Legislature:
Category:
Reset
Active:

Qrendi – toroq rurali asfaltati minn Transport Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew asfaltati toroq rurali minn Transport Malta fil-lokalità tal-Qrendi, sena b'sena, mill-2013 sas-sena 2017? X'xogħlijiet saru f'kull waħda minn dawn it-toroq? Sar tiġdid ta’ servizzi f'dawn it-toroq? Kemm-il metru kwadru fiha kull triq li ġiet asfaltata? Kemm ġiet tiswa kull triq inkluż tiġdid ta' servizzi?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-każ tat-toroq rurali ffinanzjanti minn fondi Ewropej mill-programm għall-iżvilupp rurali 2007 - 2013, Transport Malta għamlet resurfacing ta’ dawn it-toroq fil-lokalita’ tal-Qrendi: Street & Locality Completion Resurfacing Works Area (sq m) Total Final Value Certified exc. Services Services Done Triq il-Panorama, Qrendi 2015 Asphalt 6487.5 sq m € 251,491.05 WSC works Triq is-Siġġiewi, Qrendi 2015 Asphalt 5530 sq m € 211,514.08 WSC works Misrah is-Sinjura, Qrendi (known as Triq is-Siġġiewi) 2015 Asphalt 700 sq m € 29,076.96 WSC works Il-valur imsemmi ma jinkudiex il-valur tas-servizzi u f’dan il-kaz partikolari, dan il-valur għandu jintgħalab lill-Ministeru ikkonċernat mill-WSC.

Public Service Garages

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm il-Public Service Garage hawn preżentament f'Malta u Għawdex, lokalità b'lokalità?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ Public Service Garage li hawn preżentament f’Malta u Għawdex huwa ta’ 860. Dawn jinsabu fil-lokalitajiet imsemmija hawn taħt: Numru ta’ Public Service Garages Lokalita’ Malta 3 Pembroke 4 Għargħur 2 Isla 8 Pietá 1 Buġibba 4 Il-Belt 4 Birgu 7 Marsa 29 Rabat 11 M’Scala 3 Kalkara 26 Ħamrun 21 Żebbuġ 9 Sliema 19 Luqa 4 Iklin 13 Tarxien 1 Qawra 5 Dingli 4 Kirkop 8 Żurrieq 6 Raħal il-Ġdid 4 Balzan 7 Lija 18 Naxxar 5 Mqabba 1 Santa Luċija 3 Qrendi 2 M’Xlokk 9 Attard 22 San Ġiljan 21 Santa Venera 7 Furjana 34 Gżira 11 Hal-Għaxaq 61 Mosta 41 Mellieħa 44 B’Kara 10 Swieqi 11 Żabbar 10 B’Buġia 59 Qormi 3 Safi 32 San Ġwann 89 San Pawl il-Baħar 18 Żejtun 26 Msida 2 Ta’ Xbiex 12 Fgura 6 Mġarr 10 Siġġiewi 1 Xgħajra Għawdex 6 Għajnsielem 8 Nadur 20 Rabat 3 Żebbuġ 7 Sannat 1 Għasri 4 Kerċem 4 San Lawrenz 10 Xewkija 14 Qala 2 Fontana 9 Xagħra 1 Munxar

Vetturi bil-mutur irreġistrati bħala heavy vehicles, light vehicles jew muturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hawn vetturi bil-mutur irreġistrati, sena b'sena u maqsuma separatament jekk humiex heavy vehicles, light vehicles jew muturi, mis-sena 2008 sas-sena 2017?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titniżżel hawn taħt. Light Vehicle Heavy Vehicle Muturi 2008 43,080 8,791 28,789 2009 44,764 9,092 30,286 2010 45,737 9,334 31,502 2011 47,279 9,573 33,143 2012 48,738 9,766 34,902 2013 50,526 10,057 37,062 2014 52,079 10,244 39,421 2015 54,011 10,484 42,429 2016 55,914 10,772 46,898 2017 58,533 11,106 50,989

