Kumpanija tat-Trasport Pubbliku – ingaġġ ta’ ħaddiema ġodda
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu ħaddiema ġodda mal-kumpanija tat-trasport pubbliku, f'liema grad, x'tip ta' xogħol jagħmlu u ta’ liema nazzjonalita huma, xahar b'xahar minn Jannar 2014 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu tikkonċerna direttament lill-Malta Public Transport Services Ltd li hija kumpanija privata. Għaldaqstant din l-informazzjoni mhix disponibbli li tingħata.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema li rriżenjaw mill-impjieg, f'liema grad kienu, x'tip ta' xogħol kienu jagħmlu u ta’ liema nazzjonalità kienu mal-Malta Public Transport, xahar b'xahar minn Jannar 2015 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu tikkonċerna direttament lill-Malta Public Transport Services Ltd li hija kumpanija privata. Għaldaqstant din l-informazzjoni mhix disponibbli li tingħata.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati jaħdmu mal-kumpanija tat-trasport pubbliku u ta' liema nazzjonalità huma s-sena l-oħra (2017)?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu tikkonċerna direttament lill-Malta Public Transport Services Ltd li hija kumpanija privata. Għaldaqstant din l-informazzjoni mhux disponibbli li tingħata.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħadet b’kollox f’sussidji direttament mill-Gvern Malti l-kumpanija tat-trasport pubbliku s-sena l-oħra (2017)?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ sussidju li tħallas mill-Gvern lil Malta Public Transport Services Ltd matul is-sena 2017 kien ta’ €29,200,000.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm gawdiet f’fondi Ewropej il-kumpanija tat-trasport pubbliku s-sena l-oħra (2017)?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtieġa lill-Ministru ikkonċernat – jiġifieri dak responsabbli mill-fondi ewropej ġaladarba il-MPT hija kumpanija privata u allura fil-libertà li tapplika taħt skemi bħal kull kumpanija oħra minn setturi differenti.
Ftehim iffirmat bejn il-Gvern Malti u r-Repubblika tal-Korea
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-memorandum ta’ ftehim li kien ġie ffirmat fir-Repubblika tal-Korea f’Novembru tal-2015 bejn il-Gvern Malti u r-Repubblika tal-Korea?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra id-dokument mitlub.
Trasport Pubbliku – multi għal nuqqas ta’ osservanza ta’ ħinijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid minn kemm ilu responsabbli għat-trasport pubbliku sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm ħallset f’multi l-kumpanija tat-trasport pubbliku għal nuqqas ta’ osservanza tal-ħinijiet u x’ħin suppost jitilqu l-vjaġġi li obbligata tagħmel?
Response (BORG, IAN)
Waqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija fil-mistoqsija parlamentari 4189, ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn Ġunju u Diċembru 2017 Transport Malta ħarġet total ta’ €144,475 f’multi li jikkoncernaw il-puntwalità u affidabilità lill-operatur tat-trasport pubbliku.
Trasport Pubbliku – multi għal nuqqas ta’ osservanza ta’ ħinijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħallset f’multi l-kumpanija tat-trasport pubbliku għal nuqqas ta’ osservanza tal-ħinijiet x’ħin suppost jitilqu l-vjaġġi li obbligata tagħmel fl-2015, fl-2016, u fl-2017?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li multi mahruga lill-operatur tat-trasport pubbliku fir-rigward ta’ puntwalità u affidabilità bdew jigu applikati minn April ta’ l-2016. Ir-raguni ghal dan kienet minhabba l-problemi industrijali li kien affaċċja ruħu magħhom l-operatur tat-trasport pubbliku, fejn in-network il-ġdid kellu jiġi introdott aktar tard milli kien ippjanat u kien biss għall-aħħar ta’ Diċembru 2015 li l-maġġoranza tan-network il-ġdid seta’ jiġi ntrodott. Dan fisser li l-operatur tat-trasport pubbliku kellu bżonn perjodu ta’ żmien sabiex ikun jista’ jiffamiljarizza ruħu mar-rotot il-ġodda qabel ma’ jiġi espost għall-multi marbuta ma’ puntwalità u affidabilità.
