Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru public services calls, xahar b'xahar mill-bidu tas-sena fid-diversi dipartimenti, entitajiet u korporazzjonijiet parastatali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Peress li madwar il-post li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament hemm diżlivell u m'hemm ebda lqugħ u peress li dan huwa ta' periklu kbir, jista' l-Ministru jara li dan il-periklu jitneħħa?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi għaddej xogħol ta’ tisbieħ f’dan il-qasam ta’ binjiet b’fondi tal-Awtorità tad-Djar moghtija lill-Kunsill Lokali tar-Rabat, Għawdex. Ix-xoghol qed isir mill-Kunsill Lokali tar-Rabat Ghawdex. L-Awtorità ser tiġbed l-attenzjoni tal-Kunsill Lokali dwar din l-Interpellenza sabiex jittieħdu l-passi neċessarji.
Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew impjegati għalliema ġodda li daħlu jgħallmu fl-iskejjel sekondarji tal-Istat, f'din is-sena skolastika u liema suġġetti qed jgħallmu suġġett suġġett?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Riċetti għall-mediċini miġjuba permezz tal-internet
Question
Jista' l-Ministru jgħid xi struzzjonijiet għandhom it-tobba Maltin dwar riċetti ta' mediċini li individwi jistgħu jġibu permezz tal-internet iżda minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea? Jista' jgħid jekk dawn l-istruzzjonijiet, jekk jeżistu humiex iddettati minn direttivi jew regolamenti tal-Unjoni Ewropea jew inkella humiex stabbiliti mill-awtoritajiet lokali? Jekk huma stabbiliti mill-Unjoni Ewropea, liema huma dawn id-direttivi jew regolament, jew jekk huma stabbiliti minn awtoritajiet lokali, liema awtoritajiet stabbilithom u għaliex?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li is-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika ma ħareġ l-ebda struzzjonijiet lit-tobba Maltin dwar ħruġ ta’ riċetti għall-medicini li individwi jistgħu iġibu permezz tal-internet. Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika kien ħareg circolari DH 276/2011 it-tobba u dentisti f’Diċembru tas-sena l-oħra fejn fakkarhom fl-obbligi u r-responsabbiltajiet tagħhom meta joħorġu riċetti għal prodotti importati għall-użu personali.
L-Awtoriotajiet tas-Saħħa dejjem saħqu mal-pubbliku l-ħtieġa li wieħed joqgħod attent meta jixtri mediċini minn fuq l-internet u dejjem skoraġġixxa dan minħabba raġunijiet ta’ sigurta`, kwalita` u effiċjenza tal-mediċini mixtrija.
Ma hemm l-ebda direttivi tal-Unjoni Ewropeja dwar dan.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inqabdu ħabsin taħt l-effett tad-droga din is-sena, xahar b'xahar b'mod separat? Kemm minnhom tressqu l-Qorti? F'liema diviżjoni jew sezzjoni nstabet id-droga f'kull każ? Jista' jgħid kemm kien hemm priġunieri li rrifjutaw li jagħmlu t-test tal-urina?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba hija skont kif elenkata fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. In-notamenti jispjegaw il-figuri relattivi u huma korretti sal-5 ta’ Ottubru 2012.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li nqabdu jippruvaw idaħħlu xi ħaġa projbità fil-ħabs din is-sena, xahar b'xahar, b'mod separat u x'kienu l-affarijiet li ppruvaw idaħħlu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba hija kif elenkata fit-tabella ta’ hawn taħt:
Xahar
Numru
Oġġetti misjuba
2012
ta’ persuni
Jannar
1
Telefon celullari
Frar
0
Marzu
0
April
5
Drogi X 5
Mejju
0
Ġunju
0
Lulju
3
Drogi X 2 u Alkool
Awwissu
1
Drogi
Settembru
1
Drogi
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm priġunieri llum fil-ħabs wara li ġew mogħtija pieni mill-Qorti? Kemm minn dawn kienu hemm għal aktar minn darba u kemm-il darba kienu diġà hemm?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi numru ta priġunieri, li illum (08/10/2012), qed jiskontaw piena ta’ priġunerija huwa 407.