L-Imqabba — Transport Malta – asfaltar ta’ toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew asfaltati toroq għall-ewwel darba fil-lokalità tal-Imqabba minn Transport Malta, sena b'sena, mill-2013 sas-sena 2017? X'xogħlijiet saru f'kull waħda minn dawn it-toroq? Sar tiġdid tas-servizzi f'dawn it-toroq? Kemm-il metru kwadru fiha kull triq li ġiet asfaltata għall-ewwel darba? Kemm ġiet tiswa kull triq inkluż tiġdid ta' servizzi?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fis-snin imsemmija, Transport Malta għamlet xogħlijiet f’ dawn it-toroq bi spejjeż involuti għal kull triq imsemmija: 09.02.2017 Construction of Triq il-Katakombi, Mqabba 7,817.61 02.10.2017 Emergency works at Triq Tas-Sejba, Mqabba 31,840.84 39,658.45 06.10.2016 Construction of Triq il-Katakombi, Mqabba 5,481.74 24.03.2015 Emergency works- Triq is-Sejba Mqabba 9,589.88 18.09.2015 Construction of part of Triq il-Konvoj ta Santa Marija Mqabba 37,573.33 47,163.21 26.06.2013 Emergency Patching Works at Misrah il-Gublew & p/o Valletta Road, Mqabba 52,950.14 26.06.2013 Emergency works at Triq is-Sejba Mqabba 12,296.33 65,246.47

Il-Qrendi — Transport Malta – asfaltar ta’ toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew asfaltati toroq għall-ewwel darba minn Transport Malta fil-lokalità tal-Qrendi, sena b'sena, mill-2013 sas-sena 2017? X'xogħlijiet saru f'kull waħda minn dawn it-toroq? Sar tiġdid tas-servizzi f'dawn it-toroq? Kemm-il metru kwadru fiha kull triq li ġiet asfaltata għall-ewwel darba? Kemm ġiet tiswa kull triq inkluż tiġdid ta' servizzi?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-snin imsemmija, Transport Malta għamlet xogħlijiet f’ dawn it-toroq hekk kif ġej bi spejjeż involuti għal kull triq imsemmija inklużi: 24.05.2017 Construction of Triq il-Punici, Qrendi 10,881.13 10,881.13 31.08.2016 Constructtion of Triq il-Punici Qrendi 38,083.95 14.01.2015 Road works at Triq Mons de Piro Qrendi 12,882.27 27.01.2015 Construction of Triq Dun Santu Agius, Qrendi 604.22 09.07.2015 Road works at Triq Mons de Piro Qrendi 2,698.00 14.09.2015 Construction of Triq it-Tempesta Qrendi 13,092.97 03.11.2015 Construction of Triq F. Guttenberg Qrendi 29,252.76 58,530.22 17.01.2014 Construction of Triq it-Tempesta, Qrendi 10,690.14 11.06.2014 Construction of Triq Dun Santu Agius, Qrendi 19,498.83 11.06.2014 Construction of Triq F. Guttenberg, Qrendi 68,476.74 28.11.2014 Construction of Triq it-Tabib Girgor Mifsud Qrendi 2,686.08 101,351.79 26.06.2013 Triq it-Tabib Mifsud Qrendi 23,432.10 09.09.2013 Road works at Triq Mons Depiro Qrendi 38,646.83 62,078.93

