Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #38673 Sitting 532 2012-12-04 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO PRECA To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali t'Għawdex — overtime li għadu ma tħallasx

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex il-ħlas tal-overtime għax-xogħol li sar u qed isir fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex ilu minn Frar 2012 ma jitħallas? Meta se jitħallas? Kemm hemm flus pendenti li għandhom jitħallsu? Kemm hemm impjegati milquta?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-ħlasijiet pendenti sa Settembru 2012 jammontaw għal €204,856 u l-impjegati konċernati huma 158. Dawn l-ammonti ser jitħallsu dalwaqt.

Impjeig skont id-delega ta' ċertu setgħat

Question

B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 33572 u 34816 rispettivament dwar xogħol li qiegħed jagħmel ex ufficjal pubbliku li rtira sena u seba’ xhur ilu mill-gradi tan-nursing li deher qiegħed iqassam il-mediċini f'paġna 3 ta' ktejjeb maħruġ mis-Segretarjat għall-Anzjani u Kura fil-Kommunità bl-isem 'Minn Qalbna... Għalik', jista' l-Ministru jikkonforma jekk ir-responsabbiltajiet u obbligi delegati lil dan l-individwu bħala uffiċjali pubbliku irtirat humiex marbuta strettament ma' uffiċċju pubbliku mhux għola minn dak ta' staff nurse skont ma tipprovdi d-delega ta' ċerti setgħat dwar is-servizz pubbliku mogħtija mill-Prim Ministru fl-4 ta' April 2009 bil-għan li jittaffa n-nuqqas akut ta' ħaddiema kwalifikati fil-qasam tan-nursing? Fiex tikkonsisti l-għajnuna li l-Ministru qal li qed jaghti dan l-individwu fit-tħejjija tan-night shelter ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paul? F’dan ir-rigward, jista' jikkonferma jekk dan l-individwu fil-verità qattx wettaq xogħol ta’ koordinazzjoni tas-servizzi għan-nies li jgħixu fil-komunità kif wkoll assessments kliniċi tal-anzjani li jgħixu fil-komunità kif jingħad fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 33572? Jista' jgħid jekk dan l-individwu minflok għamilx xogħol ta’ sorveljanza fuq siti ta’ kostruzzjoni li m’għandu x’jaqsmu xejn mar-responsabbiltajiet u obbligi marbuta ma' uffiċċju pubbliku mhux għola minn dak ta' staff nurse? Jista' jgħid jekk dan l-aħħar dan l-individwu kienx involut f’każ ta’ vjolenza fiżika ma’ ħaddiem tal-kostruzzjoni fir-Residenza San Vinċenz de Paul?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-individwu ġie mitlub biex jagħmel xogħol ta’ koordinazzjoni kemm fin-night shelter kif ukoll ġewwa waħda mis-swali tar-Residenza ta’ San Viċenz de Paul. F’facilitajiet bħal dawn huwa kruċjali li jkun hemm nursing input, dan biex jingħata servizz adekwat ta’ kura. Ma jirrizultax li l-individwu kien involut f’argument ma ħaddiem tal-kostruzzjoni. Kien hemm argument ma s upervisor li dwaru sar rapport lill-pulizija.

Manager Nursing Services — intervista silettiva

Question

B’referenza għat-tweġieba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 34714 mill-Ministru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità, jista' l-Prim Ministru jgħid xi kwalifiki f'livell Universitarju ta’ Ċertifikat u Diploma, f'livell Universitarju ta' Grad ta' Baċċellerat, Master u Dottorat, jew f'xi forma oħra, kienu ġew sottomessi mit-tliet kandidati rispettivi li qagħdu għall-intervista silettiva għall-mili ta’ post fuq bażi temporanja dahar ma’ dahar ta’ Manager Nursing Services mal-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità, liema post ir-riżultat tal-intervista silettiva għall-mili tiegħu kien ġie ppubblikat mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku nhar il-Ħamis, 3 ta' Mejju 2012, u kien jaqa' taħt ir-Regolament 3(b)(4)(a) tal-Avviż Legali 239/2008 dwar Kuntratti ta' Servizz għal Terminu ta' Żmien Fiss u riklamat mill-Uffiċċju tar-Riżorsi Umani fl-Amministrazzjoni Pubblika permezz PAHRO Circular No 3/2012 datata t-13 ta' Jannar 2012? Barra minnhekk kemm kellu snin ta’ esperjenza kull wieħed mit-tliet kandidati rispettivi fil-grad ta’ Departmental Nursing Manager li minnu kienu ġew mistiedena l-applikazzjonijiet għall-mili tal-post imsemmi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Rabat Għawdex — Skola Sir Arturo Mercieca - Zebra Crossing

Question

Peress li ż-zebra crossing ta' quddiem l-iskola primarja Sir Arturo Mercieca fir-Rabat, Għawdex għandha bżonn tinżebaħ, jista' l-Ministru jara li din tinżebaħ immedjatamanet?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li z-zebra crossing ta' quddiem l-iskola primarja Sir Arturo Mercieca fir-Rabat, ġiet miżbugħa fil-ġranet li għaddew.

