Legislature:
Category:
Reset
Active:

Xogħlijiet fuq toroq

Question

Peress li l-Ministru kien qal li fis-seba' snin li ġejjin, il-Ministeru tiegħu se jkun qed jonfoq mal-mitt miljun ewro fis-sena f'xogħlijiet ta' toroq madwar Malta u Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq, sena b’sena u lokalità b’lokalità, li l-Gvern beħsiebu jagħmel ix-xogħol fihom? Fiex se jkun jikkonsisti dan ix-xogħol? Kemm ġejja tiswa kull triq? Meta hemm il-ħsieb li jibda u jitlesta x-xogħol fuq kull triq?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet liema lista qed isir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.

Qtil ta’ Bhejjem fil-Biċċeriji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inqatlu bhejjem u xi speċi ta' bhejjem inqatlu fil-Biċċerija ta' Malta separatament mill-Biċċerija ta' Għawdex xahar b'xahar mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.

Triq Ħal Far li miż-Żurrieq tagħti għall-Birżebbuġa — xogħlijiet

Question

Peress li l-Ministru kien qal li fis-seba' snin li ġejjin, il-Ministeru tiegħu se jkun qed jonfoq mal-mitt miljun ewro fis-sena f'xogħlijiet ta' toroq madwar Malta u Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid jekk Triq Ħal Far li miż-Żurrieq tagħti għal Birżebbuġa hux se ssirilha wiċċ ġdid tat-tarmak? Jekk fl-affermattiv, meta se jibda u jispiċċa x-xogħol fuq din it-triq? Kemm hu proġettat li se jiswa dan ix-xogħol?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet liema lista qed isir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.

L-Imqabba — Toroq - xogħlijiet

Question

Peress li l-Ministru kien qal li fis-seba' snin li ġejjin, il-Ministeru tiegħu se jkun qed jonfoq mal-mitt miljun ewro fis-sena f'xogħlijiet ta' toroq madwar Malta u Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq proġettati li jsiru, sena b'sena, fil-lokalità tal-Imqabba? Fiex se jkun jikkonsisti x-xogħol? Jista’ jgħid meta se jibda u jispiċċa x-xogħol fuq kull triq? Kemm hu proġettat li se jiswa dan ix-xogħol?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet liema lista qed isir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.

Il-Qrendi — Toroq - xogħlijiet

Question

Peress li l-Ministru kien qal li fis-seba' snin li ġejjin, il-Ministeru tiegħu se jkun qed jonfoq mal-mitt miljun ewro fis-sena f'xogħlijiet ta' toroq madwar Malta u Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq proġettati li jsiru, sena b'sena, fil-lokalità tal-Qrendi? Fiex se jkun jikkonsisti x-xogħol? Jista’ jgħid meta se jibda u jispiċċa x-xogħol fuq kull triq? Kemm hu proġettat li se jiswa dan ix-xogħol?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet liema lista qed isir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.

Iż-Żurrieq — Toroq - xogħlijiet

Question

Peress li l-Ministru kien qal li fis-seba' snin li ġejjin, il-Ministeru tiegħu se jkun qed jonfoq mal-mitt miljun ewro fis-sena f'xogħlijiet ta' toroq madwar Malta u Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq proġettati li jsiru, sena b'sena, fil-lokalità taż-Żurrieq? Fiex se jkun jikkonsisti x-xogħol? Jista’ jgħid meta se jibda u jispiċċa x-xogħol fuq kull triq? Kemm hu proġettat li ser jiswa dan ix-xogħol?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet liema lista qed isir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.

Animal Enclosures — applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm/kien hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar (qabel il-MEPA) għal Animal Enclosures (abbażi tal-Rural Policy & Design Guidelines 2014), sena b'sena mill-2014 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Liema huma dawn l-istess applikazzjonijiet? F'liema lokalità jinsabu? F'kull każ f'liema stadju jinsabu dawn l-applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità? Liema minn dawn l-applikazzjonijiet ħarġilhom il-permess neċessarju?

