Artiklu 80 tal-Att Dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp – permessi revokati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm permessi li saret talba biex jiġu revokati, sena b'sena, skont l-Artikolu 80 tal-Att Dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp minn April 2016 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Liema kienu dawn il-permessi? Liema minn dawn il-permessi kienu fil-fatt ġew revokati? X'kienet ir-raġuni għal din ir-revoka?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ permessi li saret talba biex jiġu revokati, huma ta’ dsatax (19) għas-sena 2017 u erba’ (4) għas-sena 2016 (minn April 2016). Lista ta’ dawn id-dettalji mitluba qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Awtorità tal-Ippjanar – applikazzjonijiet pendenti għall-kmamar u mħażen agrikoli barra ż-żona ta’ żvilupp
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm/kien hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar (qabel il-MEPA) għall-bini ta' kmamar u mħażen agrikoli barra ż-żona ta' żvilupp, sena b' sena, mill-2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Liema huma dawn l-istess applikazzjonijiet? F'liema lokalità jinsabu? F'kull każ f'liema stadju jinsabu dawn l-applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità? Liema minn dawn l-applikazzjonijiet ħarġilhom il-permess neċessarju?
Response (BORG, IAN)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3094, l-Awtorità tal-Ippjanar ivvalidat jew ippublikat sitt mija ħamsa u sittin applikazzjoni (665) tal-Ippjanar (Planning Applications) u ħames applikazzjonijiet tad-DNO (Development Notification Order) għal żvilupp relatat ma’ bini jew alterazzjonijiet ta’ kmamar u mħażen agrikoli barra miż-zona ta’ żvilupp mill-01/01/2013 sal-lum. Annessi hawn tabelli li jagħtu in-numru ta’ applikazzjonijiet (PAs u DNOs) ivvalidati / ippublikati kull sena. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra listi ta’ dawn l-applikazzjonijiet bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
PAs
2013
44
2014
34
2015
157
2016
206
2017
224
DNOs
2013
2
2014
1
2015
1
2016
1
Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità fuq applikazzjonijiet ivvalidati jew ippublikati mill-01/01/2013 fejn iż-żona hija ndikata bħala barra ż-żona tal-iżvilupp u fejn fil-proposta tal-iżvilupp tagħhom hemm xi waħda mill-kliem segwenti.
·
agri + warehouse/s
·
agri + store/s
·
agri + room/s
·
tool + room/s
· maħżen / mħażen
· agri + kamra / kmamar
· agri + għodda / għodod
Kummissarju dwar l-Ambjent u l-Ippjanar – konklużjonijiet tal-investigazzjoni
Question
B'referenza għall-permess maħruġ mill-Awtorità tal-Ippjanar (DS/212/17), jista' l-Ministru jispjega x'passi ħadet l-Awtorità wara li rċeviet il-konklużjonijiet tal-investigazzjoni tal-Kummissarju dwar l-Ambjent u l-Ippjanar rigward il-ħruġ ta' dan il-permess?
Response (BORG, IAN)
Ninfurmaw lill-Onor Interpellant li l-Ombudsman għadu ma wasal fl-ebda konkluzjoni u għadu qed jinvestiga l-każ.
B'referenza għall-istqarrija tal-Awtorità tal-Ippjanar tas-6 ta' Diċembru, fejn qalet li fil-każ tat-twaqqigħ tal-bini tas-Sea Malta hi kellha rapport magħmul minn konsulenti indipendenti, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' tali rapport, kif ukoll jikkwota fejn f'dan ir-rapport ġie rrakkomandat li ma kienx hemm alternattiva ħlief li l-bini jitwaqqa’?
Response (BORG, IAN)
Il-konklużjonijiet tar-rapport magħmul minn konsulent indipendenti (rapport qed jitpoġġa fuq il-mejda tal-kamra) jispjega fil-qosor l-istat tal-bini meta sar ir-rapport, u dak li jista’ jsir dwar dan. Dan wara spjegazzjoni fil-kapitlu nru. 6 li fosthom jinkludu l-problemi tal-mewġ u tal-kundizzjoni tal-art li fuqu huwa mibni l-bini.
