Jista' l-Ministru jagħti lista ta' sistema/dokumenti eletroniċi li qed jintużaw fid-dekasteru tiegħu? Għall kull sistema, jista' l-Ministru jipprovdi id-diskrizzjoni tas-sistema, min hu responsabbli mid-data, l-audit trial u l-back up tagħha? Jista' jgħid is-sena meta bdiet topera u wara kemm-il sena d-data tista' tiġi mnaddfa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat illi s-sistemi elettroniċi użati huma dawk normalment assoċjati ma' uffiċċju, konsistenti f'applications li jiġu liċenzjati komunament. Dwar ir-rimanenti, l-prattiċi normali ta' uffiċċju japplikaw.
Jista' l-Ministru jipprovdi lista ( isem, kunjom, dekasteru, id-data tad-dikjarazzjoni u l-pożizzjoni fid-dekasteru) tal-impjegati fid-dekasteru li ddikjaraw li qed jagħmlu xogħol part-time apparti xogħlhom u/jew għandhom xi konflitt ta' interess fil-qadi ta' dmirijiethom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jipprovdi lista' ta' nies li ġew ingaġġati ġodda fid-Dipartiment tal-Enforcement mill-1 ta' Jannar 2010 sal-lum? Filwaqt li jipprovdi l-pożizzjoni offruta, jista' jgħid x'livell ta' edukazzjoni għandhom, jekk ingħatawx pagi u kundizzjonijiet differenti minn ħaddiema fl-istess pożizzjoni kif ukoll il-lokalità ta' fejn joqogħdu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-persuni li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatamment u kemm tħallsu kemm sena mill-2009 sal-lum u jindika t-tip ta' xogħol provdut?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jindika kemm iħallsu flus lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għal kull sena mill-2009 sal-lum għas-servizzi li qed jagħtu fid-dekasteru tiegħu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 36744, jista’ l-Prim Ministru jgħid kif inhu definit it-terminu part-time f’relazzjoni max-xogħol li qed tagħmel il-persuna in kwistjoni? Jista' jgħid jekk hemmx ammont ta’ ħin minimu jew massimo f’dan ir-rigward? Jista jagħti lista kompleta tar-riżorsi, spejjeż u ħlasijiet li ġew żbursjati mill-gvern, taħt forma jew oħra, sabiex is-Segretarju Pemanenti Prinċipali ikun qed jissodisfa l-istruzzjonijiet li ngħata mill-Prim Ministru li jara li l-persuna tingħata s-support u riżorsi neċessarji biex jaqdi dmiru b’mod effiċjenti u effettiv? Jista' jikkwota r-regolamenti finanzjarji li jkopru dan l-arranġament li qed jgħid li ntlaħaq ma’ din il-persuna? Jista' jagħti raġunijiet li fuqhom ibbaża d-deċiżjoni li l-persuna tkun tibqa tuża t-titlu ta' Ambaxxatur u xi ħlas u/jew benefiċċji materjali jew oħrajn hemm marbuta mat-tali titlu? Jista' jgħid jekk kienx hemm xi arranġement ieħor, u jekk iva x’ kien, fil-perjodu bejn it-18 ta’ Ġunju 2012 u 26 ta’ Settembru 2012, u jagħti lista kompleta tal-ispejjeż u ħlasijiet relatati? Jista' jippublika dan id-dokument magħruf bħala Form 1 fir-rigward tal-persuna kkonċernata?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Kif diġa stqarrejt, jiena nqis li huwa fl-interess tal-pajjiż li l-Gvern ikompli jagħmel użu mill-esperjenza twila u l-ħila ta’ din il-persuna f’dak li għandu x’jaqsam mal-Unjoni Ewropeja, partikolarment fid-dawl tad-diskussjonijiet li għaddejin fl-Unjoni Ewropeja dwar l-Unjoni Ekonomika u Monetarja u dwar il-Multi-annual Financial Framework. In vista tal-fatt li dan l-individwu ma jirċeviex salarju għal dan ix-xogħol, m’hemmx ħin minimu jew massimu stipolat. Dan l-individwu m’għandux allowances iżda l-ispejjeż tat-telekomunikazzjoni tiegħu huma koperti mill-gvern u jista’ jagħmel użu ta’ transport tal-gvern għar-raġunijiet uffiċjali; jista wkoll jagħmel użu minn uffiċju fl-EU Secretariat ġewwa Kastilja kif ukoll ta’ office equipment. Mit-13 ta’ Lulju l-ħawn l-individwu ma għamel l-ebda claim għall-ispejjeż tiegħu tat-telekomunikazzjoni; għamel użu minn trasport tal-gvern għal seba’ vjaġġi (fi tnejn minnhom kien akkumpanjat minn uffiċjali oħra tal-Gvern) kollha b’rabta mas-summit tad-Djalogu 5+5 bejn l-4 u s-6 ta’ Ottubru 2012. It-titlu ta’ Ambaxxatur huwa courtesy title li titlu jingħata lill-konsulenti tal-Prim Ministru meta jkun ikkunsidrat utli għall-pajjiż; għalhekk m’hemmx Form 1 għall dan l-individwu.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — ammont ta' flus lill-avukat u l-kumpanija