Response (BORG, IAN)

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 2866, l-Awtorità tal-Ippjanar ivvalidat jew ippublikat 10 applikazzjonijiet għal żvilupp relatat ma’ Animal Enclosures mill-1 ta' Jannar 2014 sal-lum. Dawn l-applikazzjonijiet ġew ivvalidati jew ippublikati fis-sena 2017. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ dawn l-applikazzjonijiet bl-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant. Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità fuq applikazzjonijiet ivvalidati jew ippublikati mill-1 ta' Jannar 2014 fejn fil-proposta tal-iżvilupp tagħhom hemm il-kelmiet segwenti. · Animal + Enclosure/s kif msemmija fir- Rural Policy & Design Guidelines, 2014.

Swimming Pools — applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm/kien hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar (qabel il-MEPA) għall-Swimming Pools li mhumiex f’żona ta’ żvilupp jew f’żona ta’ konservazzjoni urbana, sena b’sena mill-2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Liema huma dawn l-istess applikazzjonijiet? F'liema lokalità jinsabu? F'kull każ f'liema stadju jinsabu dawn l-applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità? Liema minn dawn l-applikazzjonijiet ħarġilhom il-permess neċessarju?

Response (BORG, IAN)

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 2867, l-Awtorità tal-Ippjanar ivvalidat jew ippublikat 326 applikazzjoni tal-Ippjanar (Planning Applications) u ħames applikazzjonijiet tad-DNO (Development Notification Order) għal żvilupp relatat ma’ bini jew alterazzjonijiet ta’ swimming pools mill-1 ta' Jannar 2013 sal-lum. Anness hawn tabelli li jagħtu n-numru ta’ applikazzjonijiet (PAs u DNOs) ivvalidati / ippublikati kull sena. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra listi ta’ dawn l-applikazzjonijiet bl-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant. PAs 2013 37 2014 38 2015 73 2016 91 2017 87 DNOs 2013 3 2016 2 Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità fuq applikazzjonijiet ivvalidati jew ippublikati mill-1 ta' Jannar 2013 fejn fil-proposta tal-iżvilupp tagħhom hemm xi waħda mill-kliem segwenti. · pool · swimming · pixxina · għawm

Żoni urbani – street lighting

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi kemm ġew installati street lighting f'żoni urbani u kemm ġew jiswew, triq bi triq, lokalità b'lokalità u xahar b'xahar bejn Jannar 2017 u Ġunju 2017? Kemm intefqu flus f'kull lokalità? Kemm minn dawn l-istallazzjonijiet għad għandhom l-applikazzjoni għall-permessi neċessarji pendenti jew addirittura għadhom mingħajr il-permessi neċessarji?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ftit tas-snin ilu, il-proċedura li permezz tagħha jitwaħħlu bozoz ġodda f’Malta u Għawdex ġiet imtejba sabiex tiżdied l-effiċjenza u titnaqqas il-burokrazija żejda li kienet qed ixxekkel ħidmet il-kunsilli lokali u entitajiet oħra awtoriżżati. Fil-fatt, permezz ta’ din ir-riforma, tneħħa r-rekwiżit li jintalab permess minn Enemalta plc qabel ma’ kunsilli lokali jew entità oħra awtoriżżata tkun se twaħħal lampi ġodda f’xi post pubbliku. Minflok, dawn l-entitajiet ingħataw ir-responsabilità li jiddeċiedu huma fejn jitwaħħlu l-lampi, skont kriterji tekniċi stabbiliti. Wara li jinstallawhom permezz tal-kuntratturi tagħhom, il-kunsilli lokali jew entitajiet oħra awtorizzati jitolbu lil Enemalta plc sabiex tagħti provvista tal-elettriku lill-istess lampi billi jiġu kkonnettjati mas-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku nazzjonali. L-instalazzjoni tal-lampi, għalhekk, issir mill-kunsilli lokali jew entitajiet oħra awtorizzati, ħlief għal każi eċċezzjonali fejn dawn l-istess entitajiet ma jkunux jistgħu jwettqu dawn il-ħidmiet għal xi raġuni jew oħra. Fil-perjodu msemmi, l-Enemalta pproċessat 401 talba għal konnessjonijiet jew xogħlijiet oħra marbutin ma’ ċirkwiti li jinkludu lampa waħda ġdida jew aktar f’Malta u Għawdex. Ma tinżammx statistika dwar jekk it-talbiet ikunux jinvolvu postijiet urbani jew le. Kif ġie spjegat, m’hemm l-ebda applikazzjoni pendenti għal permessi ta’ lampi ġodda, hekk kif din il-proċedura antika m’għadhiex teżisti. Tagħrif dwar l-ispiża tas-sehem tal-Kumpanija Enemalta plc f’dan il-proċess għandu valur kummerċjali għall-istess Kumpanija. Minħabba f’hekk, l-iżvelar tat-tagħrif mitlub jista’ jippreġudika n-negozju tal-istess Kumpanija. Fl-istess waqt, tagħrif dwar l-ispiża tas-sehem tal-kunsilli lokali jew entitajiet oħra involuti għandha tintalab mill-istess entitajiet.

