Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #36900 Sitting 508 2012-10-15 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Intern

kunsilli lokali — żieda ta' skips/bring-in sites

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema mill-kunsilli lokali tat-12-il distrett elettorali, minn l-1 ta' April 2012, sat-30 ta' Settembru 2012, iddeċidew li jżidu l-iskips/bring-in sites li għandhom fil-lokalità tagħhom? F'liema laqgħa tal-kunsill iddeċidew b'kemm jiżdiedu dawn is-sites, u fejn jitqegħdu? Min intgħażel u kif intgħażel il-kuntrattur li se jipprovdi dawn l-istess servizzi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba.

Mosta — proċess għall-ftuħ ta' triq

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 36319, jista' l-Ministru jara li d-dipartiment li ta r-risposta jivverifika l-informazzjoni li ngħatat f'dik ir-risposta la darba fir-realtà ta' ċirkostanzi li dwarhom saret il-mistoqsija, wieħed jista' jara li fit-triq imsemmija ma baqa' l-ebda biċċa art li għad trid tiġi żviluppata? Jista' jara li r-risposta tal-mistoqsija tiġi aġġornata? Fil-każ attwali fejn l-art fit-triq imsemmija hija kollha żviluppata, jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-proċedura li ssir sabiex t-triq imsemmija tinfetaħ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

infiq fuq konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36766 u jagħti lista ta' konsulenti Maltin u barranin (individwi jew kumpaniji) li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu għamel użu minnhom minn 2008 sal-lum? Jista' jgħid jekk kull servizz mogħti ġiex magħżul wara sejħa għall-offerti jew b'direct order? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw? Għal kemm perjodu ta' żmien kienu ingaġġati ? Jekk iżjed minn sena jew term wieħed, għal kemm-il term jew sena mill-ewwel darba li ġew appuntati biex jagħtu dan is-servizz ilhom jagħmlu dan? Kemm kienu il-fees u spejjeż oħra relatati li tħallsu? Jekk il-każ fuq it-terminu ta' żmien li matulu kienu qed jipprovdu dan is-servizz kemm tħalsu globalment fuq medda ta' żmien min mindu ġew appuntati l-ewwel darba? Kemm kienet ir-rata kull siegħa tal-fees li tħallsu ?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

xiri ta' karozzi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36767 u jagħti dettalji dwar karozzi mixtrija jew mikrija u li qiegħdin għall-użu tal-uffiċjali fil-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħtu? Kemm hi l-ispiża ta' kull sena għas-snin 2010, 2011 u 2012 fuq dan ir-rigward mill-Ministeru u mill-enti kollha li jaqgħu taħtu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

benefikanti minn sponsorships u donazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36768 u jagħti lista tal-benefikanti minn sponsorships u donazzjonijiet li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħtu , dawk li kienu ta' 'l fuq minn €2500 kull għotja fis-snin 2010, 2011 u 2012? Kemm ingħata lill kull benefikant? Kif ġew magħżula biex jibbenefikaw minn dawn il-fondi?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

kumpanija tar-reklamar Lighthouse and Ashley — direct orders

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 36809 u 29642 u jgħid b'mod dettaljat wieħed, wieħed u waħda, waħda x'kuntratti u direct orders ingħataw mill-Ministeru tiegħu u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu lill-kumpanija tar-reklamar Lighthouse and Ashley fil-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2007 sal-lum, inkluż il-valur tagħhom, għal liema skop kien ordnat ix-xogħol relattiv u kemm f'kull każ tħallsu flejjes fuq l-istess direct orders? Kemm jonqos li jitħallsu f'kull każ skont il-każ partikolari, filwaqt li għal kull ħlas jgħid ma' liema sejħa għall-offerti jew direct order hu marbut?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Mediċina radioattiva għat-Tyhroid Ablation