Foundation for Social Welfare Services — nies impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati nies mal-Foundation for Social Welfare Services f'dawn l-aħħar sitt xhur u liema postijiet ġew mimlija?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru totali ta’ rekluti godda fi hdan il-Fondazzjoni ghal Servizzi ta’ Harsien Socjali u l-entitajiet taghha matul l-ahhar 6 xhur kien ta 49. Il-kateogriji ta’ hawn taht kienu mimlija: Part-Time jew Full-Time Nomenklatura Full-Time ACCOUNTS EXECUTIVE Full-Time ASSISTANT MANAGER Part-Time CUSTOMER CARE / CLERK Part-Time DRIVER/MESSENGER II Full-Time EXECUTIVE SECRETARY Full-Time JUNIOR PSYCHOLOGIST Full-Time PROFESSIONAL SUPPORT WORKER Part-Time PREVENTION FACILITATOR Part-Time SOCIAL WORKER Full-Time SOCIAL WORKER Full-Time SUPPORT WORKER Part-Time SUPPORT WORKER

Xemxija sal-Manikata — bus stop

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm xi żviluppp dwar il-ħtieġa li jiġi mqiegħed bus stop/bus shelter fit-triq li mix-Xemxija tagħti għall-Manikata fl-inħawi magħruf bħala Għajn Stas/Ta' Rkuplu, fejn minkejja li joqogħdu diversi persuni m'hemmx la bus stop u wisq inqas bus shelter?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Arriva — kompożizzjoni tal-flotta

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-kompożizzjoni tal-flotta tal-karozzi tal-Arriva kif ingħata fir-risposta parlamentari riċenti hix kif kienet miftiehma oriġinarjament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

San Pawl il-Baħar — servizz tat-trasport pubbliku

Question

Billi ripetutament qed nibqa' nirċievi ilmenti minn residenti fiċ-ċentru ta' San Pawl il-Baħar li minkejja t-titjib li sar fuq ir-rotot li jaqdu dawn l-inħawi xorta qed ikun hemm ħinijiet matul il-ġurnata li fihom ikollhom jistennew għal ħin twil, kemm fid-direzzjoni tal-Belt kif ukoll fid-direzzjoni tax-Xemxija, jista' l-Ministru jara li din is-sitwazzjoni tiġi indirizzata?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Selmun Palace Hotel — konċessjoni u bejgħ

Question

Billi persuni li jiffrekwentaw l-inħawi ta' Selmun qed jinkwetaw dwar il-fatt li l-lukanda Selmun Palace hi magħluqa, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif qed jigi assigurat li dan il-post jiġi mħares sew? Minbarra hekk, jista' jagħti tagħrif dwar jekk it-torri ta' Selmun innifsu hux mistenni li jkun parti minn xi konċessjoni/ bejgħ li għad jista' jkun hemm, inkella le?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f'seduta oħra.

AAT Diploma in Accounting — studenti bla għalliem

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex il-kors fl-MCAST tal-AAT Diploma in Accounting ilhom bla għalliem tal-Ingliż mill-bidu tas-sena skolastika?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Fil-bidu tas-sena akkademika kien jeħtieġ li jiġu impjegati għadd ta’ għalliema tal-Ingliż ġodda. Fis-sajf saru l-intervisti meħtieġa. Il-persuna li ntgħażlet u ġiet allokata għall-istudenti tal-kors imsemmi għall-ewwel uriet interess fil-post u talbet għal xi ġimgħat ta’ ‘notice’. Iżda waqt dawn il-ġimgħat, din l-għalliema infurmat lill-MCAST li m’għadiex interessata fl-impjieg. L-MCAST minnufih beda proċess biex jingaġġa persuna oħra għal dan ix-xogħol. L-għalliema l-ġdida bdiet il-lezzjonijiet b’mod regolari din il-ġimgħa. Minkejja din id-diffikulta’ li l-MCAST ma kellux kontroll fuqha, l-istudenti xorta waħda se jieħdu l-lezzjonijiet kollha tal-Ingliż hekk kif ippjanati għalihom bħala parti mill-kors.
Leg 11 PQ #38253 Sitting 531 2012-12-03 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — materjal informattiv

Question

Tista' l-Ministru tgħid xi spejjeż ta' materjal informattiv bħal billboards, flyers, materjal printjat, fuljetti u reklami oħrajn fil-ġurnali u fil-mezzi tax-xandir għamel il-ministeru tagħha matul ix-xhur minn Jannar sa Ottubru 2012?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol — materjal informattiv