Żoni urbani – street lighting

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi kemm ġew installati street lighting f'żoni urbani u kemm ġew jiswew, triq bi triq, lokalità b'lokalità u xahar b'xahar bejn Jannar 2017 u Ġunju 2017? Kemm intefqu flus f'kull lokalità? Kemm minn dawn l-istallazzjonijiet għad għandhom l-applikazzjoni għall-permessi neċessarji pendenti jew addirittura għadhom mingħajr il-permessi neċessarji?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba, kif miġbura mingħand il-kunsilli lokali nfushom. Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-informazzjoni li pprovdew il-Kunsilli Lokali d-dwal kollha kellhom il-permess meħtieġ.

Żoni mhux urbani – street lighting

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi kemm ġew installati street lighting f'żoni mhux urbani u kemm ġew jiswew, triq bi triq, lokalità b'lokalità u xahar b'xahar bejn Jannar 2017 u Ġunju 2017? Kemm intefqu flus f'kull lokalità? Kemm minn dawn l-istallazzjonijiet għad għandhom l-applikazzjoni għall-permessi neċessarji pendenti jew addirittura għadhom mingħajr il-permessi neċessarji?

Response (MIZZI, JOE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 2868.

Żoni mhux urbani – street lighting

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi kemm ġew installati street lighting f'żoni mhux urbani u kemm ġew jiswew, triq bi triq, lokalità b'lokalità u xahar b'xahar bejn Jannar 2017 u Ġunju 2017? Kemm intefqu flus f'kull lokalità? Kemm minn dawn l-istallazzjonijiet għad għandhom l-applikazzjoni għall-permessi neċessarji pendenti jew addirittura għadhom mingħajr il-permessi neċessarji?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 2869.

Vjal ix-Xarolla fiż-Żurrieq u Triq il-Kuċċard f'Ħal Safi — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta inbeda x-xogħol u meta ser jitlesta x-xogħol fuq Vjal ix-Xarolla fiż-Żurrieq u Triq il-Kuċċard f'Ħal Safi? Jista’ l-Ministru jgħid x'xogħlijiet saru s'issa inkluż il-perijodu li fih sar x-xogħol u x-xogħol li fadal isir inkluż id-dati relatati minn meta sa meta ser isir dan x-xogħol? Kemm ser tkun in-nefqa fuq dan ix-xogħol u kemm intefqu flus s'issa?