Din il-konklużjoni jasal għaliha billi jispjega li:
"Retrofitting of the existing building fabric, is considered to be ... impractical, given that the main causes of damages/defects are related to fundamental structural aspects such as inadequate building foundations and under-sized structural elements which are not deemed to satisfy current design Eurocodes."
Il-problemi ewlenija li qed jikkawża l-periklu huma: "sea water scouring effect, unsafe structural building load capacity and inadequate building detailing". Gie meqjus li t-tiġrif aċċidentali ta’ dan il-bini seta’ jikkawża problemi fl-operat tal-port.
Peress li l-bini jidher li huwa magħmul minn żewġ strutturi ta’ natura differenti, kien possibbli li l-parti viċin it-triq u l-aktar ’l bogħod mill-baħar tiġi kkonservata.
B'referenza għall-binja “Villa St Ignatius” f'San Ġiljan, jista' l-Ministru jikkonferma x'kienu dawk ix-xogħlijiet li l-Qorti ordnat li jsiru, liema xogħlijiet kienu koperti mill-permess li ħarġet l-Awtorità tal-Ippjanar (DS/125/17), u x'passi ħadet l-Awtorità tal-Ippjanar wara li ġie rrapurtat lilha li x-xogħlijiet li kienu qegħdin isiru fis-sit ma kenux konformi mal-permess DS/125/17?
Response (BORG, IAN)
Ix-xogħolijiet li l-Qorti ordnat li jsiru huma dawk li jinsabu fid-deċiżjoni tar-Rikors Ġuramentat Nru. 986/2012 AF, maħruġa fit-22 ta’ Ġunju, 2017.
Fit-tweġiba għat-talba DS/125/17 li nħarġet fis-17 ta’ Lulju 2107, l-Awtorita’ tal-Ippjanar illimitat ruħha li ma’ dak li ddeċidiet il-Qorti, żżid:
“In the circumstances, the Planning Authority hereby grants consent for works to be carried out to enable the execution of the sentence decreed by the Court up to, but no further than, the Court’s decision quoted above, and subject to the following conditions:
a) This consent is valid for the period decreed by the Court and it will cease to be valid if the remedial works are not completed by the end of this validity period.
b) This consent relates only to
the Works indicated in the Court Decision as interpreted and directed by the nominated Court Expert Perit Alan Saliba, who shall be the sole person to dictate the extent of the works needed to be carried out in accordance with the Court Decision. All works shall be directed by the Court Expert, who shall submit a report for record purposes (accompanied by drawings) to the Planning Authority on completion of the work.
”
c) – k) other standard conditions."
Minkejja li t-talba DS/125/17 kienet tinkludi pjanti ta’ proposti ta’ xogħlijiet, ebda pjanta ma ġiet approvata, għajr is-Site Plan (1A) , biex b’ebda mod ma jikkonfondi jew imur kontra l-inkarigu tal-Perit appuntat jew joskura dak stipulat fis-sentenza msemmija.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk l-Awtorità tal-Ippjanar ħarġitx notifika ta' skedar ta' "Villa St Ignatius" wara li tali skedar ġie rrakomandat mis-Sovritendenza għall-Wirt Storiku?
Response (BORG, IAN)
Is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali għadha ma talbitx lill-Awtorità tal-Ippjanar sabiex tiskeda "St Ignatius Villa" fi Triq Scicluna, San Ġiljan.
Is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali ħarġet notifika ta’ sospensjoni tax-xogħol skont kif mitlub mill-Att dwar il-Patrimonju Kulturali, 2002 (kif emendat). Dan sabiex is-Sovrintendenza u l-Awtorita’ tal-Ippjanar ikollhom żmien biżżejjed biex janaliżżaw id-diversi rapporti mħejjija minn konsulenti tas-sidien u oħrajn ippresentati minn organizzazzjonijiet mhux governattivi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm/kien hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar (qabel il-MEPA) għal bini mill-ġdid/twaqqigħ ta' ħitan eżistenti u bini mill-ġdid ta' ħitan tas-sejjieħ, sena b'sena mill-2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Liema huma dawn l-istess applikazzjonijiet? X' tip ta' applikazzjonijiet saru (DNO, Summary, Full Application, etc.)? F'liema lokalità jinsabu? F' kull każ f'liema stadju jinsabu dawn l-applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità? Liema minn dawn l-applikazzjonijiet ħarġilhom il-permess neċessarju?
