question

Jista' l-Ministrui jgħid kemm ġiet iġġenerata enerġija permezz tal-pannelli solari minn mindu l-gvern beda jwaħħal l-smart metres u jagħti indikazzjoni ta' dawn l-ammonti?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

MEPA — żona indikata għall-iżvilupp - art esproprijata

Question

Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena kemm-il biċċa art ġiet esproprijata matul l-aħħar għaxar snin sabiex tinfetaħ jew titwessa' xi triq fiż-żona indikata għall-iżvilupp fejn tali triq tkun skemata mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Jista' jagħti l-isem tat-triq u l-lokalità għal kull biċċa art rispettiva? Jista' jgħid kemm tħallsu flus mill-gvern sabiex inxtrat kull biċċa minn dawn l-affarijiet?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 34517.

Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — xogħol mogħti lil kumpanija

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' kuntratti u xogħlijiet, bil-valur ta' kull wieħed, li ngħataw mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħtu, sena b' sena mill-2004, lill- kumpanija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Għal kull każ, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx każ ta' tender jew direct order? Jista' jgħid ukoll kemm kien hemm każijiet fejn l-istess kumpanija ngħatat xogħol bħala sub-contracter ta' min ikun rebaħ xi kuntratt jew ingħata direct order?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ninsab infurmat li ma ngħata l-ebda kuntratt u xogħol lill-kumpanija msemmija.

Santa Venera — boundary wall bejn Triq il-Karmelitani u Triq il-Ferrovija

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jinbena l-boundary wall bejn Triq il-Karmelitani f'Santa Venera kantuniera ma' Triq il-Ferrovija liema art kienet espropjata mill-gvern sabiex nisġet Triq il-Karmelitani? Huwa minnu li dan iċ-ċint kin twaqqa'? Minn min? Min hu responsabbli għal bini ta' dan il-boundary wall?

Response (MARCO, MARIO DE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita m'għandhiex informazzjoni min kien waqqa' il-ħajt oriġinali tal-għalqa. Fir-ritratti tal-1988 li għandha l-MEPA, jidher li Triq il-Karmelitani kienet diġa` ffurmata bil-bini magħha, jiġifieri jidher li l-ħajt kien twaqqa' żmien qabel sabiex infetħet it-triq u li ġiet iffurmata sa nofs il-wisgħa tagħha skond l-liġi. In-nofs l-ieħor (tat-triq) għad irid jiġi ffurmat meta eventwalment tiġi żviluppata bil-bini l-għalqa adjaċenti u li fejn riċentament inbnew serer bil-permess PA 4401/06. Allura il-MEPA f'dan l-istadju ma tista' tobbliga lil ħadd jibni l-ħajt tat-triq pero` tesiġi li jekk għandu jsir irid jinbena skond l-linja uffiċċjali kif stabbilita fil-Pjan Lokali.

wild minn ommijiet xebbiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' wild minn ommijiet xebbiet matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena? Kemm minn dawn l-ommijiet kienu ta' nazzjoanlità barranija u x'nazzjonalità għandhom? Jista' jagħti l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titipoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #36208 Sitting 507 2012-10-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Korp tad-Dejma li ma ħadux is-somma

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36006 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja u issa ġiet riferuta lilu u cioè: B’referenza għal ħaddiema tal-ex Korp tad-Dejma li ma kenux ħadu s-somma ta’ Lm4000 (erba t’elef Liri Maltin) meta rtiraw mix-xogħol wara l-61 sena, kif kienu ħadu ħaddiemaa oħra li servew fiċ-Ċivil fl-istess dipartiment, kif ukoll fid-dawl tas-sitwazzjoni li l-ħajja qed togħla, inklużi mezzi oħra bħalma huma d-dawl u l-ilma, it-trasport, gas u anke fuel fost oħrajn, jista' l-Ministru jara li jkun ikkunsidrat fiċ-ċirkostanzi li ssir ġustizzja ma' dawn il-ħaddiema u l-familji tagħhom u jingħata l-ħlas tas-somma li sal-lum għada miċħuda lilhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-ingaġġ f’xi wieħed mil-Korpi tad-Dejma kien ikun jew għal perjodu ta’ erbatax–il xahar, jew għal perjodu ta’ tmintax–il xahar jew inkella għal perjodu ta’ tnax il-xahar mid-data tal-konferma. Skont in-Nomini u l-Kundizzjonijiet tas-Servizz tal Forza Regolari tal-Forzi Armati ta’ Malta dawk kollha li kienu jingaġġaw taħt dawn il-kundizzjonijiet ma kienu intitolati għal ebda terminal benefits fi tmiem is-servizz tagħhom.

Transport Malta — każijiet ta' titjieb u manutenzjoni fit-toroq

Question

Fil-mument, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35967 u jgħid kemm hu n-numru ta' każijiet irrapurtati lill-Transport Malta biex isir titjieb/manutenzjoni fit-toroq? Kemm hija l-ispiża f'ċifra ta' flus globali għal dawn ix-xogħlijiet? Kemm minn dawn ix-xogħlijiet se jsiru sal-aħħar ta' din is-sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Transport Malta għandha field officers tagħha li jagħmlu spezzjonijitet tat-toroq u li ma tagħmilx distinzjoni bejn rapporti tal-field officers tagħha u dawk li jidħlu minn imkejjen oħra, minħabba li kull rapport irid jiġi vverifikat mil-field officer. Il-lista kurrenti tammonta għal 1095 intervent li jinkludu mhux biss dawk ta' tiswija imma wkoll manutenzjoni preventiva. Bejn minor u major repair works l-ispiża tlaħħaq madwar € 9.5 miljun. Hu ppjanat li madwar € 2 miljuni minn dan ix-xogħol għandu jkun lest sal-aħħar ta’ din is-sena, dejjem jekk ma jinqala’ xejn imprevist.

Tweġiba għall-ittra

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi t-tweġiba għall-ittra li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ninsab infurmat illi skont l-informazzjoni li għandu d-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern, il-persuna li d-dettalji tagħha ntbagħtu separatament, qatt ma kienet uffiċjalment rikonoxxuta f’xi kirja agrikola preċedenti. Għaldaqstant, ma tista’ ssir l-ebda reviżjoni ta’ kera, peress li l-ħlas tal-qbiela fuq dan ir-raba’ ġie maħdum skont ir-rati stipulati fl-Iskema tal-Art Agrikola tal-Gvern tas-sena 2000.

Imtarfa Home — impjegati

Question

Jista' l-Ministru jelenka l-impjegati li jaħdmu fl-Imtarfa Home, x'karigi għandhom, x'xogħol jagħmlu, ma' min huma impjegati, mal-gvern jew mal-kuntrattur?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li fl-Imtarfa Home hemm total ta’ 44 Uffiċjal Pubbliku fil-gradi ta’ Assistant Care Worker, Assistant Foreman, Careworker, Departmental Nursing Manaer, Deputy Nursing Officer, Enrolled Nurse, Executive Officer, Nursing Aide, Nursing Officer, Security Guard, Senior Tradesman, Social Assistant u Staff Nurse. L-impjegati tal-kuntrattur li jaħdmu f’din id-Dar tal-Anzjani jaħdmu jew bħala carers jew bħala cleaners .