Response (BORG, IAN)

B’referenza għall-mistoqsija Parlamentari numru 2851 nixtieq ninforma lil Onorevoli Interpellant li x-xogħol fuq Vjal ix-Xarolla, Żurrieq inbeda fil-11 ta’ April 2017 u x-xogħol ser jitlesta fl-ewwel kwart ta’ l-2018. Ix-xogħolijiet li saru s’issa jikonsisti f’bini ta’ħitan, mgħodija tal-pajpijiet ta’ l-ilma tax-xita u s-sistema kollha li għandha x’taqsam ma’ l-ilma tax-xita, bini tat-triq, skavar ta’żewg ġibjuni ta’ l-ilma, bini ta’ l-istess ġibjuni ta’ l-ilma, bini ta’ bankini u tlestija ta’ postijiet għall-arbli tal-festa, asfaltar ta’ parti mit-triq sa l-ewwel saff. Dan ix-xogħol sar minn April sa nofs Diċembru. Ix-xogħol li fadal isir huwa 'No objection' minn naħa tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali biex jitkompla x-xogħol, tkomplija tas-sistema ta’ l-ilma, għeluq tal-ġibjuni bis-soqfa, bini tas-central strip bejn it-triq prinċipali u s-service road, mogħdija tad-drenaġġ mis-service road, mogħdija tas-servizzi mis-service road, sistema tad-dawl tat-triq, asfaltar tas-service road. Ix-xogħol għadu għaddej, biss id-dati tat-tlestija jiddependu min-'no objection' tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali minħabba li nstabu l-oqbra fis-sit tax-xogħol. Huwa maħsub illi jekk ma jkunx hemm aktar sejbiet arkeoloġiċi, ix-xogħol ikun lest sa l-aħħar ta’ l-ewwel kwart tas-sena 2018. Il-Kuntratt jammonta għal EUR 1,539,731,88. S’issa sar xogħol b’ammont ta EUR 298,374.64 (xogħol sa 8 ta’ Novembru 2017). Triq il-Kuċċard f'Ħal Safi - xogħlijiet Ix-xogħol fi Triq il-Kuċċard, Safi kien maqsum f’żewg fażijiet: L-ewwel fażi li kienet tikkonsisti fix-xogħlijiet ta’ twessiegħ u bini tal-ħitan, liema xogħol beda f’Mejju 2017. In-nefqa kurrenti fuq l-ewwel fazi hija ta’ Ewro 13,400. In-nefqa proġettata hija ta’ Ewro 25,000. Dan ix-xogħol mistenni ikun lest fl-ewwel kwart tas-sena 2018. It-tender tat- tieni fażi li tirrigwarda il- bini tat-triq, service road, u servizzi għadu fi stadju ta’ evalwazzjoni.

Awtorità tal-Ippjanar – applikazzjonijiet għal relokazzjoni ta’ rziezet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm/kien hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar (qabel il-MEPA) għal relokazzjoni ta' rziezet, sena b' sena mill-2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Liema huma dawn l-istess applikazzjonijiet? F'liema lokalità jinsabu? F'kull każ f'liema stadju jinsabu dawn l-applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità? Liema minn dawn l-applikazzjonijiet ħarġilhom il-permess neċessarju?

Response (BORG, IAN)

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 2860, l-Awtorità tal-Ippjanar ivvalidat jew ippublikat ħdax-il applikazzjoni (11) għal żvilupp relatat ma’ relokazzjoni ta’ rziezet mill-01/01/2013 sal-lum. Annessa hawn tabella li tagħti in-numru ta’ applikazzjonijiet ivvalidati / ippublikati kull sena. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ dawn l-applikazzjonijiet bl-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant. 2013 2 2014 1 2015 3 2016 2 2017 3 Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità fuq applikazzjonijiet ivvalidati jew ippublikati mill-01/01/2013 fejn fil-proposta tal-iżvilupp tagħhom hemm waħda mill-kliem segwenti, · Farm/s · Cow/s · cattle · bull/s · heif/heives · calf/calves · poultry · hen · chicken · broiler/s · fattening · layers · sheep · ruminant/s · goat/s · rabbit/s · pig/s · sow/s · razzett/rziezet · baqra/baqar · barri/barrin · għoġol · tiġieġ/a · ngħaġ/a · muntun/mtaten · mogħża/mogħoż · fniek · ħanżir/ħnieżer · maqjel flimkien ma’ waħda mill-kliem segwenti · relocation · shift/ing · move/ing · relokazzjoni · transfe r

