Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #36874 Sitting 508 2012-10-15 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

ITS — intake ta' studenti ġodda

Question

Tista’ l-Ministru tagħti dettalji dwar l-intake ta’ studenti ġodda fl-Istituzzjoni għall-Istudji Turistiċi (ITS) għas-sena akkademika 2012/2013 ? F’liema kors qegħdin, kemm fil-fatt applikaw u kemm ġew aċċettati? Kemm minn dawn għandhom ċertifikat tal-ECDL u kemm minn dawn għandhom ċertifikat tal-Matrikola f’kull kors?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #36875 Sitting 508 2012-10-15 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

ITS — għalliema full-time u part-time

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’inhuma l-kwalifiċi akkademiċi kollha, kif ukoll l-esperjenza fil-qasam edukattiv u dak tat-turiżmu, tal-lecturers ġodda full-time u part-time li daħlu mal-Istituzzjoni għall-Istudji Turistiċi (ITS) minn din is-sena akkademika ġdida 2012/2013? X'inhu l-complement akkademiku sħiħ tal-ITS issa?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #36876 Sitting 508 2012-10-15 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

ITS — kompożizzjoni tal-Bord tal-Gvernaturi

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’inhi l-kompożizzjoni tal-Bord tal-Gvernaturi tal-Istituzzjoni għall-Istudji Turistiċi (ITS) bħalissa? Dan il-Bord għandu mandat ġdid jew huwa dak li skadielu t-terminu f’Ġunju li għadda? Ġie sostitwit il-membru tal-bord li miet dan is-sajf?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Bord huwa kompost kif ġej: Chairperson: Is-Sra. Claire Zammit Xuereb Deputy Chair: Is-Sur Joe Tanti Membri: Is-Sur Edwin Borg Is-Sur Walter Cassar Is-Sra. Mary Anne Cauchi Dr. Nadia Theuma Dr. Marie Louise Mangion Dr. Angele Attard Dan il-Bord inħatar fit-23 ta’ Lulju 2012 taħt ir-Regolamenti dwar Istituzzjoni għal Studji Turisitċi (Avviż Legali 203 tal-2012), skont ir-regolament 9 tiegħu. Is-Sur Joe Micallef, li kien ukoll maħtur f’Lulju fuq dan il-Bord, ser ikun sostitwit fil-ġimgħat li ġejjin.

nies li minn jirreġistraw inqelbu għall-assistenza soċjali

Question

Jista' l-Ministru jipprovdi rendikont ta’ kemm kienu dawk li nqelbu minn fuq l-għajnuna tal-qgħad, jiġifieri dawk li jirreġistraw taħt part 1 u part 2 għal fuq l-assistenza soċjali minn Settembru 2011 sa Settembru 2012?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta’ persuni li qalbu minn fuq l-Għajnuna tal-Qagħad(UA) , jiġifieri dawk li jirregistraw taħt Part I u Part II għal fuq l-Assistenza Soċjali (SA), għall-perjodu bejn Settembru 2011 u Settembru 2012, kien ta’ 343.

informazzjoni dwar self employed

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm żdiedu s-self employed bejn Jannar 2011 u Settembru 2012? Tista’ tgħid kemm ħaddiema self employed waqqfu l-attività ekonomika tagħhom matul dan il-perjodu, kemm minnhom irtiraw minħabba l-età, kemm irtiraw sabiex isibu impjieg u kemm irtiraw minħabba falliment?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

bord mediku — tabib kadidat

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li professjonijist li jipprattika ta’ tabib, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li huwa kandidat ikkonfermat mal-Partit Nazzjonalista, qed ikun mgħajjat sabiex iservi bħala membru tal-bord mediku magħżul mid-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali? Jista’ wkoll jikkonferma jekk hix etika li bħala kandidat għall-elezzjoni ġenerali jkun iservi f’dawn il-bordijiet?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tabib li qed jagħmel riferenza għaliħ jidher fil-lista’ ta’ 39 Tabbib li huma maħtura taħt l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali biex jagħti parir fuq l-aspett mediku ta’ talbiet li jkunu qed isiru minn applikanti għal benefiċċji soċjali.