L-ammont totali ta’ penali maħruga lil operatur tat-trasport pubbliku fir-rigward ta’ puntwalità u affidabilità huwa hekk kif gej:
2016: € 82,125
2017: €183,559
Qed nifhem li waqt li żdied b’mod rekord in-numru ta’ passiġieri u vjaggi li qed isiru permezz ta’ dan is-servizz, ser nara, kif rajt sa’ mill-ewwel ġurnata tiegħi, li jitħaddmu b’mod mill-aktar rigoruzi dawn l-artikli importanti fl-obbligi kuntrattwali bejn il-partijiet.
Trasport Pubbliku – rapport dwar l-aħħar vjaġġ tal-karozza tal-linja
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi jieħu l-Ministeru tiegħu kontra l-kumpanija tat-trasport pubbliku partikolarment meta passiġġieri jirrappurtaw li l-aħħar vjaġġ tal-karozza tal-linja ta’ xi ġurnata lejn xi lokalità, ma jkunx sar?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li il-kuntratt iffirmat bejn Transport Malta u Malta Public Transport f’Jannar 2015, fir-rigward tal-proviżjoni tat-trasport pubbliku ġewwa Malta jistipula “thresholds” fix-xahar għal kull rotta ta’ kemm huwa permissibli li jinqabżu vjaġġi qabel ma jiġu applikati il-multi ikkontemplati. Dan mingħajr distinzjoni tal-ġurnata jew il-ħin li dawn il-vjaġġi ma jsirux.
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema ħinijiet suppost kellhom jitilqu, u f’liema ħinijiet fil-fatt telqu, il-vjaġġi tal-karozza tal-linja bin-numri li ġejjin mil-lokalitajiet rispettivi u li jidhru hawn taħt għall-Belt fin-nofsinhar ta’ filgħodu tal-Ġimgħa, 9 ta’ Frar 2018:
a) 1 mill-Isla;
b) 2 mill-Birgu;
c) 3 mill-Kalkara;
d) 4 mill-Birgu;
e) 51 mill-Imtarfa;
f) 52 minn Ħad-Dingli;
g) 53 mir-Rabat Tal-Virtù;
h) 56 minn Ħad-Dingli;
i) 61 minn Ħaż-Żebbuġ;
j) 62 mis-Siġġiewi;
k) 63 minn Ħal Qormi;
l) 64 minn Ħal Qormi;
m) 71 miż-Żurrieq;
n) 72 mill-Qrendi;
o) 73 miż-Żurrieq;
p) 74 miż-Żurrieq;
q) 81 minn Marsaxlokk;
r) 82 minn Birżebbuġa;
s) 83 minn Santa Luċija;
t) 84 miż-Żejtun;
u) 85 minn Marsaxlokk; u
v) 88 mill-Gudja?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema ħinijiet suppost kellhom jitilqu, u f’liema ħinijiet fil-fatt telqu, il-vjaġġi tal-karozza tal-linja bin-numri li ġejjin mil-lokalitajiet rispettivi u li jidhru hawn taħt għall-Belt fin-nofsinhar ta’ filgħaxija tal-Ġimgħa, 24 ta’ Novembru 2017;
a) 1 mill-Isla;
b) 2 mill-Birgu;
c) 3 mill-Kalkara;
d) 4 mill-Birgu;
e) 51 mill-Imtarfa;
f) 52 minn Ħad-Dingli;
g) 53 mir-Rabat Tal-Virtù;
h) 56 minn Ħad-Dingli;
i) 61 minn Ħaż-Żebbuġ;
j) 62 mis-Siġġiewi;
k) 63 minn Ħal Qormi;
l) 64 minn Ħal Qormi;
m) 71 miż-Żurrieq;
n) 72 mill-Qrendi;
o) 73 miż-Żurrieq;
p) 74 miż-Żurrieq;
q) 81 minn Marsaxlokk;
r) 82 minn Birżebbuġa;
s) 83 minn Santa Luċija;
t) 84 miż-Żejtun;
u) 85 minn Marsaxlokk; u
v) 88 mill-Gudja?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra
Awtorità tal-Ippjanar – applikazzjonijiet għall-bini ta’ ġwiebi u pump-rooms barra ż-żona ta’ żvilupp
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm/kien hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar (qabel il-MEPA) għall-bini ta’ ġwiebi u pump-rooms barra ż-żona ta’ żvilupp, sena b’sena mill-2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Liema huma dawn l-istess applikazzjonijiet? F’liema lokalità jinsabu? F’kull każ f’liema stadju jinsabu dawn l-applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità? Liema minn dawn l-applikazzjonijiet ħarġilhom il-permess neċessarju?