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-pazjenti li wara li ngħataw trattament bil-mediċina radioattiva Iodine għal Tyhroid Ablation, intbagħtu d-dar minflokk inżammu fil-post speċifiki għal wara dan it-trattament fl-Isptar Boffa? X'kienu l-istruzzjonijiet li ngħataw dawn il-pazjenti? Kif ġie mmaneġjat il-radioactive excreta ta' dawn il-pazjenti? X'kienet ir-raġuni li s-solita prassi ma nżammitx?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li trid issir distinzjoni bejn żewg tipi ta’ trattament bl-jodju rajuattiv: (a) Dak għall-kura tal-kanċer tat-tirojde – fejn id-doża hija pjuttost qawwija u kull pazjent jinżamm f’kamra mgħammra apposta. Id-dranaġġ minn din il-kamra jinżamm f’sistema ta’ tankijiet, u id-dranaġġ jiġi mormi biss wara numru ta’ ġimgħat ta’ radioactive decay . Il-pazjent jintbgħat id-dar biss wara li l-ammont ta’ radjuattivita miżmum fil-ġisem jaqa taħt livell aċċettabli. (b) Dak għall-kura tat- thyrotoxicosis – fejn id-doża hija ħafna inqas u t-trattament jingħata bħala out-patients . Għalhekk: 1) L-ebda pazjent li jirċievi kura għall-kanċer tat-tirojde fuq bażi ta’ in-patient ma jintbgħat id-dar qabel ċertu perjodu. 2) Kull pazjent li jingħata trattament bl-jodju rajuattiv ( in jew out patient ) jingħata fuljett ta’ informazzjoni qabel l-appuntament għat-trattament. Ikollu laqgħa qabel it-trattament fejn ikun jista’ jsaqsi mistoqsijiet, kif ukoll istruzzjonijiet bil-miktub fuq prekawzjonijiet ta’ sigurta mir-radjazzjoni. Dan skond A.L. 472 ta’ l-2004. 3) Id-dranaġġ jiġi miżmum għal numru ta’ ġimgħat ta’ radioactive decay .
Leg 11 PQ #36910 Sitting 508 2012-10-15 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Intern

Kunsilli Lokali — laqgħat - mistiedna

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 36741, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar meta u fejn saru l-laqgħat ta' konsultazzjoni msemmija fir-risposta? Min organizza dawn il-laqgħat? Min kien mistieden għal dawn il-laqgħat u kif saru l-istediniet biex il-pubbliku jkun mistiden għal dawn l-istess laqgħat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #36912 Sitting 508 2012-10-15 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Intern

Kunsilli lokali — is-7 distrett elettorali - adjudication committee

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm mill-kunsilli lokali tas-7 distrett elettorali għandhom adjudication committee għal dawk li huma tenders/kundizzjonijiet li joħorġu l-istess kunsill? Liema kunsilli lokali għandhom/kellhom rappreżentanti mill-pubbliku fuq dawn it-tendering committee? Min kienu, għal kull kunsill għal kull tender, il-persuni li jirrapreżentaw il-pubbliku? Kif inħatru dawn il-membri mill-pubbliku għal perjodu 1 ta' Jannar 2012 sa t-30 ta' Settembru 2012?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #36915 Sitting 508 2012-10-15 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali ta' Għawdex — magni tal-kliewi

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hux minnu li pazjenti bil-mard tal-kliewi se jintbagħtu Malta għal kura li jkun jeħtiġilhom peress li l-magni tal-kliewi li hemm fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex jew mhumiex jiffunzjonaw jew qed jiffonuzjunaw ħażin?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li hemm bżonn ta' manutenzjoni preventiva fuq l-impjant li jipproduċi ilma għal magni tal-kliewi u bħalissa qed isiru l-arranġament meħtieġa biex sakemm issir din il-manutenzjoni jinstabu mezzi alternattivi biex il-pazjenti jibqa' jkollhom dan is-servizz possibilment fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex.

Mental Health Board

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Mental Health Board ġiex kompost u jekk ġie kompost min huma l-membri tal-istess bord? Jekk għadu ma ġiex imwaqqaf, meta se jiġi mwaqqaf? Meta kienet l-aħħar darba li ltaqa' dan il-bord?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-Mental Health Board hu kompost minn: Mr Justice Victor Caruana Colombo, Chairman Mr Vince Tonna, Member Ms Connie Magro, Member Dr Edward Curmi, Member Dr Jean Pierre Giorgio, Member Ms Josephine Mifsud, Secretary Il-Bord jiltaqa’ b’mod regolari.

Rapport tal-Caritas

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-rapport li hu kkumissjona wara r-Rapport tal-Caritas hux lest jew le? Jekk fl-affermattiv, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra koppja tar-rapport? Jekk għadu mhux lest, meta huwa maħsub li jkun lest?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-rapport li gie kummissjonat qed jigi ffinalizzat. Hekk kif jigi ffinalizzat ser tkompli l-konsultazzjoni dwaru fi hdan l-MCESD.

Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — impjegati ġodda

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32818, jista' l-Ministru jgħid jekk dan iffisirx li l-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu fir-responsabilità politika tal-Ministru ma jżommu l-ebda kontroll fuq l-impjegati u dawk li jingħataw xi xogħol xi jwettqu? Jekk fin-negattiv, l-mistoqsija oriġinali tkun tista' tiġi mwieġba?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

tibdil fir-rotta 31

Question

Ġaladarba l-klinka tal-gvern tal-Mosta ġiet magħluqa sabiex ikun mibnija mill-ġdid u issa dawk li kienu jinqdew minn din il-klinika sar ikun meħtieġ li jinqdew mill-klinika ta' Birkirkara, jista' l-Ministru jara jekk hux possibli li r-rotta 31 temenda r-rotta tagħha sabiex ikun jista' jsir dak li kien isir b'rotta preċedneti 58 li kienet iddur mar-roundabout ta' fejn hemm it-triq biex tieħu għall-klinika ta' Birkirkara? Jaf il-Ministru li biex persuni jkunu jridu jinqdew mill-klinika ta' Birkirkara, ikollhom jaqsmu triq li hija arterja prinċipali li tista' tkun ta' periklu għal dawk li jkunu jridu jaqmsu din it-triq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Data Backup Strategy