Awtorità tad-Djar — safar ta' uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm minn April 2008 sal-aħħar ta' Settembru 2012, sar safar minn uffiċċjali tal-Awtorità tad-Djar, il-grad tal-persuna li approvat kull safra, x'kienet ir-raġuni ta' kull safra, fejn kienet u x'kienet l-ispiża ta' kull safra?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qieghda titpogga fuq il-mejda tal-Kamra.

Awtorità tad-Djar — laqgħat tal-bord

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa' l-bord tal-Awtorità tad-Djar matul din is-sena? F'kull każ, fejn saru dawn il-laqgħat u kemm kienet l-ispiża għal kull laqgħa?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul din is-sena l-bord tal-Awtorita’ tad-Djar ltaqa’ kif gej:- Board Meetings - 2012 Meeting No Month - Venue Cost € 1 January HA Nil 2 February HA Nil 3 March HA Nil 4 April HA Nil 5 May HA Nil 6 June HA Nil 7 July MEUSEC - MCESD Offices - Gozo 307.35 8 August HA Nil 9 September HA Nil 10 October HA Nil

infiq fuq mobile phones

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq mobile phones, inkluz xiri ta' mobile phones u kontijiet, minn April 2008 sal-lum, minn dawk l-uffiċċjali kollha li huma intitolati għalih u li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż awtoritajiet u entitajiet oħra?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija s-segwenti: - Kummissjoni Nazzjonali ghal Promozzjoni tal-Ugwaljanza: kontijiet €3,861.34, xiri ta’ mobile phones: nil - Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Dizabilta’: Kontijiet €8,150.98, xiri ta’ mobile phones: €375 - Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali: kontijiet: €7,964.49 xiri ta’ mobile phones: €544 - Kummissarju ghall-Ghaqdiet Volontarji: nil - MCESD: kontijiet €11,171.47, xiri ta’ mobile phones nil - MEUSAC: kontijiet €7,075.19, xiri ta’ mobile phones €435 - Kummissarju ghat-Tfal: kontijiet €1,694.68, xiri ta’ mobile phones:nil - Fondazzjoni ghall-Harsien tas-Servizzi Socjali: Kontijiet €20,918.18, xiri ta’ mobile phones nil - Dipartiment Standards fil-Harsien Socjali: kontijiet €2,697.56, xiri ta’ mobile phones €186.35 - Awtorita’ tad-Djar: kontijiet €54,328.96, xiri ta’ mobile phones €1,357.36 - Qrati tal-Gustizzja: kontijiet €93,154.04, xiri ta’ mobile phones €3,560.30 - Sigurta’ Socjali: kontijiet €104,925.04 (total jinkludi zieda fid-Diretturi u bejn l-2009 u l-2010 is-Segretarjat Parlamentari ghas-Sahha u ghall-Anzjani), xiri ta’ mobile phones €934

Siġġiewi — kuntrat ta' akkwist tal-propjetà residenzjali

Question

Jista' l-Ministriu jispjega għaliex uħud mir-residenti li joqgħodu fi Triq Salvu Curso u fi Triq in-Nirien fis-Siġġiewi ma rċevewx avviż biex jersqu għall-kuntrat ta' akkwist tal-propjetà residenzjali tagħhom li huma kienu akkwistaw mingħand il-gvern meta oħrajn fl-istess toroq ġew mitluba jagħmlu l-kuntratti ta' akkwist?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-Gvern ghadu kemm iffinalizza l-akkwist ta’ l-art ta’ bosta mill-plots li jinsabu fit-toroq imsemmija. Uhud minn dawn il-plots diga’ gew trasferiti lill-Awtorita’ tad-Djar permezz ta’ Avviz Legali 235/2012 u ghalhekk il-beneficjarji taghhom gew imsejha sabiex jiffirmaw il-kuntratt finali. Plots ohrajn se jigu trasferiti lill-Awtorita’ tad-Djar fil-futur qrib u b’hekk l-Awtorita’ tad-Djar tkun tista ssejjah lilhom ukoll sabiex jiffirmaw il-kuntratt.