Response (BORG, IAN)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3095, l-Awtorità tal-Ippjanar ivvalidat jew ippublikat seba’ mija tnejn u għoxrin applikazzjoni (722) tal-Ippjanar (Planning Applications) u mija ħamsa u sittin applikazzjoni tad-DNO (Development Notification Order) għal żvilupp relatat ma’ bini jew alterazzjonijiet ta’ ġwiebi u pump rooms barra miż-żona ta’ żvilupp mill-01/01/2013 sad-data ta’ meta nġabret din l-informazzjoni. Annessi hawn tabelli li jagħtu in-numru ta’ applikazzjonijiet (PAs u DNOs) ivvalidati / ippublikati kull sena. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra listi ta’ dawn l-applikazzjonijiet bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
PAs
2013
67
2014
67
2015
139
2016
222
2017
226
2018
1
DNOs
2013
55
2014
37
2015
46
2016
27
Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità fuq applikazzjonijiet ivvalidati jew ippublikati mill-01/01/2013 fejn iż-żona hija ndikata bħala barra ż-żona tal-iżvilupp u fejn fil-proposta tal-iżvilupp tagħhom hemm xi waħda mill-kliem segwenti.
·
pump + room/s
·
reservoir/s
· ġiebja/ġwiebi
· pompa/i
Awtorità tal-Ippjanar – applikazzjonijiet ta’ regolarizzazzjoni ta’ żvilupp eżistenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm/kien hemm applikazzjonijiet ta' regolarizzazzjoni ta' żvilupp eżistenti pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar, xahar b'xahar, minn Awwissu 2016 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Liema huma dawn l-istess applikazzjonijiet? F'liema lokalità jinsabu? F'kull każ f'liema stadju jinsabu dawn l-applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità? Liema minn dawn l-applikazzjonijiet ħarġilhom il-permess neċessarju?
Response (BORG, IAN)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3096, l-Awtorità tal-Ippjanar irċeviet ħames t’elef u tmienja u tmenin applikazzjoni (5,088) ta’ regolarizzazzjoni ta’ żvilupp eżistenti minn Awwissu 2016 sad-data ta’ meta nġabret (12/01/2018) din l-informazzjoni. Annessa hawn tabella li tagħti l-ammont xahar b’ xahar. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-kamra lista ta’ dawn l-applikazzjonijiet bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Sep 2016
35
Oct 2016
160
Nov 2016
223
Dec 2016
136
Jan 2017
235
Feb 2017
263
Mar 2017
387
Apr 2017
342
May 2017
534
Jun 2017
326
Jul 2017
434
Aug 2017
418
Sep 2017
380
Oct 2017
409
Nov 2017
353
Dec 2017
245
Jan 2018
208
Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità fuq applikazzjonijiet ta’ regolarizzazzjoni li ġew aċċettati bħala kompluti mill-istess Awtorità.
L-avviż legali tar-Regolarizzazzjoni nħareġ fid-19 ta 'Awwissu 2016. Sakemm l-ewwel applikazzjoni ġiet ikkumpilata, riveduta, imħallsa u aċċettata u għalhekk l-ewwel applikazzjoni kompluta kienet riċevuta uffiċjalment f'Settembru 2016.