Numru ta’ drabi fil-FKK
Numru ta’ priġunieri
1
225
2
71
3
17
4
19
5
20
6
19
7
9
8
6
9
5
10
1
11
6
12
3
13
2
15
1
17
2
19
1
Jista' l- Ministru jgħarraf lil din il-Kamra jekk minn meta ġie nominat minn din il-Kamra fit-12 ta' Diċembru 2005 sat-30 ta' Settembru 2012 l-Ombudsman li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament qatt ġiex appuntat u serva bħala arbitru f'arbitraġġi taħt l-Awtorità tal-Malta Arbitration Centre u/jew jekk matul dan il-perjodu għamilx kwalunkwe xogħol ieħor konness mal-qasam tal-arbitraġġi li ġie assenjat lilu mill-Malta Arbitration Centre?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-perjodu indikat, l-Ombudsman gie appuntat bhala arbitru mill-partijiet fi tmien (8) kazi ta’ arbitragg kif ukoll ma ghamel l-ebda xoghol iehor konness mal-qasam tal-arbitraggi li gie assenjat lilu minn dan ic-Centru.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess ta' għoti ta' kuntratti għal flood relief project fi Triq Wied il-Għajn u ż-żona ta' Ħaż-Żabbar?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-process tal-evalwazzjoni ta’ l-offerti għall-kuntratt tal-flood relief ta’ Ħaz-Żabbar u Wied il-Għajn issa tlesta kollu u r-rakkomandazzjoni tal-bord ta’ evalwazzjoni ġiet sottomessa lill General Contracts Committee.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huwa n-numru totali ta' immigranti li ġew Malta matul dawn l-aħħar għaxar snin? Kemm huwa n-numru ta' tfal u żgħażagħ, mill-età tat-twelid sal-età ta' 18-il sena, ta' immigranti ġew Malta matul dawn l-aħħar għaxar snin? Hemm xi stima uffiċjali ta' kemm huwa proġettat li jkun hawn barranin (inklużi immigranti) residenti f'Malta fis-sena 2050? Ta' liema pajjiż huwa l-ikbar grupp ta' immigranti f'pajjiżna bħalissa ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar, din it-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.
Kunsill lokali ta' Ħal Lija — kwestjonijiet rigward impjieg
Question
Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra rapport ippreparat mill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament dwar issues relatati ma' impjieg fil-Kunsill Lokali ta' Ħal Lija? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella fejn juri l-qligħ jew it-telf li għamel il-Kunsill Lokali ta' Birkirkara mill-ewwel sena operattiva tiegħu sal-lum? Jista' jagħti r-raġuni għalfejn baqa jkun imġedded l-impjieg tal-Aġent Segretarju Eżekuttiv fil-Kunsill Lokali ta' Ħal Lija minkejja li instab li dan bosta drabi ma mexiex mal-liġi li tirregola l-istess kunsilli?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li r-rapport li qed tirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant ġie kompilat mill-uffiċjal inkarigat iżda għadu qed jiġi finalizzat fid-Dipartiment konċernat. Irid jiġi konsultat ukoll il-Kummissarju tal-Protezzjoni tad-Data qabel jiġi ċirkolat. Wara li jkun diskuss internament fid-Dipartiment, se jgħaddi għand il-partijiet konċernati, inkluż l-Uffiċċju tal-Ombdusman. M’għandix diffikulta li jitpoġġa wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra.
Infurmat wkoll li l-Aġent Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Lija nħatar għal perjodu speċifiku, u ossija sakemm jinħatar Segretarju Eżekuttiv permanenti. Id-Dipartiment għall-Gvern Lokali talab lill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Lija biex jipproċedi bl-għażla fl-iqsar żmien possibbli.
Intant ninforma lill-Onorevoli Interpellant li nkun nista’ npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni rikjesta dwar il-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara hekk kif din tkun kumpilata.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm skemi u/jew arranġamenti viġenti applikabbli għall-anzjani li jiġu riferuti lid-djar tal-anzjani privati u jagħti d-dettalji tagħhom u jgħid kemm persuni qed juzfruwixxu minn dawn l-iskemi u f'liema dar privata qiegħdin kemm f'Malta u kemm f'Għawdex?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet riferuti lill-avukati tat-tfal f'din l-aħħar sena kull avukat separatament kemm fil-qorti Malta u kif ukoll f'Għawdex?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba bejn it-8 t'Ottubru 2011 u t-8 t'Ottubru 2012, kien hemm s-segwenti nomini lill-avukatitat-tfal:
Qorti Civili u Tribunali (Malta)
Dr Tanya Sammut Catania – 10
Dr Stephanie Galea - 10
Dr Mary Muscat – 4
Qorti ta’ Ghawdex
F’din l-aħħar sena kien hemm każ wieħed fil-Qorti ta’ Għawdex riferut lill-avukat tat-tfal.