Response (BORG, IAN)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3011 kif ukoll għall-mistoqsija parlamentari numru 2848, l-Awtorità tal-Ippjanar ivvalidat jew ippublikat mitejn tnejn u disgħin applikazzjoni (292) tal-Ippjanar (Planning Applications) u disa’ u erbgħin (49) applikazzjoni tad-DNO (Development Notification Order) għal żvilupp relatat ma’ bini ta’ ħitan tas-sejjieħ. Anness hawn tabelli li jagħtu in-numru ta’ applikazzjonijiet (PAs u DNOs) ivvalidati / ippublikati kull sena. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra listi ta’ dawn l-applikazzjonijiet bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
PAs
2013
34
2014
32
2015
65
2016
79
2017
82
DNOs
2013
14
2014
10
2015
10
2016
10
2017
5
Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità fuq applikazzjonijiet ivvalidati jew ippublikati mill-01/01/2013 fejn fil-proposta tal-iżvilupp tagħhom hemm xi waħda mill-kliem segwenti.
·
Rubble + wall
· Ħajt + sejjieħ
· Ħitan + sejjieħ
Ta min jinnota li l-proposta tista tinkludi element ta’ irrangar jew alterazzjonijiet ta’ ħitan ukoll u li re-erection / re-building ġew inklużi ma’ din il-lista.
Awtorità tal-Ippjanar – Applikazzjonijiet pendenti għall-bini ta’ residenzi ta’ raħħala
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2842 u jgħid kemm hemm/kien hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar għal bini ta' residenzi ta' raħħala, sena b'sena mill-2016 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Liema huma dawn l-istess applikazzjonijiet? F’liema lokalità jinsabu? F'kull każ f'liema stadju jinsabu dawn l-applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità? Liema minn dawn l-applikazzjonijiet ħarġilhom il-permess neċessarju?
Response (BORG, IAN)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 2842, l-Awtorità tal-Ippjanar ivvalidat jew ippublikat ħamsa u disgħin applikazzjoni għal żvilupp relatat ma’ residenzi ta’ raħħala mill 01/01/2016 sal-lum. Annessa hawn tabella li tagħti in-numru ta’ applikazzjonijiet ivvalidati / ippublikati kull sena. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra lista ta’ dawn l-applikazzjonijiet bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
2016
52
2017
43
Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità fuq applikazzjonijiet ivvalidati jew ippublikati mill-01/01/2016 fejn fil-proposta tal-iżvilupp tagħhom hemm xi waħda mill-kliem segwenti.
·
Farm
u
house/s
·
Farmer
u
house/s
·
Farmer
u
residence/s
·
Farmer
u
dwelling/s
· Raħħal u dar / djar
· Raħħal u residenza/i
Awtorità tal-Ippjanar – Applikazzjonijiet għal bini ta’ rziezet ta’ raħħala
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2843 u jgħid kemm hemm/kien hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar għal bini ta' rziezet ta' raħħala, sena b'sena mill-2016 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Liema huma dawn l-istess applikazzjonijiet? F'liema lokalità jinsabu? F'kull każ f'liema stadju jinsabu dawn l-applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità? Liema minn dawn l-applikazzjonijiet ħarġilhom il-permess neċessarju?
Response (BORG, IAN)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 2843, l-Awtorità tal-Ippjanar ivvalidat jew ippublikat mija u sittax-il applikazzjoni (116) għal żvilupp relatat ma’ rziezet mill 01/01/2016 sal-lum. Annessa hawn tabella li tagħti in-numru ta’ applikazzjonijiet ivvalidati / ippublikati kull sena. Qed inpoġġi fuq il-mejda ta-kamra lista ta’ dawn l-applikazzjonijiet bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
2016
61
2017
55
Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità fuq applikazzjonijiet ivvalidati jew ippublikati mill-01/01/2016 fejn fil-proposta tal-iżvilupp tagħhom hemm xi waħda mill-kliem segwenti.