Iż-Żurrieq — Transport Malta – asfaltar ta’ toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew asfaltati toroq għall-ewwel darba fil-lokalità taż-Żurrieq minn Transport Malta, sena b'sena, mill-2013 sas-sena 2017? X'xogħlijiet saru f'kull waħda minn dawn it-toroq? Sar tiġdid tas-servizzi f'dawn it-toroq? Kemm-il metru kwadru fiha kull triq li ġiet asfaltata għall-ewwel darba? Kemm ġiet tiswa kull triq inkluż tiġdid ta' servizzi?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-snin imsemmija, Transport Malta għamlet xogħlijiet f’dawn it-toroq hekk kif ġej bi spejjeż involuti għal kull triq imsemmija inklużi: 18.01.2017 Preliminary Phase- Widening preparation works and construction of boundary walls at Vjal ix-Xarolla, Zurrieq 98,081.38 01.03.2017 Construction of Triq Fra Giammari Zammit & Triq it-Torri, Zurrieq 23,006.39 03.04.2017 Construction and surfacing at p/o Triq Espeditu Deguara, Zurrieq 7,617.73 11.05.2017 Arbitrary testing at p/o Triq Salvatore Magri, Zurrieq 649.00 09.06.2017 Preliminary phase- widening preparation works and construction of boundary walls at Vjal ix-Xarolla, Zurrieq 38,989.19 21.06.2017 Construction of soak away at Espeditu Deguara, Zurrieq 4,200.00 13.07.2017 Construction and surfacing of p/o Triq Espeditu Deguara Zurrieq 27,682.40 18.09.2017 Construction of P/O N/S in Triq San Mikiel, Zurrieq 12,646.74 212,872.83 17.02.2016 Public Transport Reform- Zurrieq Interchange 14,911.28 07.07.2016 Construction of n/s in Triq l-Imqabba Zurrieq 397.46 04.08.2016 Demolition of premises at Triq San Pawl c/w Triq Rokku Buhagiar, Zurrieq 173.32 12.08.2016 Construction of Triq Fra Gammari Zammit & Triq it-Torri, Zurrieq 63,207.40 26.09.2016 Construction and surfacing of Triq S Buhagiar Zurrieq 9,738.20 06.10.2016 Construction of Triq il-Mingel, Zurrieq 9,016.56 97,444.22 09.04.2015 Road works at Triq Gorg Sammut, Zurrieq 14,670.02 23.04.2015 Emergency works with demolition of wall, Triq San Mikiel, Zurrieq 1,571.06 27.05.2015 Road works at Triq Gorg Sammut, Zurrieq 10,011.06 30.07.2015 Road works at p/o Triq in-Nigret, Zurrieq 29,727.61 14.09.2015 Construction of Triq Sta Klementina Zurrieq 28,341.09 84,320.84 28.01.2014 Construction of Triq il-Passu Zurrieq 7,316.93 13.02.2014 Construction & Surfacing of Triq Gorg Sammut, Zurrieq 15,288.55 06.10.2014 Valletta Road Zurrieq- Lot 2 Extra works 77,171.59 17.01.2014 Construction of Sqaq San Martin, Zurrieq 8,410.96 108,188.03 26.06.2013 Construction of Triq Ta Ciantar p/o Zurrieq 46,600.41 08.07.2013 Construction of Triq S. Buhagiar, Zurrieq 24,133.80 26.08.2013 Construction of Triq Sta Klementina Zurrieq 73,933.27 25.09.2013 Construction of Triq Napuljun Zurrieq 3,580.59 11.12.2013 Construction of Triq Ta Ciantar p/o Zurrieq 16,351.02 164,599.09

Ħal Safi — Transport Malta – asfaltar ta’ toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew asfaltati toroq għall-ewwel darba minn Transport Malta fil-lokalità ta’ Ħal Safi, sena b'sena, mill-2013 sas-sena 2017? X'xogħlijiet saru f'kull waħda minn dawn it-toroq? Sar tiġdid tas-servizzi f'dawn it-toroq? Kemm-il metru kwadru fiha kull triq li ġiet asfaltata għall-ewwel darba? Kemm ġiet tiswa kull triq inkluż tiġdid ta' servizzi?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fis-snin imsemmija, Transport Malta għamlet xogħlijiet f’ dawn it-toroq bi spejjeż involuti għal kull triq imsemmija: 23.08.2017 Preliminary phase - Widening preperation works & cons. of boundary walls at Triq il-Kuccard, Safi 10,584.59 25.06.2015 Street widening at Triq il-Kuccard, Hal Safi 10,661.04

Iż-Żurrieq: Vjal ix-Xarolla u Ħal Safi: Triq il-Kuċċard — xogħlijiet

Question

Peress li l-Ministru fir-risposti tiegħu għall-mistoqsijiet parlamentari 2851 u 3012 qal li x-xogħol fuq Vjal ix-Xarolla ż-Żurrieq u Triq il-Kuċċard Ħal Safi nbeda fil-11 t' April 2017, jista’ l-Ministru jgħid jekk stqarrija maħruġa minn Malta Transport, hekk kif ġiet irrapportata fil-media tal-Partit Laburista, ix-xogħol kien beda kważi seba xhur qabel u ċjoè fit-30 ta' Settembru 2016 hijiex minnha jew le?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali — direct orders

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 535, jista’ l-Ministru jgħid min kienu dawk l-individwi/kumpaniji li ħadu kull waħda mid-direct orders hekk kif imniżżla fil-lista sottomessa mar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 535? Minn min saret it-talba għal kull waħda minn dawn id-direct orders? Min approva kull waħda minn dawn id-direct orders?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji mitluba qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

Direct Orders — Dettalji

Question

Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji ta' kull direct order li ngħatat minn kwalsiasi entità li taqa' taħtu, inkluż id-data u l-valur, mill-1 ta' April 2013 sal-31 ta' Novembru 2016? Min kienu dawk l-individwi/kumpaniji li ħadu kull waħda minn dawn id-direct orders? Minn min saret it-talba għal kull waħda minn dawn id-direct orders? Min approva kull waħda minn dawn id-direct orders?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji mitluba qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

Trasport Pubbliku — xufiera

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li kull meta xufier tat-trasport pubbliku ma jkunx disponibbli biex jagħmel il-vjaġġ, minflok ma jintbagħat xufier ieħor, dak il-vjaġġ partikolari ma jsirx, b'detriment għal min juża’ t-trasport pubbliku?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu tikkonċerna direttament lill-Malta Public Transport Services Ltd li hija kumpanija privata. Għaldaqstant din l-informazzjoni mhux disponibbli li tingħata.

