Legislature:
Category:
Reset
Active:

Investigazzjoni fuq skema rigward sajjieda

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37959 u jserraħ moħħ is-sajjieda u l-għaqdiet tagħhom li l-investigazzjoni li se jagħmel tkun waħda serja indipendenti u trasparenti speċjalment meta wieħed jikkunsidra li fl-iskema mħabbra u li s-sajjieda sejħulha skema diskriminatorja, hemm involuti fondi tal-Unjoni Ewropeja kif ukoll fondi nazzjonali?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-Press Release numru PR 2442 maħruġa mid-Dipartiment tal-Informazzjoni nhar is 7 ta’ Novembru 2012, ninformah li miż-żmien li saret din il-mistoqsija parlamentari kien hemm żviluppi importanti, fosthom fuq punt ewlieni li kienu qajmu s-sajjieda, jiġifieri l-bżonn li jsir tkissir tal-bastimenti. Fil-fatt fi-stqarrija oħra sussegwenti tad-Dipartiment tal-Informazzjoni numru 2455 ngħatat kjarifika li fuq parir tas-Superintendenza tal-Patrimonju Kulturali, fid-dawl tal-fatt li numru ta’ bastimenti jista’ jkollhom valur storiku, kulturali etnografiku jew folkloristiku, il-bastimenti li l-applikant tagħhom kellu fl-intent tiegħu li jitkissru se jkunu qed jinżammu mill-gvern bil-għan li jsir eżerċizzju li jiddetermina l-eżistenza jew le ta’ dan il-valur. Dan l-arranġament ġie milħuq b’ mod posittiv mill-koperattivi. Qed inpoġġi kopja ta’ din l-istqarrija fuq il-Mejda tal-Kamra.

testijiet fuq nagħaġ u mogħoż

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38245 u jgħid kemm saru testijiet fuq nagħaġ u mogħoż mis-Servizzi Veterinarji f'Malta u Għawdex f'dawn l-aħħar 3 snin? Jista' jgħid f'liema żoni saru dawn l-ispezzjonijiet kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #38604 Sitting 536 2012-12-10 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru tal-Intern

Parking fuq linji sofor

Question

Jista' l-Prim Ministru jara li jittieħdu passi effettivi sabiex ma jibqax ikun hemm parking regolarment fuq il-linji sofor maġenb l-istabbiliment li d-dettajli dwaru qed jingħataw separatament, f'Wied Għomor, San Ġiljan, kemm minħabba l-fatt li din it-triq hija dejqa u two ways fl-istess ħin u anki minħabba li hemm għadd ta' garaxxijiet fil-qrib? Jista' l-Ministru, flimkien mal-kunsilli lokali u dawk l-entitajiet kollha responsabbli għal-liċenzja ta' dan l-istabbiliment jieħdu l-azzjoni konkreta flimkien minħabba l-inkonvenjent kbir li qed jinqala riċentament anki matul il-jum ukoll u mhux filgħaxijiet biss?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi l-pulizija tal-Għassa ta’ San Ġiljan regolarment jagħmlu ronda fl-inħawi msemmija mill-Onorevoli Interpellant, sabiex kemm jista’ jkun jipprevenu milli jkun hemm ksur ta’ liġi, inkluż ksur tar-regolamenti tat-traffiku, u sabiex jittieħdu passi skont il-liġi kontra min ikun qed jikser il-liġi. Fil-fatt ninsab infurmat ukoll illi matul din is-sena, l-pulizija ħarġet 284 ċitazzjoni għall-kontravenzjonijiet tat-traffiku fit-triq imsemmija. Infurmat ukoll mill-Kumitat Reġjonali Ċentrali li l-gwardjani lokali jissorveljaw l-akwata regolarment. Intant l-Uffiċjal Awtorizzat tar-Reġjun ingħata struzzjonijiet sabiex tingħata aktar attenzjoni għal dawn l-irregolaritajiet.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — materjal informattiv

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38250 u jgħid xi spejjeż ta' materjal informattiv bħal billboards, flyers, materjal printjat, fuljetti u reklami oħrajn fil-ġurnali u fil-mezzi tax-xandir għamel il-ministeru tiegħu matul ix-xhur minn Jannar sa Ottubru 2012?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — materjal informattiv

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38248 u jgħid xi spejjeż ta' materjal informattiv bħal billboards, flyers, materjal printjat, fuljetti u reklami oħrajn fil-ġurnali u fil-mezzi tax-xandir għamel il-ministeru tiegħu matul ix-xhur minn Jannar sa Ottubru 2012?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — materjal informattiv

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38252 u jgħid xi spejjeż ta' materjal informattiv bħal billboards, flyers, materjal printjat, fuljetti u reklami oħrajn fil-ġurnali u fil-mezzi tax-xandir għamel il-ministeru tiegħu matul ix-xhur minn Jannar sa Ottubru 2012?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’Seduta oħra.