Awtorità tal-Ippjanar – dħul ta’ flus biex jiġu pproċessati applikazzjonijiet ta’ regolarizzazzjoni ta’ żvilupp eżistenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħħlet flus l-Awtorità tal-Ippjanar bħala fees/fines biex jiġu pproċessati applikazzjonijiet ta' regolarizzazzjoni ta' żvilupp eżistenti, xahar b'xahar, minn Awwissu 2016 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Min ser jibbenefika minn dawn il-flus?
Response (BORG, IAN)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3097, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta' flus miġbura mill-Awtorità tal-Ippjanar bħala fees/fines biex jiġu pproċessati applikazzjonijiet ta' regolarizzazzjoni ta' żvilupp eżistenti, xahar b'xahar, minn Awwissu 2016 sat- 8 ta’ Jannar 2018 qiegħed jiġi provdut fit-tabella segwenti;
Xahar
Sena
Ammont miġbur €
Awwissu
2016
1,450.00
Settembru
2016
99,300.00
Ottubru
2016
384,550.00
Novembru
2016
625,800.00
Diċembru
2016
348,000.00
Jannar
2017
604,000.00
Frar
2017
632,550.00
Marzu
2017
824,730.00
April
2017
1,058,085.00
Mejju
2017
1,077,765.00
Ġunju
2017
844,256.66
Lulju
2017
981,434.92
Awwissu
2017
992,153.33
Settembru
2017
868,370.00
Ottubru
2017
955,835.83
Novembru
2017
776,661.66
Diċembru
2017
535,660.00
Jannar (sa 8 ta' Jannar)
2018
412,155.83
Dawn il-flus jitqassmu b'dan il-mod:
- 70% tal-flus miġbura, sa massimu ta €8 miljuni, huma allokati għall-Iskema 'Irrestawra Darek';
- 20% tal-flus miġbura, huma allokati għall-fond tal-'Planning Gains', li minnu jibbenefikaw il-Kunsill Lokali fi proġetti ta' tisbieħ fil-lokalitajiet rispettivi; u
- 10% tal-flus miġbura sakemm tintlaħaq l-allokazzjoni ta' €8 miljuni għall-Iskema 'Irrestawra Darek', jew 80% tal-flus miġbura wara li tintlaħaq l-allokazzjoni ta' €8 miljuni għall-imsemmija skema, huma dħul għall-Awtorita'.
Awtorità tal-Ippjanar – dħul ta’ flus minn applikazzjonijiet ta’ żvilupp
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħħlet flus l-Awtorità tal-Ippjanar (inklużi Development Permit Fees, Drainage Contribution, Road Contribution, eċċ.) minn applikazzjonijiet ta' żvilupp, xahar b' xahar, minn Marzu 2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari hekk kif ġej:
(a) f'żoni ta' żvilupp;
(b) f'żoni barra miż-żona ta' żvilupp;
(c) f'żoni ta' konservazzjoni urbana?
Response (BORG, IAN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tlett tabelli li jindikaw kemm daħlet flus l-Awtorità tal-Ippjanar (inklużi Development Permit Fees, Drainage Contribution, Road Contribution, eċċ.) minn applikazzjonijiet ta' żvilupp, xahar b' xahar, minn Marzu 2013 sa llum.
Awtorità tal-Ippjanar – Urban Improvement Funds – flus il-Kunsilli Lokali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandhom jieħdu flus s'issa l-Kunsilli Lokali ta' Malta u Għawdex mill-fond tal-'Urban Improvement Funds' mill-Awtorità tal-Ippjanar, kunsill kunsill?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-fond tal-UIF ġie mibdul fid-"Development Planning Fund" li jiġbor flimkien id-dħul ta' l-Awtorita' minn diversi sorsi f'fond wieħed skont ma titlob il-liġi. Għalhekk it-tweġiba hija limitata għal-perjodu sakemm baqa jaħdem il-fond tal-UIF bħala fond distint - jiġifieri sa' l-aħħar tas-sena 2016.