Karozzi chauffeur-driven reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il karozza 'chauffeur driven' ġew irreġistrati, xahar b'xahar, mill-2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titniżżel hawn taħt: 2013 2014 2015 2016 2017 2018 Jan 4 7 7 10 7 31 Feb 4 8 8 8 9 Mar 6 10 5 6 18 Apr 4 7 8 10 15 May 7 4 13 13 26 Jun 10 10 11 8 35 Jul 7 10 12 18 24 Aug 3 3 14 14 34 Sept 7 4 6 11 11 Oct 6 9 18 7 46 Nov 6 5 12 14 24 Dec 9 17 7 8 26 Total 73 94 121 127 275 31

Kumpanija tat-Trasport Pubbliku – nefqa totali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’nefqa totali kellha l-kumpanija tat-trasport pubbliku s-sena l-oħra (2017)?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu tikkonċerna direttament lill-Malta Public Transport Services Ltd li hija kumpanija privata. Għaldaqstant din l-informazzjoni mhux disponibbli li tingħata.

Kumpanija tat-Trasport Pubbliku – nfiq fuq pagi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’nefqa kellha l-kumpanija tat-trasport pubbliku f’pagi s-sena l-oħra (2017)?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu tikkonċerna direttament lill-Malta Public Transport Services Ltd li hija kumpanija privata. Għaldaqstant din l-informazzjoni mhux disponibbli li tingħata.

Kumpanija tat-Trasport Pubbliku – nfiq fi fuel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’nefqa kellha l-kumpanija tat-trasport pubbliku fi fuel is-sena l-oħra (2017)?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu tikkonċerna direttament lill-Malta Public Transport Services Ltd li hija kumpanija privata. Għaldaqstant din l-informazzjoni mhux disponibbli li tingħata.

Kumpanija tat-Trasport Pubbliku – dħul minn bejgħ ta’ biljetti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi dħul kellha l-kumpanija tat-trasport pubbliku mill-bejgħ tal-biljetti s-sena l-oħra (2017)?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu tikkonċerna direttament lill-Malta Public Transport Services Ltd li hija kumpanija privata. Għaldaqstant din l-informazzjoni mhux disponibbli li tingħata.

Persuni li għandhom card tal-karozza tal-linja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li għandhom card tal-karozza tal-linja u li użawha għallinqas darba matul is-sena l-oħra (2017)?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sa l-aħħar ta’ Diċembru tas-sena l-oħra, kien hemm 284,883 persuni li kellhom card tal-karozza tal-linja (it-tallinja card). Minn dawn kien hemm 201,597 persuni li għamlu użu minn din il-card għallinqas darba matul l-2017.

Persuni li għandhom card tal-karozza tal-linja – ċittadinanza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm, mill-persuni li għandhom card tal-karozza tal-linja u li użawha għallinqas darba s-sena l-oħra (2017), mhumiex ċittadini Maltin?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sa l-aħħar ta’ Dicembru tas-sena l-oħra, meta persuna japplika għall-card tal-karozza tal-linja (tallijna card) dan ma kienx qed jintalab jistipula huwiex cittadin Malti jew le. Għaldaqstant, l-informazzjoni mitluba mhijiex disponibbli.

Kumpanija tat-Trasport Pubbliku – reklam għal ingaġġ ta’ sewwieqa

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-kumpanija tat-trasport pubbliku, jew kumpaniji jew individwi mqabbdin minnha, qed tirreklama biex iddaħħal 300 sewwieq mill-Pakistan kollha rġiel? Jekk dan hu l-każ, ma jħossx li dan imur kontra l-prinċipju ta' ‘equal opportunities employer’?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu tikkonċerna direttament lill-Malta Public Transport Services Ltd li hija kumpanija privata. Għaldaqstant din l-informazzjoni mhix disponibbli li tingħata.