Good Causes Fund — Donazzjonjiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38064 u jagħti lista ta' donazzjonijiet li ngħataw lill-NGOs bħal Fondazzjoni Wirt Artna, Din l-Art Ħelwa, Flimkien għall-Ambjent Aħjar eċċ. mill-2008 sal-lum mill-fondi tal-gvern bħal Good Causes Fund u minn dipartimenti, entitajiet u kumpaniji tal-gvern?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Fir-rigward ta’ donazzjonijiet li ngħataw min-National Lotteries Good Causes Fund, nitlob lill-Onorevoli Membru biex jirreferi għar-Rapporti Annwali li tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

Awtorità tad-Djar — ittra mhux imwieġba

Question

Jista' l-Ministru jara għaliex l-Awtorità tad-Djar għadha ma weġbitx it-talba tal-pesuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni tal-applikanta in kwestjoni reġgħet ġiet attivata nhar it-13 ta’ Novembru, 2012 u ser issirilha l-ispezzjoni fil-ġimgħat li ġejjin.

Post alternattiv ta' persuna

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistqosija parlamentari 37741, jista' l-Ministru jara li din l-applikanta tmur f'post li jinsab vojt fil-lokalità ta' Birżebbuġa li hu tal-Gvern ta' Malta u li r-referenza tiegħu qiegħda tingħata separatament?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tad-Djar m’għandha l-ebda applikazzjonijiet pendenti għat-tpartit bejn dawn iż-żewġ applikanti.

Awtorità tad-Djar — Problemi strutturali fil-post

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li ftit żmien ilu xtrat post ġdid u wara ftit għamlet talba rigward problema strutturali fl-istess fond, ġiet mitluba tmur għand perit privat u tħallas hi tal-ispejjeż?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-benefiċjarju iffirma konvenju biex jixtri l-proprjetà fit-22 ta’ Novembru, 2010 u ffirma l-kuntratt ta’ xiri fl-4 ta’ Lulju, 2011. L-Awtorità tad-Djar irċeviet talba mingħand il-persuna indikata permezz ta’ email fit-12 t’Ottubru, 2012, liema talba kienet tikkonsisti f’ogħti ta’ pariri professjonali fuq alterazzjonijiet fil-proprjetà u installazzjoni ta’ servizzi. L-Awtorità mhix f’pożizzjoni illi tagħti dan it-tip ta’ servizz, speċjalment issa li għaddew madwar sena u nofs minn meta l-proprjetà inbiegħet.

Awtorità tad-Djar — talb għall-post alternattiv

Question

Jista' l-Ministru jara li l-Awtorità tad-Djar tirrispondi għat-talba tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni tal-applikanta in kwestjoni qatt ma’ weġbitna għall-ittri li bagħtnielha.

Trasferiment ta' anzjan f'Dar tal-Anzjani

Question

Jista' l-Ministru jara l-possibilità li jsir kuntatt mal-individwu li dettalji dwaru qed jingħataw separatament sabiex tiġi rimedja diffikultà li qed jesperjenza?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-anzjan li qiegħed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant m’għandux applikazzjoni biex jidħol fid-Djar tal-Anzjani tal-Gvern għalhekk id-Dipartiment m’għandu l-ebda nformazzjoni dwaru. Jekk din hija x-xewqa tiegħu nitolbuħ biex jibgħat applikazzjoni għad-dħul fid-Djar għall-Anzjani biex b’hekk tiġi proċessata mid-Dipartiment.
Leg 11 PQ #38696 Sitting 536 2012-12-10 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Ta' Sannat - Pjazza Santa Margerita - ħofra

Question

Peress li fil-pjazza Santa Margerita f'Ta' Sannat, Għawdex hemm ħofra fonda ta' ċirka erba' pulizieri u ta' ċirka erba' piedi wiesgħa u li qed tkun kaġun ta' ħafna inkonvenjent, tista' l-Ministru tara li din il-ħofra tiġi mimlija b'mod permanenti?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-ħsara msemmija mill-Onorevoli Interpellant ġiet imsewwija.

