Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern hux se jagħti għajnuna lil bdiewa li ġarrbu ħsarat kbar fil-maltempata li laqtet lill-pajjiżna ftit tal-ġimgħat ilu? Jekk fl-affermattiv, inħarġet is-sejħa għall-għoti ta' għajnuna u jekk iva, kemm daħlu talbiet s'issa?
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux il-prattika li l-Awtorità għar-Riżorsi ta' Malta tikkonsulta mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili qabel ma jinħarġu permessi għat-tankijiet tal-gass li jintradmu fil-front gardens tar-residenzi peress li dawk jistgħu jkunu ta' periklu kbir għal ġirien kif ukoll għall-persuni li jkunu mixjin fil-viċinanza?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi ma toħroġ l-ebda permess għal żvilupp għall-istallazzjoni ta’ tankijiet tal-gass fil-front gardens.
Permessi għal żvilupp jinħarġu mill-Awtorità ta’ Malta għall-Ambjent u l-Ippjanar. Għaldaqstant nistieden lill-Onorevoli Interpellant jressaq il-Mistoqsija Parlamentari lill- Onorevoli Ministru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura li hu responsabbli mill-Awtorità ta’ Malta għall-Ambjent u l-Ippjanar.
San Pawl il-Baħar — Triq Jean de la Cassiere - xogħlijiet
Question
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex l-aħħar parti ta' Triq Jean de la Cassiere f'San Pawl il-Baħar tingħata wiċċ biex l-aċċess li hemm nieqes ikun jista' jinfetaħ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li sabiex jinfetaħ l-aċċess li hemm nieqes tal-aħħar parti ta’ din it-triq, it-triq trid tiġi ffurmata mis-sidien tal-art ta’ din il-parti ta’ triq. Madankollu, Transport Malta ġiet infurmata li fl-istess triq, hemm parti oħra li hija diġa' ffurmata u għalhekk din il-parti ġiet inkluża fil-lista sottomessa mill-Kunsill Lokali sabiex tiġi kkunsidrata fil-programm tax-xogħlijiet li jmiss.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jitlesta x-xogħol fuq it-toroq arterjali fl-inħawi tal-Mellieħa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħol fuq it-toroq arterjali fl-inħawi tal-Mellieħa mistenni jitlesta hekk kif ġej:
Triq
Meta mistenni li jitlesta x-xogħol
Triq il-Marfa, Ċirkewwa / Mellieħa
Ottubru 2012
(“
snags”
mhux inklużii)
Mellieħa Bypass, Mellieħa
Jannar / Frar 2013
(“
snags”
mhux inklużii)
Tista' l-Ministru tgħid għaliex tifel li qed imur is-sekondarja tal-Mosta taż-Żokrija li tispiċċa fis-2:35pm, qed jasal id-dar fl-3:45pm meta joqgħod il-Mosta stess bit-trasport provdut mis-sistema edukattiva?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Din is-sitwazzjoni kienet ġiet riżolta ftit jiem wara l-bidu tas-sena skolastika.
Jista' l-Ministru jieħu passi ħalli Triq Ħal Far u cioè dik li tieħdok għal Għar Ħasan tiġi mdawla?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi r-responsabbilita ta’ liema toroq jiġu mdawla kienet għaddiet f’idejn il-Kunsilli Lokali jew Transport Malta fil-kas ta’ toroq arterjali.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — infiq fuq fuel
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali ta' flus għall-fuel/petrol/diesel li jintuża mill-Ministeru matul l-ewwel għaxar xhur tas-sena 2012? Jista' jipprovdi informazzjoni separata għal dik li hija l-istess ċifra għad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — infiq fuq fuel
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali ta' flus għall-fuel/petrol/diesel li jintuża mill-Ministeru matul l-ewwel għaxar xhur tas-sena 2012? Jista' jipprovdi informazzjoni separata għal dik li hija l-istess ċifra għad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — infiq fuq fuel
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali ta' flus għall-fuel/petrol/diesel li jintuża mill-Ministeru matul l-ewwel għaxar xhur tas-sena 2012? Jista' jipprovdi informazzjoni separata għal dik li hija l-istess ċifra għad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-nefqa għal fuel/petrol/diesel li jintuża mill-Ministeru u entitatjiet taħt dan id-dikasteru sa l-aħħar ta’ Settembru kienet ta’ €1,113,635.68, niġbidlu l-attenzjoni li n-nefqa għax-xahar ta’ Ottubru (l-għaxar xahar) tkun biss magħrufa wara it-tmiem tax-xahar. Din il-figura tinkludi kemm il-konsum minn vetturi, trukkijiet u inġenji, kif ukoll minn impjant, bħall ma huwa generator.