·
Farm/s
·
Cow/s
·
cattle
·
bull/s
·
heif/heives
·
calf/calves
·
poultry
·
hen
·
chicken
·
broiler/s
·
fattening
·
layers
·
sheep
·
ruminant/s
·
goat/s
·
rabbit/s
·
pig/s
·
sow/s
· razzett/rziezet
· baqra/baqar
· barri/barrin
· għoġol
· tiġieġ/a
· ngħaġ/a
· muntun/mtaten
· mogħża/mogħoż
· fniek
· ħanżir/ħnieżer
· maqjel
Awtorità tal-Ippjanar – Applikazzjonijiet għal bdil ta’ użu minn razzett għal residenzi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2844 u jgħid kemm hemm/kien hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar (qabel il-MEPA) għal bdil ta' użu minn razzett għal residenzi, sena b’sena mill-2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Liema huma dawn l-istess applikazzjonijiet? F'liema lokalità jinsabu? F'kull każ f'liema stadju jinsabu dawn l-applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità? Liema minn dawn l-applikazzjonijiet ħarġilhom il-permess neċessarju?
Response (BORG, IAN)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 2844, l-Awtorità tal-Ippjanar ivvalidat jew ippublikat erbatax-il applikazzjoni (14) għal żvilupp relatat għal bdil ta’ użu minn razzett għal residenzi mill-01/01/2013 sal-lum. Annessa hawn tabella li tagħti in-numru ta’ applikazzjonijiet ivvalidati / ippublikati kull sena. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra lista ta’ dawn l-applikazzjonijiet bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
2013
1
2014
1
2015
2
2016
7
2017
3
Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità fuq applikazzjonijiet ivvalidati jew ippublikati mill-01/01/2013 fejn fil-proposta tal-iżvilupp tagħhom hemm il-kelmiet segwenti.
·
Farm/s
·
Cow/s
·
cattle
·
bull/s
·
heif/heives
·
calf/calves
·
poultry
·
hen
·
chicken
·
broiler/s
·
fattening
·
layers
·
sheep
·
ruminant/s
·
goat/s
·
rabbit/s
·
pig/s
·
sow/s
· razzett/rziezet
· baqra/baqar
· barri/barrin
· għoġol
· tiġieġ/a
· ngħaġ/a
· muntun/mtaten
· mogħża/mogħoż
· fniek
· ħanżir/ħnieżer
· maqjel
flimkien ma’
·
change + use
· bdil + użu
· tibdel/jibdel/nibdel + użu
· jinbidel / tinbidel + użu
Awtorità tal-Ippjanar – Applikazzjonijiet għal bini ta’ residenzi li ma jinstabux f’żona ta’ żvilupp
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2845 u jgħid kemm hemm/kien hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar (qabel il-MEPA) għal bini ta' residenzi li ma jinstabux f'żona ta' żvilupp jew f'żona ta' konservazzjoni urbana, sena b'sena mill-2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Liema huma dawn l-istess applikazzjonijiet? F'liema lokalità jinsabu? F'kull każ f'liema stadju jinsabu dawn l-applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità? Liema minn dawn l-applikazzjonijiet ħarġilhom il-permess neċessarju?
Response (BORG, IAN)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 2845, l-Awtorità tal-Ippjanar ivvalidat jew ippublikat sitt mija u seba’ applikazzjonijiet għal żvilupp relatat ma’ bini ta’ residenzi, nkluzi alterazzjonijiet u/jew estensjonijiet, li ma jinstabux f’żona ta’ żvilupp jew f’żona ta’ konservazzjoni mill-01/01/2013 sad-data ta’ meta nġabret din l-informazzjoni. Annessa hawn tabella li tagħti in-numru ta’ applikazzjonijiet ivvalidati / ippublikati kull sena. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra lista ta’ dawn l-applikazzjonijiet bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant u tabella li tiġbor aħjar din-informazzjoni.