Peress li ripetutament qed ikun hemm ilmenti rigward nuqqas ta' parkeġġ għall-utenti tac-CDAU u anke minħabba ċ-ċitazzjonijiet li qed jingħataw in konsegwenza ta' dan, jista' l-Ministru jara kif din is-sitwazzjoni tiġi indirizzata?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li hemm 6 spazji riservati esklussivament għall-persuni li jużaw is-servizz ta’ CDAU. Ta’ min wieħed jinnota li mill-Isptar San Luqa illum hemm joperaw ħafna entitajiet oħra fosthom l-Isptar ta’ Rijabilitazzjoni Karen Grech u il-Klinika tal-Fiżjoterapija u l-Malta Enterprise u allura fl-allokazzjoni tal-parkeġġi wieħed irid jikkunsidra il-bżonnijiet ta’ dawn l-entitajiet ukoll.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet f'din l-aħħar sena minn impjegati nisa Għadwxin li jaħdmu fis-settur pubbliku f'Malta sabiex jiġu trasferiti proviżorjament lejn Għawdex minħabba t-tqala tagħhom u jgħid kemm damu jistennew sabiex it-talba tagħhom tiġi proċessata?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li kull talba għal trasferiment proviżorju lejn Għawdex, minħabba tqala, minn impjegati nisa Għawdxin li jaħdmu fl-Amministrazzjoni Pubblika f'Malta, dejjem tingħata prijorità, kemm fid-dawl tas-saħħa u s-sigurtà tal-persuna konċernata kif ukoll tat-tqala tagħha. F’dan ir-rigward ninsab infurmat li fl-aħħar 12-il xahar kien hemm 31 talba li kollha ġew milqugħa. Dawn it-talbiet kienu jappartjenu għal-tlett Ministeri partikulari li huma, l-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol, il-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità u l-Ministeru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja.
It-talbiet fil-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità, kif ukoll fil-Ministeru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja, ħadu medja ta’ ġimgħatejn sabiex jiġu pproċessati u konklużi. Fil-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol, il-medja kienet ta’ madwar xahrejn. Dan jirriżulta minħabba l-fatt li s-sostituzzjoni tal-għalliema/
Learning Support Assistants/Kindergarten Assistants
mhux dejjem tkun immedjatament possibbli, speċjalment meta t-talbiet isiru lejn tmiem is-sena skolastika.
Ħaż-Żabbar — Triq Dun Salv Sciberras - ranġar ta' triq
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir Triq Dun Salv Sciberras ġewwa Ħaż-Żabbar minħabba li tinstab fi stat ħażin u għadha qatt ma saret u wara li suppost diġà inbeda x-xogħol fuqha għax twaħħlu t-tabelli minn Transport Malta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Triq Dun Salv Sciberras, f'Ħaż-Żabbar hija parti mill-programm tax-xogħlijiet ta' Transport Malta.
Infurmat ukoll li fil-fatt kien diġa' nħareġ
tender
iżda l-kuntrattur li rebaħ it-
tender
ma resaqx għall-iffirmar tal-kuntratt. Minħabba f'hekk se jkollha tinħareġ sejħa ġdida għall-offerti fil-ġimgħat li ġejjin.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk ġiex individwat il-post fejn jista’ jinbena l-kampus il-ġdid tal-Istitutzzjoni għall-Istudji Turistiċi (ITS)? F’liema fażi wasal il-proċess biex dan jinbena? Kemm saru spejjeż s’issa biex isir il-concept model u jibda l-proċess?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Is-sit indikat għall-bini tal-kampus il-ġdid tal-ITS huwa bejn l-iskola primarja l-ġdida ta’ Pembroke u ċ-Ċentru tar-Riżors ta’ San Miguel. Ma saru l-ebda spejjez biex sar il-concept model peress li x-xogħol sar mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta ’Għada li lilha ġie assenjat il-proġett. S’issa qed jiġu ffinalizzati l-pjanti sabiex tiġi issottomessa l-applikazzjoni l-MEPA.