Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx Traffic Impact Assessment qabel ma ġie deċiż li tinbena bypass f'Ħ’Attard? Jekk it-Traffic Impact Assessment sar, jista’ jpoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk ma sarx, x'inhi r-raġuni li dan ma sarx u kif il-Ministru u l-konsulenti tiegħu waslu għad-deċiżjoni li ssir bypass?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposti li ngħataw għall-mistoqsijiet parlamentari 3799 u 4394.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu vapuri fil-Freeport, sena b'sena, mill-2015 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija f’din it-tabella li ssegwi:
Sena
Numru ta’ Vapuri
2015
2,376
2016
2,502
2017
2,346
2018*sa Frar
374
Total
7,598
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali – konsulenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm/ kien hemm konsulenti jaħdmu mad-dipartimenti/entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid x'tip ta' xogħlijiet jesegwixxu dawn il-konsulenti? Jista' jagħti dettalji separatament dwar il-kuntratti u s-salarji kif ukoll il-benefiċċji provduti lilhom? Jista’ jindika jekk tali xogħol ta' konsulenza ngħatax b' direct order jew inkella bi ħruġ għall-offerta? Jekk xi konsulenzi ngħataw b' direct order, x'kienet il-ġustifikazzjoni li ngħatat biex dawn il-konsulenzi ma ħarġux b'tender?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jispeċifika il-perjodu li qed jirreferi għalih.
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali – nefqa fuq safar
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq is-safar mid-dipartimenti / entitajiet kollha li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar? Jista' jgħid fejn kienu d-destinazzjonijiet u x' kienet ir-raġuni għal kull safra? Jista' jagħti d-dettalji u jindika min kienu dawk l-uffiċjali jew impjegati li marru f'dawn id-destinazzjonijiet flimkien mal-gradi li jokkupaw?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm kienet in-nefqa minn Transport Malta fuq tabelli li saru fit-toroq sena b'sena mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid min kienu l-kuntratturi li ħadu jew esegwixxu dan ix-xogħol u kemm tħallsu ta' kull biċċa xogħol? Jista’ jgħid jekk għadx fadal kontijiet pendenti u jekk fl-affermattiv, x'inhi r-raġuni għal tali pendenzi fil-ħlasijiet?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Peress li fondi li jiffurmaw parti mill-Planning Gain jistgħu jintużaw biss mill-Kunsilli Lokali jew NGOs biex bihom isiru xogħlijiet infrastrutturali fil-lokalità, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tal-Ippjanar tkunx tista’ tgħaddi dawn il-fondi lill-persuni/entitajiet privati?
Response (BORG, IAN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li nifhmu li l-użu tat-terminu "Planning Gain" fil-fatt qed jirreferi għad "Development Planning Fund" kif kontemplat fl-artiklu 59 tal-Att 7 tat-2016.
Persuni privati u NGO's jistgħu jibbenefikaw minn dan il-fond ġala darba dan jimxi mal-kriterji stabbiliti li jidhru ukoll fuq il-websajt ta' L-Awtorita' ta' L-Ippjanar.
Awtorità tal-Ippjanar – Regularisation of CTB Concession
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il Regularisation of CTB Concession ġew sottomessi l-Awtorità tal-Ippjanar xahar b'xahar mill-2016 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm daħħlet flus l-Awtorità tal-Ippjanar minn dawn l-applikazzjonijiet?
Response (BORG, IAN)
Bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 4678, l-Awtorità tal-Ippjanar irċeviet sebgħa u erbgħin (47) applikazzjoni ta’ Regularisation of CTB Concession minn Awwissu 2016 sad-data ta’ meta nġabret din l-informazzjoni (9/3/2018). Annessa hawn tabella li tagħti l-ammont u l-valur xahar b’xahar.
Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità fuq applikazzjonijiet ta’ regolarizzazzjoni li ġew aċċettati bħala kompluti mill-istess Awtorità fejn kienu indikati bħala Regularisation of CTB Concession. Id-dħul minnn dawn l-applikazzjonijiet jitqassam b’dan il-mod: 70% għall-iskema Irrestawra Darek; 20% għall-Fond tal-Ippjanar tal-Iżvilupp u 10% biex jagħmel tajjeb għall-ispejje¿ tal-Awtorità tal-Ippjanar biex tamministra l-applikazzjonijiet ta’ regolarizzazzjoni, l-iskema Irrestawra Darek u l-Fond tal-Ippjanar tal-Iżvilupp.
Regularisation of CTB Concession
Xahar
Numru
Valur €
2016/Sep
2016/Oct
2
2,300.00
2016/Nov
4
3,750.00
2016/Dec
1
75.00
2017/Nov
5
5,250.00
2017/Jan
3
2,750.00
2017/Feb
4
4,550.00
2017/Mar
2
1,600.00
2017/Apr
2
1,800.00
2017/May
3
2,075.00
2017/Jun
2
1,325.00
2017/Jul
4
4,200.00
2017/Aug
3
6,350.00
2017/Sep
2
1,500.00
2017/Oct
2
1,500.00
2017/Dec
1
1,050.00
2018/Jan
3
4,050.00
2018/Feb
4
7,350.00
2018/Mar
Grand Total
47
51,475.00
Awtorità tal-Ippjanar – Regularisation of Development Inside Development Zone
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm il-Regularisation of Development Inside Development Zone ġew sottomessi l-Awtorità tal-Ippjanar xahar b'xahar mill-2016 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm daħħlet flus l-Awtorità tal-Ippjanar minn dawn l-applikazzjonijiet?