żieda fil-pensjoni ta' servizz

Question

Jista' l-Ministru jispjega x'inhuma l-kriterji li abbażi tagħhom tiżdied il-pensjoni ta' servizz meta l-pensjonant jagħlaq 72 sena?

Response (SAID, CHRIS)

Ghandi nifhem li l-Onor Interpellant qed jistaqsi dwar provedimenti fl-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali li jirregolaw ir-revizjoni ta’ pensjoni kontributorja tas-sigurta’ soċjali ta’ persuna meta tagħlaq it-72 sena u mhux dwar ir-rata tal-pensjoni tas-servizz. Ir-rata tal-pensjoni tas-sigurta’ soċjali tiddependi minn ħafna fatturi fosthom il-fatt jekk il-pensjonant ikollux pensjoni tas-servizz. Meta jkun qed jirċievi pensjoni tas-servizz, fil-kalkolu tar-rata tal-pensjoni tas-sigurta’ soċjali, d-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali jieħu konsiderazzjoni tal-pensjoni tas-servizz kollha inkluz il-parti tal-pensjoni li tkun ġiet ikkomutata mill-pensjonant. L-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali fost ħwejjeġ oħra jistipula li fejn ikun hemm parti minn pensjoni tas-servizz kommutata, din għandha tiġi kkunsidrata b’mod sħiħ ħlief għal meta l-pensjonant jagħlaq it-72 sena meta għandha tiġi kkunsidrata biss nofs il-parti tal-pensjoni kommutata. Mela filwaqt li meta l-persuna tkun għalqet il-61 sena tkun ġiet ikkunsidrata l-parti kollha tal-kommutazzjoni ta’ pensjoni tas-servizz, ma’ l-eta’ ta’ 72 sena nofs il-parti kommutata tiġi njorata għal fini tal-kalkolu tar-rata tal-pensjoni tas-sigurta’ soċjali. Kemm il-darba bejn iż-żewġ pensjonijiet (dik tas-sigurta’ soċjali u dik tas-servizz) il-pensjonant ikun qed jirċievi total akbar minn żewġ terzi tad-dħul pensjonabbli jista’ jkun li r-revizjoni ma’ l-eta’ ta’ 72 sena ma tirriżultax fi żieda fil-pensjoni tas-sigurta’ soċjali. Jekk b’riżultat ta’ dan it-tnaqqis il-pensjonant jispiċċa b’total tal-pensjonijiet (jiġifieri l-pensjoni tas-sigurta’ u l-pensjoni tas-servizz mnaqqsa bil-parti kommutata kif imsemmi hawn fuq) li jkun anqas miż-żewġ terzi tad-Dħul Pensjonabbli tiegħu, hemmhekk trid tiżdied il-pensjoni tas-sigurta’ soċjali. Iż-żieda fir-rata tal-pensjoni tas-sigurta’ soċjali trid taċċerta li l-persuna kkonċernata tkun qed tirċievi ta’ lanqas żewġ terzi tad-Dħul Pensjonabbli bejn iż-żewġ pensjonijiet.
Leg 11 PQ #36891 Sitting 508 2012-10-15 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