Awtorità tad-Djar — skemi għal xogħol

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 38364, jista' l-Ministru jgħid kemm huma dawk l-applikazzjonijiet li faddalhom issir l-ispezzjoni finali li tikkonferma li x-xogħlijiet approvati mill-Awtorità tad-Djar huma lesti min-naħa tal-applikant? Jista' jgħid kemm huma dawk l-applikazzjonijiet li għadha ma saritilhomx l-ewwel spezzjoni teknika li toħroġ l-istima ta' kemm l-awtorità se tapprova bħala għoti f'każ li l-applikant ikun konformi mal-kundizzjonijiet tal-iskemi? Jista' jispjega l-fatt li fit-tweġiba jidher li hemm spezzjonijiet b'lura din is-sena meta mqabbel mas-sena 2011 u jekk dan hux jaffetwa l-applikant f'dewmien ta' ħruġ ta' pagament fuq ix-xogħlijiet ta' rranġar li jkunu ġa tkomplew mill-applikant, kif ukoll hux jaffettwaw l-applikant billi żżommu milli jibda x-xogħlijiet ta' rranġar minħabba li qabel tkun trid tinħareġ l-istima approvata mill-Awtorità tad-Djar?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita’ tad-Djar ghandha: i) 15-il applikazzjoni pendenti ghall-ispezzjoni li tikkonferma li x-xoghlijiet huma lesti minnaha tal-applikant. ii) 170 applikazzjonijiet pendenti ghall-ewwel spezzjoni li tidentifika x-xoghlijiet necessarji u l-ghotja ntitolata Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-ispezzjonijiet kellhom jieqfu għal xi ¿mien minħabba inċident stradali li sofrew i¿-¿ewġ tekniċi inkarigati minn din l-iskema waqt li kienu qed jagħmlu l-ispezzjonijiet. L-applikazzjonijiet pendenti ġew indirizzati, u matul dawn l-aħħar xhur kwa¿i inqatgħu għal kollox. Fil-fatt qed isiru madwar 25 spezzjoni fil-ġimgħa.

Bank Ċentrali ta' Malta — riservi tad-deheb

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huma r-riservi tad-deheb fil-Bank Ċentrali llum?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li r-riservi tad-deheb tal-Bank Ċentrali fl-aħħar ta’ Novembru kienu jammontaw għal €11,498,595.
Leg 11 PQ #38699 Sitting 536 2012-12-10 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ambaxxata Maltija f'Piccaddily Londra

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tiswa lit-taxpayer Malti f'kera l-Ambaxxata Maltija f'Piccaddily Londra? Jista' jgħid jekk jikkunsidraw li l-blokka ta' bini ta' Malta House f'Piccaddily Londra tinxtarax mill-gvern biex issir proprjetà dejjiema tal-Poplu Malti?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nixtieq ninforma lill Onorevoli Interpellant li Malta House f'Piccaddily, Londra hi propjeta ta' Malpro Limited, Kumpanija registrata fir-Renju Unit li hi sussidjarja tal-Malta Investement Management Company Limited (MIMCOL).
Leg 11 PQ #38700 Sitting 536 2012-12-10 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

MCAST ta' Ħal Qormi — nuqqas ta' canteen

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex l-MCAST ta' Ħal Qormi jinsab mingħajr head mistress? Jista' jgħid għaliex dan l-MCAST jinsab mingħajr canteen għall-istudenti u allura qed ikollhom joħorġu mill-premises biex imorru jixtru mill-ħwienet?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Id-Direttriċi ta’ dan l-Istitut m’hijiex tidħol għax-xogħol sakemm jittieħdu d-deċiżjonijiet meħtieġa dwar investigazzjoni interna li saret fil-ġimgħat li għaddew. Sadanittant, dan l-Istitut m’huwiex nieqes mis-servizz ta’ Direttur, hekk kif ir-responsabbilitajiet marbutin ma’ dan ix-xogħol temporanjament ingħataw f’idejn wieħed mill-lekċerers. L-Istitut imsemmi m’għandux ‘canteen’. Ma jidhirx li n-numru żgħir ta’ studenti li jattendu lezzjonijiet f’dan l-Istitut qatt għamlu talba lill-amministrazzjoni tal-MCAST biex ikun hemm ‘canteen’. L-istudenti għandhom għadd ta’ ‘vending machines’ li minnhom jistgħu jixtru ‘snacks’ u xorb.
Leg 11 PQ #38701 Sitting 536 2012-12-10 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Nadur — Triq Ramla - stat ħażin tat-triq

Question

Peress li r-residenti tat-Triq Ramla, fin-Nadur qed jilmentaw minħabba l-istat ħażin tat-triq, tista' l-Ministru tara li ssir il-manutenzjoni meħtieġa?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li t-triq imsemmija qed isirilha manutenzjoni skont il-ħtieġa. Fil-fatt sarulha tiswijiet bil-cold asphalt fit-12 u fl-14 ta' Novembru.

Applikazzjoni għal ċittadinanza Maltija

Question

Jista' l-Ministru jara x'qed iżżomm milli tiġi proċessata l-applikazzjoni tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament annessi stante li tissodisfa r-rekwiżi kollha sabiex din tiġi rikonoxxuta bħala ċittadina Maltija biż-żwieġ?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-proċess li jirrigwarda l-applikazzjoni kkonċernata ġie ffinalizzat u fil-jiem li ġejjin il-persuna kkonċernata ser tiġi nfurmata sabiex tiġbor iċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni bħala ċittadin ta' Malta.