2013
63
2014
65
2015
113
2016
186
2017
180
Validation / Publication Year
2013
2014
2015
2016
2017
Granted
Alterations - Extensions
15
15
29
31
17
Alterations - Extensions - Sanctioning
5
8
11
24
15
New
29
29
52
74
24
New - Sanctioning
5
5
6
11
12
Not Granted
Alterations - Extensions
0
2
2
4
3
Alterations - Extensions - Sanctioning
0
0
1
4
1
New
4
2
6
20
11
New - Sanctioning
2
2
2
3
1
Pending
Alterations - Extensions
0
0
1
0
21
Alterations - Extensions - Sanctioning
0
0
1
5
19
New
0
0
0
1
39
New - Sanctioning
0
0
1
0
13
Withdrawn
Alterations - Extensions
0
1
1
1
0
Alterations - Extensions - Sanctioning
1
0
0
2
1
New
0
1
0
2
2
New - Sanctioning
2
0
0
4
1
Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità fuq applikazzjonijiet ivvalidati jew ippublikati mill-01/01/2013 fejn fil-proposta tal-iżvilupp tagħhom hemm xi waħda mill-kliem segwenti u kienu indikati bħala Outside Development Zone. Alterazzjonijiet u/jew estensjonijiet huma nkulużi fil-lista annessa.
·
flat/s
·
apartment/s
· appartament/i
· dar/djar
·
house/s
·
bungalow/s
·
residence/s
· residen¿a/i
·
penthouse/s
· villa/vilel
·
dwelling/s
Awtorità tal-Ippjanar – Applikazzjonijiet għal lokazzjoni ta’ siġġijiet u mwejjed barra stabbilimenti tal-ikel
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2846 u jgħid kemm hemm/kien hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar (qabel il-MEPA) għal lokazzjoni ta' siġġijiet u mwejjed barra stabbilimenti tal-ikel (restaurants, snack bars, take away, bars, etc.), sena b'sena mill-2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Liema huma dawn l-istess applikazzjonijiet? F'liema lokalita jinsabu? F'kull każ f'liema stadju jinsabu dawn l-applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità? Liema minn dawn l-applikazzjonijiet ħarġilhom il-permess neċessarju?
Response (BORG, IAN)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 2846, l-Awtorità tal-Ippjanar ivvalidat jew ippublikat erba’ mija u tlettax-il applikazzjoni (413) tal-Ippjanar (Planning Applications) u tlieta u disgħin (93) applikazzjoni tad-DNO (Development Notification Order) għal żvilupp relatat ma’ siġġijiet u mwejjed. Anness hawn tabelli li jagħtu in-numru ta’ applikazzjonijiet (PAs u DNOs) ivvalidati / ippublikati kull sena. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra listi ta’ dawn l-applikazzjonijiet bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
PAs
2013
32
2014
32
2015
57
2016
129
2017
163
DNOs
2013
25
2014
24
2015
30
2016
13
2017
1
Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità fuq applikazzjonijiet ivvalidati jew ippublikati mill-01/01/2013 fejn fil-proposta tal-iżvilupp tagħhom hemm xi waħda mill-kliem segwenti.
·
table
·
chair
· mejda
· mwejjed
· siġġu / siġġijiet
·
furniture
Awtorità tal-Ippjanar – Applikazzjonijiet għal irranġar ta’ ħitan tas-sejjieħ
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2847 u jgħid kemm hemm/kien hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar (qabel il-MEPA) għal irranġar ta' ħitan tas-sejjieħ, sena b'sena mill-2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Liema huma dawn l-istess applikazzjonijiet? X'tip ta' applikazzjonijiet saru (DNO, Summary, Full Application, etc.)? F' liema lokalità jinsabu? F'kull każ f'liema stadju jinsabu dawn l-applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità? Liema minn dawn l-applikazzjonijiet ħarġilhom il-permess neċessarju?
Response (BORG, IAN)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 2847, l-Awtorità tal-Ippjanar ivvalidat jew ippublikat mitejn u erbgħa applikazzjonijiet (204) tal-Ippjanar (Planning Applications) u ħamsa u tmenin (85) applikazzjoni tad-DNO (Development Notification Order) għal żvilupp relatat ma irranġar / alterazzjonijiet ta’ ħitan tas-sejjieħ. Anness hawn tabelli li jagħtu in-numru ta’ applikazzjonijiet (PAs u DNOs) ivvalidati / ippublikati kull sena. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra listi ta’ dawn l-applikazzjonijiet bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
PAs
2013
16
2014
26
2015
37
2016
63
2017
62
DNOs
2013
15
2014
20
2015
29
2016
15
2017
6
Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità fuq applikazzjonijiet ivvalidati jew ippublikati mill-01/01/2013 fejn fil-proposta tal-iżvilupp tagħhom hemm xi waħda mill-kliem segwenti.