Nirreferi għat Tabella A hawn taħt. Din it-tabella qed turi l-bilanċ pendenti li għad fadallhom jieħdu il-kunsilli lokali indikati minn proġetti kontrattati taħt il-fond tal-UIF. F'ċertu każijiet dan ġara jew għax il-proġett għadu mhux lest (numru minnhom diġa ħadu pagamenti parzjali). F'każijiet oħra, il-kunsill biddel il-pjanijiet, talab għal estensjonijiet jew kien hemm xi komplikazzjonijiet oħra (inkluż azzjoni legali minn terzi). Madwar sena ilu kienet intbgħatet "reminder" jew numru ta' reminders lil dawn il-kunsilli. Xi wħud ma irrispondewx filwaqt li oħrajn verbalment indikaw li hemm kumplikazzjonijiet biex jikkonkludu it-talba għal-ħlas. F'kaz li xi kunsill jikkonferma bil-miktub li m'għadx għandu interess li jieħu il-fondi rimanenti, dawn jintefgħu lura fid-"Development Planning Fund" fil-fond tal-kunsill partikolari.
TABELLA A -
OUTSTANDING PAYMENTS TO LOCAL COUNCILS FOR CONTRACTED PROJECTS FUNDED THROUGH THE UIF FUND
Kunsill Lokali
Value Kuntrattat
€
Valur Mħallas
€
Bilanċ li għad jrid jitħallas
€
B'BUGIA
21,840.58
-
21,840.58
BIRKIRKARA
500,000.00
473,223.15
26,776.85
COSPICUA
39,393.96
-
39,393.96
DINGLI
18,933.23
-
18,933.23
GHAJNSIELEM
173,170.11
25,975.52
147,194.59
GHARGHUR
19,510.00
-
19,510.00
KERCEM
7,220.12
-
7,220.12
LUQA
18,195.98
-
18,195.98
NAXXAR
137,659.97
55,158.34
82,501.63
PIETA'
45,500.00
-
45,500.00
SANNAT
36,475.27
18,237.64
18,237.63
SENGLEA
4,438.50
-
4,438.50
SIGGIEWI
36,345.40
-
36,345.40
SLIEMA
365,942.82
285,749.25
80,193.57
ST.PAUL'S BAY
132,269.74
-
132,269.74
SWIEQI
106,897.72
-
106,897.72
VICTORIA (GOZO)
38,636.00
-
38,636.00
XAGHRA (GOZO)
30,428.54
-
30,428.54
ZABBAR
100,000.00
-
100,000.00
ZEBBUG (GOZO) / MARSALFORN
28,255.67
-
28,255.67
TOTAL
1,861,113.61
858,343.90
1,002,769.71
Awtorità tal-Ippjanar – akkomodazzjoni ta’ agrituriżmu – applikazzjonijiet pendenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm/kien hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar (qabel il-MEPA) għall-iżvilupp ta' akkomodazzjoni ta' agrituriżmu, sena b'sena mill-2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Liema huma dawn l-istess applikazzjonijiet? F'liema lokalità jinsabu? F'kull każ f'liema stadju jinsabu dawn l-applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità? Liema minn dawn l-applikazzjonijiet ħarġilhom il-permess neċessarju?
Response (BORG, IAN)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 3013 (PQ 2853), l-Awtorità tal-Ippjanar ivvalidat jew ippublikat sitt applikazzjonijiet għal żvilupp relatat ma’ agrituriżmu mill-01/01/2013 sal-lum. Annessa hawn tabella li tagħti n-numru ta’ applikazzjonijiet ivvalidati / ippublikati kull sena. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ dawn l-applikazzjonijiet bl-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
2015
1
2016
3
2017
2
Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità fuq applikazzjonijiet ivvalidati jew ippublikati mill-01/01/2013 fejn fil-proposta tal-iżvilupp tagħhom hemm il-kelmiet segwenti.