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 35920, jista' l-Ministru jirrikonsidra li jirrispondi din il-mistoqsija peress li tirrigwardja suġġett ta' interess pubbliku fir-rigward tal-Air Malta?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba hi kif tidher hawn taħt:
Euros
Jan - Dec 08
5,823.43
Jan - Dec 09
5,823.48
Jan - Dec 10
5,823.48
Jan - Dec 11
11,955.88
Jan - Sep 12
10,500.03
ċentri tal-adulti għal persuni b'diżabilità — waiting list
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 36653, jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-waiting list għad-dħul fiċ-Ċentri msemmija?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont l-istatiska li ghandha l-Agenzja SAPPORT hemm 198 persuna b’dizabilità li qeghdin fuq il-waiting list ghas-Servizzi ta’ Matul il-Jum. Numru minn dawn il-persuni jattendu centri immexxija minn NGOs li uhud minnhom huma Ko-finanzjati mill-Gvern bil-fond tal-NGOs. Bhalissa ghaddejjin preparamenti bies issir talba ghal Ko-finanzjament mill-fondi tal-UE biex fis-snin li gejjin jinbnew centri ohra godda.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 36654, jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni konċernati u x'inhu l-pakkett finanzjarju ta' kull wieħed separatament? Jista' jpoġġi kopja ta' dawn id-dokumenti fuq il-Mejda tal-Kamra? Kemm se jkun il-perjodu li l-persuna li suppost spiċċat se tkompli tmexxi?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill_onorevoli iNterpellant li l-informazzjoni mitluba qieghda titpogga fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm beħsiebu jħaddem gwardjani tal-Ħabs u xi kwalifiki irid ikollhom biex jiġi magħżula?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-kriterji u l-kwalifiki li jirrendu applikant eliġibbli biex jiġi kkunsidrat għal ħatra bħala Gwardjan tal-Ħabs huma dawk imħabbra fis-sejħa għall-Uffiċjali Korrettivi li kienet ippubblikata fil-Gażżetta tal-Gvern tal-31 ta’ Awwissu 2012. In-numru ta’ Gwardjani li jinħatru jkun jiddependi min-numru ta’ kandidati bil-potenzjal li jissoddisfaw il-kriterji kollha tal-għażla u l-mod kif jiżvilluppa l-proċess tas-selezzjoni.
Jista' l-Ministru jindika liema kienu l-kuntratti tal-gvern tas-sigurtà li ġew terminati fl-aħħar ġimgħat wara li instab li l-kuntrattur ma kienx qiegħed jagħti l-kundizzjonijiet minimi tax-xogħol lill-ħaddiema tiegħu? Jista' jindika huwiex se jinvestiga b'mod ulterjuri kuntratti oħrajn tas-sigurtà li ilna snin nisimgħu dwarhom fil-mezzi tax-xandir?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi skont direttivi maħruġin mid-Dipartiment tal-Kuntratti permezz ta’ Ċirkolari 16/2012, kellhom jiġu tterminati 4 kuntratti li kienu jinvolvu lill-Ministeru ta’ l-Edukazjoni u l-Impjieg, l-Awtorita tax-Xandir, l-Isptar Mater Dei u l-Korporazjoni Enemalta. Billi l-valur tal-kuntratti involuti jaqgħu taħt il-klassifika ta’ kuntratti Dipartimentali, kull Dipartiment qed jieħu ħsieb jagħmel l-arranġamenti hu għat-terminazjoni u l-għoti ta’ kuntratti ġodda għax xiri ta’ dawn is-servizzi.
Kull allegat abbuż tal-kundizjonijiet tal-ħaddiema jiġu investigati mid-Direttur tar-Relazjonijiet Industrijali u ta’ l-Impjieg u mill-Pulizija. F’ każ li xi kumpanija tinstab ħatja mill-Qorti, il-Gvern m’ huwiex se jiddejjaq li jittermina l-kuntratti mal-kumpanija, li jkunu oriġinaw fil-perjodu li fih isiru l-abbużi u li jkunu għadhom fis-seħħ.
Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim kollettiv kollha ffirmati mill-MCAST għall-kategoriji kollha tal-ħaddiema?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim kollettiv tal-istaff akkademiku li kien iffirmat lejn l-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena. Il-ftehim kollettiv tal-gradi amministrattivi u tekniċi għad irid jiġi ffirmat.
Jista' l-Prim Ministru jinforma lil din il-Kamra b'liema rata qiegħed jinxtara mingħand il-privat is-servizz ta' gwardjani lokali u s-servizz tal-contract manager jew uffiċjali awtorizzat f'kull reġjun ta' Malta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba.
Xewkija — Triq l-Imġarr - parti mit-triq li nqagħlet
Question
Tista' l-Ministru x'inhi r-raġuni li Triq l-Imġarr, Xewkija li għadha kemm ngħatat it-tarmac, parti minnha reġgħet inqalgħet? Ma jidhirlix li dan hu ħela ta' riżorsi tal-poplu Għawdxi minħabba pjannar ħażin u mgħaġġel għax ġejja l-elezzjoni?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Peress li l-proġett ta' Triq l-Imġarr huwa amministrat mill-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jinvestiga u jara kif it-triq bl-isem Indri Borg, Xewkija, Għawdex fil-parti ta' ġewwa tagħha inqalgħet u sal-lum għal xi raġuni għadha ma ġietx irranġata u lanqas ngħatat it-tarmak bil-konsegwenza li familja li tirrisjedi hemm ġewwa għaddejja minn hardship kbir u binthom li hija persuna bi bżonnijiet speċjali ta' spiss x'ħin toħroġ taqa' minħabba l-istat tat-triq kif tinsab fil-preżent?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tax-Xewkija illi ‘Il-parti ta’ ġewwa ta’ Triq Indri Borg ġiet mogħtija t-tarmak bħal bqija tat-triq. Mhux minnu li din inqalgħet u sal-lum għada ma ġietx irranġata u lanqas ingħatat tarmak. Dan kif jidher mir-ritratti li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra’.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36611 u jispjega għaliex ħaddiema tal-Air Malta li għażlu l-Voluntary Redundancy Scheme jew l-Early Retirement Scheme ingħataw id-dritt, kif kellu jkun, li jibbenefikaw mill-benefiċċji tal-Early Retirement Card, imma l-istess ħaġa ma ġratx fil-każ ta’ ħaddiema tal-Air Malta li għażlu li jingħataw impjieg alternattiv? Jidhirlu li din il-proċedura ma kenitx ġusta ma’ ħaddiema tal-Air Malta li għażlu li jinstabilhom impjieg alternattiv? Jista' jieħu passi biex huma wkoll jingħataw rikonoxximent tas-snin ta’ servizz li taw lill-Air Malta billi jkollhom aċċess għall-vantaġġi mogħtija mill-Early Retirement Card?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-ħaddiema tal-Air Malta li għażlu li japplikaw għall-impjieg alternattiv u ġew magħżula qegħdin jibbenefikaw minn rebated travelfuq titjiriet tal-Air Malta skont il-policies tal-kumpanija
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk fil-kuntratt iffirmat mal-Maltco, ġiex assigurat ix-xogħol tar-riċevituri tal-lottu?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi il-ftehim iffirmat mill-Gvern mal-Maltco jipprovdi sabiex l-konċessjonarju (Maltco) jieħu passi biex jilħaq ftehim mal-bejjiegħa awtorizzati tan-‘National Lottery Games’ u ‘Additional Games’(Lotto Receivers) li l-konċessjonarju hu liċenzjat li jopera.
Jista' l-Ministru jgħid il-għaliex lampa ġdida li twaħħlet fi Triq Dun Ġorġ Fenech kantuniera ma' Triq Marcel Attard Vagnolo Ħal Qormi bin-numru S134 sal-lum għadha ma nxtelgħitx minkejja li għaddew diversi xhur?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-lampa imsemmija ġiet imqabbda mas-sistema tal-elettriku fid-29 ta’ Frar 2012. Sadanittant żviluppat ħsara fiha li qatt ma ġiet irrapurtata lill-Korporazzjoni Enemalta. Sussegwentament il-ħsara ġiet imsewwija fil-11 ta’ Ottubru 2012.