·
Rubble + wall
· Ħajt + sejjieħ
· Ħitan + sejjieħ
Ta min jinnota li il-proposta tista tinkludi element ta’ bini ta’ ħitan ukoll u li re-instatement u alterations / amendments ġew inklużi ma’ din il-lista.
Peress li l-Ministru kien qal li fis-seba' snin li ġejjin, il-Ministeru tiegħu se jkun qed jonfoq mal-mitt miljun ewro fis-sena f'xogħlijiet ta' toroq madwar Malta u Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq proġettati li jsiru, sena b'sena, fil-lokalità ta’ Ħal Safi? Fiex se jkun jikkonsisti x-xogħol? Jista’ jgħid meta se jibda u jispiċċa x-xogħol fuq kull triq? Kemm hu proġettat li ser jiswa dan ix-xogħol?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Peress li l-Ministru kien qal li fis-seba' snin li ġejjin, il-Ministeru tiegħu se jkun qed jonfoq mal-mitt miljun ewro fis-sena f'xogħlijiet ta' toroq madwar Malta u Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq proġettati li jsiru, sena b'sena, fil-lokalità ta’ Ħal Kirkop? Fiex se jkun jikkonsisti x-xogħol? Jista’ jgħid meta se jibda u jispiċċa x-xogħol fuq kull triq? Kemm hu proġettat li ser jiswa dan ix-xogħol?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Peress li l-Ministru kien qal li fis-seba' snin li ġejjin, il-Ministeru tiegħu se jkun qed jonfoq mal-mitt miljun ewro fis-sena f'xogħlijiet ta' toroq madwar Malta u Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq proġettati li jsiru, sena b'sena, fil-lokalità ta’ Birżebbuġa? Fiex se jkun jikkonsisti x-xogħol? Jista’ jgħid meta se jibda u jispiċċa x-xogħol fuq kull triq? Kemm hu proġettat li ser jiswa dan ix-xogħol?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Birżebbuġa – żona tal-Qajjenza — Toroq - xogħlijiet
Question
Peress li l-Ministru kien qal li fis-seba' snin li ġejjin, il-Ministeru tiegħu se jkun qed jonfoq mal-mitt miljun ewro fis-sena f'xogħlijiet ta' toroq madwar Malta u Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq proġettati li jsiru, sena b'sena, fil-lokalità taż-żona tal-Qajjenza, Birżebbuġa? Fiex se jkun jikkonsisti x-xogħol? Jista’ jgħid meta se jibda u jispiċċa x-xogħol fuq kull triq? Kemm hu proġettat li ser jiswa dan ix-xogħol?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Peress li l-Ministru kien qal li fis-seba' snin li ġejjin, il-Ministeru tiegħu se jkun qed jonfoq mal-mitt miljun ewro fis-sena f'xogħlijiet ta' toroq madwar Malta u Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq proġettati li jsiru, sena b'sena, fil-lokalità ta’ Ħal Farruġ f’Ħal Luqa? Fiex se jkun jikkonsisti x-xogħol? Jista’ jgħid meta se jibda u jispiċċa x-xogħol fuq kull triq? Kemm hu proġettat li ser jiswa dan ix-xogħol?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm se jsiru xogħlijiet fuq toroq rurali biex jinqdew bihom il-bdiewa u r-raħħala minn Fondi Ewropej għal perijodu 2014-2020? F'liema lokalità jinsabu dawn it-toroq u kemm ġej jiswa kull proġett? Meta se jingħataw il-fondi u meta se jkun jista’ jibda x-xogħol? Min se jkun responsabbli biex jesegwixxi x-xogħol f'kull istanza? Min kien l-individwu/entità li applikat għal dawn il-fondi?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm applikazzjoni fuq xogħlijiet fuq toroq rurali biex jinqdew bihom il-bdiewa u r-raħħala minn Fondi Ewropej għal perjodu 2014-2020. Transport Malta, li ħadmet fuq l-applikazzjoni, se tkun ukoll qed tieħu ħsieb l-ezekuzzjoni tal-proġett.