Question

Tista' l-Ministru tgħid xi spejjeż ta' materjal informattiv bħal billboards, flyers, materjal printjat, fuljetti u reklami oħrajn fil-ġurnali u fil-mezzi tax-xandir għamel il-ministeru tagħha matul ix-xhur minn Jannar sa Ottubru 2012?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — spejjes ta' mobile phones u fuel għall-karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi spejjes ta' mobile phones u fuel għall-karozzi tiegħu għamel il-ministeru tiegħu matul ix-xhur minn Jannar sa Ottubru 2012?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura — Spejjeż ta' Mobile phones u fuel għall-karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi spejjeż ta' mobile phones u fuel għall-karozzi tiegħu għamel il-ministeru tiegħu matul ix-xhur minn Jannar sa Ottubru 2012?

Response (MARCO, MARIO DE)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi l-Ekonomija u Investiment — spejjeż ta' mobile phones u fuel għall-karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi spejjeż ta' mobile phones u fuel għall-karozzi tiegħu għamel il-ministeru tiegħu matul ix-xhur minn Jannar sa Ottubru 2012?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — spejjeż ta' mobile phones u fuels għall-karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi spejjeż ta' mobile phones u fuel għall-karozzi tiegħu għamel il-ministeru tiegħu matul ix-xhur minn Jannar sa Ottubru 2012?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ispiża ta' mobile phones minn Jannar sa Ottubru ta' din is-sena kienet €26,093 mill-uffiċjali awtoriżżati f'Malta u €105,798 mill-uffiċjali awtoriżżati fl-Ambaxxati. L-ispiża ta' fuel matul l-istess xhur kienet €21,275 għal Malta u €48,803 għall-Ambaxxati.

Sptar Mater Dei — pazjenti fil kurituri

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 33495 u 33113 u jgħid kemm irriżulta li kien hemm pazjenti li spiċċaw fil-kurituri tas-swali fl-Isptar Mater Dei, kawża li ma kienx hemm kmamar fejn jakkomodawhom matul l-2008, 2009 u 2010 ?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li skont il-Hospital Activity Report tal-Patient Administration System tal-Isptar Mater Dei, pazjenti bdew jiġu rreġistrati li ddaħħlu fil-Paediatric Corridor Area minn Frar ta’ 2010. Għalhekk ma nistgħux nagħtu din l-informazzjoni dwar 2008 u 2009. Fis-sena 2010 kien hemm 283 pazjent li kienu akkommodati fil- Paediatric Corridor Area sakemm iddaħħlu ġewwa sala.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — persuni li ħadu promozzjoni jew inbidlitilhom id-designazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29621 u jagħti lista ta' dawk in-nies fid-dekasteru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu li ħadu promozzjoni u/jew inbidlitilhom id-desinjazzjoni tax-xogħol tagħhom mis-sena 2008 sal-lum? Jista' jindika wkoll is-salarju, l-pożizzjoni u l-benefiċċji li kellu/kellha qabel il-promozzjoni u wara l-promozzjoni? Min kienet il-persuna/persuni fid-deċiżjoni tal-promozzjoni u dawk li kienu fuq l-interviewing board? Jista' jindika kemm hu numru ta' pożizzjoniet li qed jippjana li jirrevedi fit-tliet snin li ġejjin?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Chairman u CEO — Benefiċċji u flus

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36494 u jikkonferma jekk ingħatawx xi flus jew benefiċċji oħra liċ-Chairmen u lis-CEOs preċedenti b'relevanza tar-riżenja tagħhom? Jekk fl-affermativ, jista' jagħti dettalji tal-beneffiċji/flus li ngħataw filwaqt li jindika jekk ir-riżenja kinetx b'mod voluntarju u mingħajr pressjoni politika/ministerjali?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li fil-każ tal-Awtorita' Marittima ta’ Malta ngħata kumpens ta’ €52,526 lis-CEO preċedenti b’relazzjoni mar-riżenja tiegħu fis-sena 2009. Fil-każ tal-Awtorita’ dwar it-Trasport (ADT) ġie tterminat il-kuntratt tac-CEO preċedenti li ngħata €24,257 f’Diċembru 2009. Ma kien hemm l-ebda pressjoni politika/ministerjali biex dawn jirriżenjaw. Ma ngħata l-ebda kumpens liċ-Chairman preċedenti taż-żewġ awtoritajiet. Ninsab infurmat ukoll li ċ-Chairman tal-MITA preċedenti ma ngħata l-ebda benefiċċji jew flus b’relevanza mar-riżenja. Is-CEO preċedenti tal-MITA ingħata s-somma ta’ €2,289,65 għal spejjeż ta’ rilokazzjoni kif kien stipulat fil-kuntratt tal-impjieg.