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bl-informazzjoni dettaljata kif mitluba.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — infiq fuq fuel
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali ta' flus għall-fuel/petrol/diesel li jintuża mill-Ministeru matul l-ewwel għaxar xhur tas-sena 2012? Jista' jipprovdi informazzjoni separata għal dik li hija l-istess ċifra għad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali ta' flus għall-fuel/petrol/diesel li jintuża mill-Ministeru matul l-ewwel għaxar xhur tas-sena 2012? Jista' jipprovdi informazzjoni separata għal dik li hija l-istess ċifra għad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt:
Ministry€1,696.69
Permanent Secretary€7,683.63
Malta Security Services€17,225.83
OMAS€885.06
Refugee Commissioner€1,253.94
Detention Service€21,198.67
Civil Protection€86,830.68
CCF€25,207.00
Probation & Parole€1,465.15
Police€566,181.00
AWAS€27,765.95
Local Govt€2,596.58
National Identity Management€3,496.00
€763,486.18
(Ara dokument Nru. 10711 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f’Seduta 510 tal-Erbgħa, 17 ta’ Ottubru 2012)
Ministeru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja — infiq fuq fuel
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali ta' flus għall-fuel/petrol/diesel li jintuża mill-Ministeru matul l-ewwel għaxar xhur tas-sena 2012? Jista' jipprovdi informazzjoni separata għal dik li hija l-istess ċifra għad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli iNterpellant li l-informazzjoni mitluba hija s-segwenti:
- Kunsill Nazzjonali Persuni b’Dizabilta’: €1,843.96
- Fondazzjoni ghas-Servizzi tal-Harsien Socjali li jinkludi l-Agenziji Sedqa, Appogg, Sapport u Day Centres ghall-Persuni b’dizabilta’: €134,807
- MEUSAC: €3,773.54
- Kummissarju ghall-Ghaqdiet Volontarji: nil
- Awtorita’ tad-Djar: €21,297.14
- Kummissarju ghat-Tfal: €1,071.34
- Dipartiment Standards fil-Harsien Socjali: €2,462.34
- MCESD: €4,623.10
- Qrati tal-Gustizzja: €79,198.07
- Kummissjoni Nazzjonali ghal Promozzjoni tal-Ugwaljanza: €1,435.32
- Dipartiment ghar-Relazzjonijiet Industrijali: €1,723.90
- Dipartiment Standards fil-Harsien Socjali: €2,762.50
- Sigurta’ Socjali: €16,261.29
- Kummissjoni ghal Vjolenza Domestika: nil
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema fiċ-Ċivil kollu li ġew offruti boroż ta' studju matul is-snin 2009, 2010, 2011 u 2012? F'liema settur kienu dawn il-boroż ta' studju u kemm minn dawn il-ħaddiema lestew dan il-korsijiet b'suċċess?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm ommijiet maċ-Ċivil li talbu flexihours matul is-snin 2009, 2010, 2011 u 2012 u kemm minn dawn il-ommijiet fil-fatt ingħataw din l-faċilità?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li bejn l-2009 u l-2012, minn 543 talba ġew approvati 99.6% minnhom. Din l-istatistika ma tinkludix il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali , pero infurmat li għalkemm il-ministeru ma jżommx din l-istatistika, kull talba li ssodisfat il-verifika meħtieġa, ġiet aċċettata. Għaldaqstant, wieħed jista’ jgħid li, fil-maġġoranza assoluta tal-każi, t-talbiet kollha jiġu approvati, skont il-politika tal-Gvern favur il-familja.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni li għandhom bżonnijiet speċjali u li huma impjegati maċ-Ċivil? Jista' jgħid ma' liema sezzjoni qed jaħdmu u jekk teżistix vakanza biex persuni b'dawn il-bżonnijiet jiġu ingaġġati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li bħalissa hemm 311-il persuna reġistrati mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità (KNPD) li qegħdin jaħdmu fis-Servizz Pubbliku.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi n-numru ta’ dawn il-persuni, maqsumin skont il-Ministeri li qegħdin fihom.