Question

Jista' l-Ministru jippreżenta kopja tad-Data Backup Strategy hekk kif inhi implimentata fid-dekasteru tiegħu? Min huma n-nies responsabbli li jassiguraw li d-data qed tiġi backed up kollha b'mod konsistenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat illi billi data backup illum hi ħaġa awtomatika, ħafna drabi eżistenti fuq il-makni stess jew tramite estensjoni faċli, m'hemmx ħtieġa ta' strateġija miktuba.
Leg 11 PQ #36921 Sitting 508 2012-10-15 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Intern

Ħabsin — programm għal kura mill-vizzju tad-droga

Question

Jista' l-Prim Ministru jinforma lil din il-Kamra kemm hemm persuni fil-ħabs ta' Kordin li kienu qed jistennew biex immorru l-programm għal kura mill-vizzju tad-droga fl-1 ta' Ottubru 2012?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi fuq l-aħħar laqgħa tal-PSAAB, li huwa l-Bord li jikkunsidra l-applikazzjonijiet għal dawn il-programmi, li saret fis-17 ta’ Settembru 2012, kien hemm tmien (8) persuni fuq l-iskeda. Fis-seduta li jmiss, dik ta’ Ottubru, dawn jiġu evalwati u dawk li jkunu meqjusa eliġibbli jmorru l-programm.
Leg 11 PQ #36922 Sitting 508 2012-10-15 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Intern

Prision Substance Abuse Advisory Board

Question

Jista' l-Prim Ministru jinforma lil din il-Kamra kemm ilu wieqaf il-Prision Substance Abuse Advisory Board? X'inhi r-raġuni wara dan in-nuqaas ta' funzjonament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi l-aħħar laqgħa li saret mill-Prison Substance Abuse Advsory Board kienet fis-17 ta’ Settembru 2012. Il-laqgħa li jmiss hija skedata għal nofs Ottubru 2012. Bħalma dejjem kienet il-prassi, l-bord ma ltaqgħax matul ix-xahar ta’ Awwissu.
Leg 11 PQ #36923 Sitting 508 2012-10-15 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Intern

Substance Abuse Therapeutic Unit magħluq

Question

Jista' l-Prim Ministru jinforma lil din il-Kamra kemm ilha magħluqa l-faċilità tas-Substance Abuse Therapeutic Unit? Jista' jgħid meta hu mistenni li din il-faċilità terġa tibda topera?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi l-aħħar persuni li kienu qed jattendu programm fis-SATU kien Marzu 2012. Minn dak iz-zmien l’hawn qed isir refurbishment strutturali ta’ din il-Faċilità. Infurmat li din il-binja kellha bżonn ammont ta’ manutenzjoni. Dan kien meħtieġ partikolarment peress li, fid-dawl tal-provvedimenti tal-Liġi tal-Ġustizzja Riparatriċi, l-programmi ta’ riabilatazzjoni mistennija jiżdiedu għax ma jkunux biss limitati għal priġunieri li jkunu servew il-parti l-kbira tas-sentenza tagħhom. Ix-xogħol qiegħed fi stadju avvanzat u huwa mistenni li din terġa tibda topera fi żmien qasir.
Leg 11 PQ #36924 Sitting 508 2012-10-15 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Intern

Kordin — faċilità Yors

Question

Jista' l-Prim Ministru jinforma lil din il-Kamra meta hu mistenni li l-YORS toħroġ fl-aħħar mill-Ħabs? Fejn se tiġi allokata din il-faċilità?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-proġett ta’ rilokazzjoni tal-YOURS ġie propost għall-ko-finanzjament taħt il-Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż 2009-2014. Huwa maħsub li l-proġett jiġi approvat għal ko-finanzjament fl-ewwel kwart tal-2013. It-terminu tal-proġett huwa ta’ tlett snin għalkemm hija l-intenzjoni li sakemm huwa possibbli jitlesta qabel dan id-deadline. Il-proċess twal xi ftit għax ġew kkunsidrati żewġ siti differenti u, wara li saru xogħolijiet preparatorji fejn jidħlu disinji u permessi tal-MEPA għar-rigward tal-ewwel sit li ġie kkunsidrat, u li kien jippreżenta ċertu diffikultajiet strutturali u ambjentali, issa qiegħed jiġi studjat post ieħor li, jekk jingħata l-permessi meħtieġa, għandu jkun iktar adattat u jinvolvi spiża kapitali aktar kontenuta u żmien iqsar biex jitlesta.