Awtorità tal-Ippjanar – applikazzjonijiet għal boutique wineries

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm/kien hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar (qabel il-MEPA) għal boutique wineries (a bażi tal-Rural Policy & Design Guidelines 2014), sena b'sena mill-2014 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Liema huma dawn l-istess applikazzjonijiet? F'liema lokalità jinsabu? F'kull każ f'liema stadju jinsabu dawn l-applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità? Liema minn dawn l-applikazzjonijiet ħarġilhom il-permess neċessarju?

Response (BORG, IAN)

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 2861, l-Awtorità tal-Ippjanar ma ivvalidat jew ippublikat l-ebda applikazzjoni għal żvilupp relatat ma’ boutique wineries mill-01/01/2014 sal-lum. Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità fuq applikazzjonijiet ivvalidati jew ippublikati mill-01/01/2014 fejn fil-proposta tal-iżvilupp tagħhom hemm il-kelmiet segwenti. · Boutique + winery / wineries kif msemmija fir- Rural Policy & Design Guidelines, 2014.

Awtorità tal-Ippjanar – applikazzjonijiet għal bini fejn jiġi prodott ż-żejt taż-żebbuġa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm/kien hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar (qabel il-MEPA) għal bini fejn jiġi prodott iż-żejt taż-żebbuġa (a bażi tal-Rural Policy & Design Guidelines 2014), sena b'sena mill-2014 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Liema huma dawn l-istess applikazzjonijiet? F'liema lokalità jinsabu? F'kull każ, dan kien bini ġdid jew konverżjoni ta' bini eżistenti? F'kull każ f'liema stadju jinsabu dawn l-applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità? Liema minn dawn l-applikazzjonijiet ħarġilhom il-permess neċessarju?

Response (BORG, IAN)

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 2862, l-Awtorità tal-Ippjanar ivvalidat applikazzjoni waħda għal żvilupp relatat ma’ produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa mill-01/01/2014 sal-lum. Din l-applikazzjoni ġiet ivvalidata fis-sena 2016. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni fuq din l-applikazzjoni kif mitluba mill-Onor. Interpellant. Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità fuq applikazzjonijiet ivvalidati jew ippublikati mill-01/01/2014 fejn fil-proposta tal-iżvilupp tagħhom hemm il-kelmiet segwenti. · olive + oil · żejt + żebbuġ/a

Awtorità tal-Ippjanar – applikazzjonijiet għal żamma tan-naħal u produzzjoni tal-għasel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm/kien hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar (qabel il-MEPA) għal żamma tan-naħal u produzzjoni tal-għasel (a bażi tal-Rural Policy & Design Guidelines 2014), sena b'sena mill-2014 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Liema huma dawn l-istess applikazzjonijiet? F'liema lokalità jinsabu? F'kull każ, dan kien bini ġdid jew konverżjoni ta' bini eżistenti? F'kull każ f'liema stadju jinsabu dawn l-applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità? Liema minn dawn l-applikazzjonijiet ħarġilhom il-permess neċessarju?