Vakanzi għal persuni bi bżonnijiet speċjali jimtlew minn żmien għal żmien, skont ir-Reġistru ta’ Persuni b’Diżabilità miżmum mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (ETC). Persuni reġistrati mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità (KNPD) jistgħu japplikaw ukoll għal kull sejħa t’applikazzjoni biex jimtlew vakanzi fis-Servizz Pubbliku, mingħajr ma jkollhom ir-rekwiżiti kollha ta’ eliġibilità, diment li jkunu jistgħu jwettqu l-biċċa l-kbira tad-dmirijiet indikati.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu maċ-Ċivil kollu? Kemm hemm irġiel u nisa? F'liema age bracket jaqgħu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li bħalissa hemm 29,131 impjegat fis-Servizz Pubbliku.
Dettalji ta’ kif hu maqsum dan it-total bejn irġiel u nisa, u l-
age bracket
li jaqgħu fih, hu kif ġej:
Age bracket
Irġiel
Nisa
Total
Anqas minn 20 sena
19
21
40
Bejn 20 u 29 sena
1556
3096
4652
Bejn 30 u 39 sena
2833
4208
7041
Bejn 40 u 49 sena
5362
3460
8822
Bejn 50 u 59 sena
5232
2393
7625
60 sena u aktar
683
268
951
Total
15685
13446
29131
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm għandu kuntratti ma' kuntratturi privati li qed jagħmlu xogħol għall-istat fit-tindif, sigurat, xogħol klarikali u jekk għandu xi kuntratti oħrajn, jista' jsemmihom? Jista' jsemmi kemm dawn il-kuntratturi qed iħaddmu nies magħhom kumpanija kumpanija?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Naprezza jekk l-Onorevoli Interpellant jikkjarifika x’jixtieq ifisser bil-kelma ‘għall-istat’ sabiex inkun nista’ nitlob lill-uffiċjali kkonċernati jiġbru l-informazzjoni rikjesta.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-culverts ta' triq il-Meril, f'Ħad-Dingli ma sarux u saru fi Triq Claudette Agius f'Ħad Dingli?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li oriġinarjament kellhom isiru żewġ culverts. Wieħed minnhom kien maħsub biex jieħu l-ilma li kien se jidħol fi Triq il-Merill. Madanakollu waqt li x-xogħol kien għaddej, instab li jkun aħjar jekk isir culvert ieħor fi Triq il-Merill u Transport Malta qed tħejji pjan biex dan isir.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il promotion ingħatat mill-2010 sal-lum fi Transport Malta u x’wassal sabiex jiġu mogħtija dawn il-promotions? Jista' jipprovdi l-lista ta' dawn il-persuni flimkien mal-gradi u kwalifiki li kienu jinħtieġu għal dawn is-sejħiet? Jista' jindika f'liema dipartimenti jesegwixxu xogħolhom? Jista' jipprovdi l-lista ta' dawk il-persuni li kienu responsabbli mill-interviews u jgħid fuq liema bażi u/jew kriterji ġew magħżula? Min kienu dawk il-persuni li kienu involuti fl-għażla tal-individwi fejn imbagħad ġew mogħtija l-pożizzjoni minnhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.