ħaddiema taċ-ċivil li jitħallsu b'mod differenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma dawk id-dipartimenti tal-gvern fiċ-ċivil kif ukoll fl-entitajiet governattivi oħra (tal-general government) fejn ħaddiema li jagħmlu l-istess xogħol qed jitħallsu rati differenti ta' ħlas għax-xogħol tagħhom? Jekk hemm dipartimenti fejn tipprevali din il-prassi jista' l-Prim Ministru jagħti dettalji tat-tip ta' xogħol u x'inhuma r-rati li qed jitħallsu kull kategorija ta' ħaddiema/impjegati li jagħmlu l-istess tip ta' xogħol imma b'rati differenti ta' ħlas?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-impjegati tas-Servizz Pubbliku huma mħallsa skont is-salarji li jidhru f’Appendiċi ‘I’ tal-Iskeda tal-Gradi fl-Estimi Finanzjarji tas-snin rispettivi, u jaqdu d-dmirijiet tagħhom skont il-grade description relatat mal-grad rispettiv tagħhom. Dawn il-gradi, u s-salarji abbinati magħhom, joħorġu kollha mill-ftehim settorali rispettiv. Jeżistu xi kategoriji ta’ mpjegati, bħan- Nursing Aides u l- Ex-Impressed Drivers li huma mħallsa differenti. Fil-każ tan- Nursing Aides , dawn huma mħallsa skont il-ftehim settorali tagħhom, maqbul bejn il-Gvern u l- Union rispettiva. Fil-każ tal- Ex-Impressed Drivers , dawn kienu ngħataw grad permanenti fis-Servizz Pubbliku, liema grad qabel ma kellhomx. L- Ex-Impressed Drivers jitħallsu s-salarju rispettiv tagħhom kif ukoll allowance tal-karozza u l- fuel li jużaw. Meta paragunat ma’ gradi li jagħmlu l-istess xogħol, id-dħul huwa ogħla. Rigward is-Settur Pubbliku, r-responsabiltajiet u d-dmirijiet ivarjaw bejn entita’ u oħra, anki jekk in-nomenklatura tal-pożizzjoni tkun tidher potenzjalment paragunabbli. It-tip ta’ xogħol ivarja wkoll skont il-funzjoni speċifika ta’ dik l-entita’ partikulari. Peress li l-informazzjoni mitluba fir-rigward tas-Settur Pubbliku tirrikjedi ħafna xogħol, analiżi komparattiva u mpenn konsiderevoli ta' riżorsi umani, ikun aktar għaqli li dan l-impenn jintuża fuq xogħol aktar produttiv.

spezzjoni fuq post

Question

Jista' l-Ministru jgħid issa li l-ħaddiema tal-Awtorità tad-Djar għamlu spezzjoni fuq il-post li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, x'sar minnu dan il-każ?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni tal-applikanta in kwestjoni qegħda proċessata mal-applikazzjoni l-oħra għall-akkommodazzjoni alternattiva. L-Awtorita’ tad-Djar pre¿entament għandha 332 applikazzjoni għall-akkommodazzjoni soċjali minn persuni li joqogħdu ġo post tal-Gvern u li għamlu t-talba tagħhom biex ibiddlu l-post tagħhom.

applikazzjoni għal post tal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn waslet l-applikazzjoni tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li applikat għal post alternattiv quddiem l-Awtorità tad-Djar xi snin ilu?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna in kwestjoni m’għandiex applikazzjoni għall-akkommodazzjoni alternattiva.

spezzjoni fuq post

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-Awtorità tad-Djar qed tinjora t-talba tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, rigward struttura perikoluża li għandu l-imsemmi fond peress li din il-persuna għal diversi drabi għamelet kuntatt mal-awtorita imma kien kollu ta' xejn? Meta se ssir spezzjoni?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorità tad-Djar rceviet it-talba mill-inkwilin fl-10 ta’ Settembru, 2012, u inkludiet din it-talba fil-programm ta’ manutenzjoni taghha.

Applikazzjoni għall-post alternattiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'possibilità hemm li l-persuna lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li applikat għal post alternattiv, tieħu post tal-gvern?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni tal-applikanta in kwestjoni qegħda proċessata mal-applikazzjoni l-oħra għall-akkommodazzjoni alternattiva. Id-dħul tal-applikanta għas-sena 2011 kien jammonta għal €7064.32. Hija tikri post mis-settur privat u tħallas kera ta’ €2,796 fis-sena izda tibbenefika minn sussidju fuq il-kera li jammonta għal €966.69 fis-sena. Il-lokalita’ preferuta tal-applikanta hija Zejtun. L-Awtorita’ tad-Djar prezentament għandha 239 persuna li jibbenefikaw minn sussidju tal-kera izda li wkoll għandhom applikazzjoni għall-akkomodazzjoni alternattiva.
Leg 11 PQ #36896 Sitting 508 2012-10-15 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Intern