·
Agro + tourism
·
Agri + tourism
· Agri + turiżmu
Awtorità tal-Ippjanar – applikazzjonijiet għal retail outlets
Question
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 2858, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm/kien hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar (qabel il-MEPA) għal retail outlets tal-bdiewa (a bażi tal-Rural Policy & Design Guidelines 2014), sena b'sena mill-2014 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Liema huma dawn l-istess applikazzjonijiet? F'liema lokalità jinsabu? F'kull każ f'liema stadju jinsabu dawn l-applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità? Liema minn dawn l-applikazzjonijiet ħarġilhom il-permess neċessarju?
Response (BORG, IAN)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 3090, l-Awtorità tal-Ippjanar ivvalidat jew ippublikat tlett applikazzjonijiet (3) għal żvilupp relatat ma’ farm retail outlets mill-01/01/2014 sal-lum. Annessa hawn tabella li tagħti n-numru ta’ applikazzjonijiet ivvalidati / ippublikati kull sena. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ dawn l-applikazzjonijiet bl-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
2016
1
2017
2
Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità fuq applikazzjonijiet ivvalidati jew ippublikati mill-01/01/2014 fejn fil-proposta tal-iżvilupp tagħhom hemm il-kelmiet segwenti.
·
Farm + retail + outlet
kif msemmija fir-
Rural Policy & Design Guidelines,
2014.
Awtorità tal-Ippjanar – applikazzjonijiet għal sanzjonar/ bini ta’ stalel taż-żwiemel
Question
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 2859, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm/kien hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar (qabel il-MEPA) għal sanzjonar / bini ta' stalel taż-żwiemel, sena b'sena mill-2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Liema huma dawn l-istess applikazzjonijiet? F'liema lokalità jinsabu? F'kull każ f'liema stadju jinsabu dawn l-applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità? Liema minn dawn l-applikazzjonijiet ħarġilhom il-permess neċessarju?
Response (BORG, IAN)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 3091, l-Awtorità tal-Ippjanar ivvalidat jew ippublikat mija erba’ u għoxrin applikazzjoni (124) għal żvilupp relatat ma’ sanzjonar / bini ta’ stalel mill-1 ta' Jannar 2013 sal-lum. Annessa hawn tabella li tagħti n-numru ta’ applikazzjonijiet ivvalidati / ippublikati kull sena. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ dawn l-applikazzjonijiet bl-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
2013
10
2014
5
2015
11
2016
46
2017
52
Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità fuq applikazzjonijiet ivvalidati jew ippublikati mill-1 ta' Jannar 2013 fejn fil-proposta tal-iżvilupp tagħhom hemm il-kelmiet segwenti.
·
Stables/s
· Stalla / Stalel
Awtorità tal-Ippjanar – applikazzjonijiet għal Animal Sanctuaries
Question
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 2865, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm/kien hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar (qabel il-MEPA) għal Animal Sanctuaries (a bażi tal-Rural Policy & Design Guidelines 2014), sena b'sena mill-2014 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Liema huma dawn l-istess applikazzjonijiet? F'liema lokalità jinsabu? F'kull każ f'liema stadju jinsabu dawn l-applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità? Liema minn dawn l-applikazzjonijiet ħarġilhom il-permess neċessarju?
Response (BORG, IAN)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 2865/ 3092, l-Awtorità tal-Ippjanar ma ivvalidat jew ippublikat l-ebda applikazzjoni għal żvilupp relatat ma’ Animal Sanctuaries mill-1 ta' Jannar 2014 sal-lum.
Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità fuq applikazzjonijiet ivvalidati jew ippublikati mill-1 ta' Jannar 2014 fejn fil-proposta tal-iżvilupp tagħhom hemm il-kelmiet segwenti.
· Animal + Sanctuary / Sanctuaries
kif msemmija fir-Rural Policy & Design Guidelines, 2014.