Response (BORG, IAN)

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 2863, l-Awtorità tal-Ippjanar ivvalidat jew ippublikat tlettax-il applikazzjoni (13) għal żvilupp relatat ma’ żamma ta’ naħal jew produzzjoni tal-għasel mill-01/01/2014 sal-lum. Annessa hawn tabella li tagħti in-numru ta’ applikazzjonijiet ivvalidati / ippublikati kull sena. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ dawn l-applikazzjonijiet bl-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant. 2014 2 2015 3 2016 5 2017 3 Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità fuq applikazzjonijiet ivvalidati jew ippublikati mill-01/01/2013 fejn fil-proposta tal-izvilupp tagħhom hemm waħda mill-kliem segwenti, · honey · bee/s · apiary/ies · naħla/naħal · għasel

Awtorità tal-Ippjanar – applikazzjonijiet għal Visitor Attractions

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm/kien hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar (qabel il-MEPA) għal Visitor Attractions (a bażi tal-Rural Policy & Design Guidelines 2014), sena b'sena mill-2014 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Liema huma dawn l-istess applikazzjonijiet? F'liema lokalità jinsabu? F'kull każ, dan kien bini ġdid jew konverżjoni ta' bini eżistenti? F'kull każ f'liema stadju jinsabu dawn l-applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità? Liema minn dawn l-applikazzjonijiet ħarġilhom il-permess neċessarju?

Response (BORG, IAN)

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 2864, l-Awtorità tal-Ippjanar ivvalidat jew ippublikat ħames applikazzjonijiet (5) għal żvilupp relatat ma’ Visitor Attractions mill-01/01/2014 sal-lum. Annessa hawn tabella li tagħti in-numru ta’ applikazzjonijiet ivvalidati / ippublikati kull sena. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ dawn l-applikazzjonijiet bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant. 2014 1 2016 2 2017 2 Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità fuq applikazzjonijiet ivvalidati jew ippublikati mill-01/01/2014 fejn fil-proposta tal-izvilupp tagħhom hemm il-kelmiet segwenti. · Visitor + Attraction/s kif msemmija fir- Rural Policy & Design Guidelines, 2014.

Awtorità tal-Ippjanar – applikazzjonijiet għal Animal Sanctuaries

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm/kien hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar (qabel il-MEPA) għal Animal Sanctuaries (a bażi tal-Rural Policy & Design Guidelines 2014), sena b'sena mill-2014 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Liema huma dawn l-istess applikazzjonijiet? F'liema lokalità jinsabu? F'kull każ f'liema stadju jinsabu dawn l-applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità? Liema minn dawn l-applikazzjonijiet ħarġilhom il-permess neċessarju?

Response (BORG, IAN)

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 2842, 2843, 2844, 2845, 2846, 2847, 2848, 2853, 2858, 2859, 2860, 2861, 2862, 2863, 2864, u 2865, peress li l-Awtorità tal-Ippjanar irċeviet sittax il-mistoqsija parlamentari relatata ma’ statistika fejn it-tfittxija fis-sistema tal-informatika trid tkun ibbażata fuq il-proposta tal-iżvilupp, l-Awtorità ser ikollha ddur aktar minn 35,000 applikazzjoni, aktar min 10,000 minnhom sottomessi fl-2017, sabiex tiġbor l-informazzjoni għal kull waħda, li kumplessivament jiġu aktar minn nofs miljun applikazzjoni (dan apparti tfittxija fid-DNO f’ċerti każi addizzjonali), l-Awtorità ser tibda tiġbor immedjatament l-informazzjoni mitluba u ser tpoġġi r-risposti meħtieġa quddiem il-kamra, kull waħda immedjatament meta tkun lesta.

Karozza tal-linja bin-numru 82 – żieda ta’ vjaġġi

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-vjaġġi tal-karozza tal-linja bin-numru 82 jiżdiedu fil-ħinijiet ta’ filgħodu, peress illi diversi residenti ta' Birżebbuġa qegħdin jitħallew l-art peress li l-karozza tal-linja qegħda tgħaddi mimlija u għalhekk il-ħaddiema qegħdin jaslu tard għax-xogħol?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ttieħdet nota ta’ dan is-suġġeriment għal aktar konsiderazzjoni fil-futur.