Kunsilli lokali — injections tal-influwenza b'xejn

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar min huma l-persuni li huma intolati li jingħataw l-injections tal-influwenza b'xejn mill-kunsilli lokali rispettivi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li din it-tilqima hija intitolata lil dawk il-persuni li huma l-aktar vulnerabbli: 1. kull min għandu iżjed minn 55 sena 2. trabi u tfal ta’ bejn 6 xhur u 5 snin 3. kull min qed ibati minn mard kroniku tal-pulmun, tal-qalb, tal-fwied, tal-kliewi, tad-dijabete u mard relatat mal-immunodefiċjenza bħal HIV jew l-AIDS 4. residenti kollha fl-Istituzzjonijiet. Huma eliġibbli wkoll għat-tilqima: - Professjonisti tas-saħħa u staff ieħor li għandu kuntatt mal-pazjenti - Staff li jaħdem f’istituzzjonijiet u djar tal-anzjani, kif ukoll ir-residenti fid-djar tal-anzjani U dawk li jaħdmu f’dawn l-oqsma: § Korp tal-Pulizija § Forzi Armati § Protezzjoni Ċivili § Ċentri ta’ Detenzjoni u Ċentri miftuħa § Servizzi Veterinarji § Biċċerija § Dipartiment tat-Tindif § Uffiċjali tad-Dwana § Staff u residenti fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin § Studenti li jattendu skejjel għall-persuni b’diżabilità. Persuna inqas minn 55 sena, għandu jippreżenta jew il-kartuna s-safra jew ċertifikat mediku riċenti bhala evidenza ta’ mard kroniku biex jingħata t-tilqima b’xejn. Il-persuni li jkunu rikoverati l-isptar fil-perjodu tal-vaċċinazzjoni jkunu jistgħu jieħdu l-vaċċin l-isptar.

Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji — konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta’ konsulenti Maltin u barranin (individwi jew kumpaniji) li l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta għamlet użu minnhom minn 2008 sal-lum? Jista' jgħid jekk kull servizz mogħti ġiex magħżul wara sejħa għall-offerti jew b'direct order? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw? Għal kemm perjodu ta' żmien kienu ingaġġati? Jekk iżjed minn sena jew term wieħed, għal kemm il-term jew sena mill-ewwel darba li ġew appuntati biex jagħtu dan is-servizz ilhom jagħmlu dan? Kemm kienu il-fees u spejjeż oħra relatati li tħalsu? Jekk il-każ fuq it-terminu ta' żmien li matulu kienu qed jipprovdu dan is-servizz kemm tħalsu globalment fuq medda ta' żmien minn mindu ġew appuntati l-ewwel darba? Kemm kienet ir-rata kull siegħa tal-fees li tħallsu ?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Leg 11 PQ #36898 Sitting 508 2012-10-15 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Intern

kunsilli lokali — żieda ta' skips/bring-in sites

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema mill-kunsilli lokali tas-7-il distrett elettorali, minn l-1 ta' April 2012, sat-30 ta' Settembru 2012, iddeċidew li jżidu l-iskips/bring-in sites li għandhom fil-lokalità tagħhom? F'liema laqgħa tal-kunsill iddeċidew b'kemm jiżdiedu dawn is-sites, u fejn jitqegħdu? Min intgħażel u kif intgħażel il-kuntrattur li se jipprovdi dawn l-istess servizzi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi l-ebda mill-kunsilli lokali illi jiffurmaw parti mis-7 Distrett Elettorali ma żiedu l-iskips u l-bring-in sites, mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Settembru 2012.
Leg 11 PQ #36899 Sitting 508 2012-10-15 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru tal-Intern

kunsilli lokali — żieda ta' skips/bring-in sites

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema mill-kunsilli lokali tal-11-il distrett elettorali, minn l-1 ta' April 2012, sat-30 ta' Settembru 2012, iddeċidew li jżidu l-iskips/bring-in sites li għandhom fil-lokalità tagħhom? F'liema laqgħa tal-kunsill iddeċidew b'kemm jiżdiedu dawn is-sites, u fejn jitqegħdu? Min intgħażel u kif intgħażel il-kuntrattur li se jipprovdi dawn l-istess servizzi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.