Response (BORG, IAN)
Bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 4679, l-Awtorità tal-Ippjanar irċeviet ħamest elef tmien mija sebgħa u disgħin (5897) applikazzjoni ta’ Regularisation of Development Inside Development Zone minn Awwissu 2016 sad-data ta’ meta nġabret din l-informazzjoni (9/3/2018). Annessa hawn tabella li tagħti l-ammont u l-valur xahar b’xahar.
Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità fuq applikazzjonijiet ta’ regolarizzazzjoni li ġew aċċettati bħala kompluti mill-istess Awtorità fejn kienu indikati bħala Regularisation of Development Inside Development Zone. Id-dħul minnn dawn l-applikazzjonijiet jitqassam b’dan il-mod: 70% għall-iskema Irrestawra Darek; 20% għall-Fond tal-Ippjanar tal-Iżvilupp u 10% biex jagħmel tajjeb għall-ispejjeż tal-Awtorità tal-Ippjanar biex tamministra l-applikazzjonijiet ta’ regolarizzazzjoni, l-iskema Irrestawra Darek u l-Fond tal-Ippjanar tal-Iżvilupp.
Regularisation of Development Inside Development Zone
Xahar
Numru
Valur €
2016/Sep
35
78,700.00
2016/Oct
158
366,450.00
2016/Nov
219
562,380.00
2016/Dec
135
360,000.00
2017/Nov
348
740,500.00
2017/Jan
232
558,490.00
2017/Feb
259
597,200.00
2017/Mar
385
820,175.00
2017/Apr
340
864,615.00
2017/May
531
1,277,627.22
2017/Jun
324
828,260.00
2017/Jul
430
961,916.84
2017/Aug
415
930,060.00
2017/Sep
378
937,000.00
2017/Oct
407
932,890.00
2017/Dec
244
481,350.00
2018/Jan
499
1,388,045.00
2018/Feb
420
948,100.00
2018/Mar
138
267,400.00
Grand Total
5897
13,901,159.06
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali – promotions
Question
Jista' l-Ministru jipprovdi d-dati ta' meta nħarġu l-promotions kif ukoll id-dati ta' meta ġew mogħtija lill-applikanti għall-interviews mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari fid-dipartimenti / entitajiet kollha li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid kemm kien in-numru ta' applikanti għal kull sejħa li ħarġet? Jista' jagħti d-dati ta' meta ngħataw il-promotions uffiċjalment lil persuni magħżula? F'dan il-perjodu, kien hemm persuni li ngħataw aktar minn promozzjoni waħda? Jekk fl-affermattiv, kemm-il promozzjoni ngħataw u kemm-il grad telgħu mill-ewwel promozzjoni li ngħataw sa l-aħħar promozzjoni li ngħataw u f'liema perjodu ta' żmien?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-domanda mressqa titlob ammont qawwi ta’ riżorsi umani u ħin, u għalhekk hija meqjusa bħala umanament impossibbli li tkun formulata. Ikun għalhekk aħjar li l-Onor. Interpellant iressaq domanda aktar speċifika bil-għan li jkun faċilitat il-ġbir tat-tagħrif, kif ukoll iż-żmien li jittieħed biex tinġabar tali informazzjoni jkun imqassar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' karozzi tat-trasport pubbliku li waqfu bi ħsarat waqt li kienu qed iwettqu l-vjaġġ tagħhom xahar b'xahar minn Jannar 2015 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid x'tip ta' ħsarat ġew irraportati?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-servizz tat-trasport pubbliku bi skeda huwa mmexxi minn kumpanija privata u għaldaqstant tali informazzjoni mhux disponibbli.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-età ta' kull vettura li tintuża fit-trasport pubbliku u jekk dawn humiex Euro V jew Euro VI?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tip ta’ karozza tal-linja operattivi, l-eta’ kif ukoll il-Euro Standard ta’ kull tip huwa hekk kif indikat fit-tabella t'hawn taħt:
Tip
Sena tal-manifattura
Euro Standard
King Long (9mt)
2011
Euro V
King Long (12mt)
2011
Euro V
Otokar (9mt)
2015
Euor VI
Otokar (12mt)
2016
2017
Euor VI
Mercedes Citaro
2006
2007
2008
Euro V
Mercedes (7mt)
2017
Euro VI
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali – kumpaniji ta’ sigurtà
Question
Jista' l-Ministru jindika kemm-il kumpanija tas-sigurtà offriet jew qed toffri s-servizzi tagħha lill-entitajiet/dipartimenti li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid x'tip ta' sigurtà ġew offruti mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jagħti tagħrif dwar min huma l-kumpaniji flimkien ma' kull nefqa involuta għal kull servizz sena b'sena?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub qiegħed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm sorġew cruise liners ġewwa l-Valletta Cruise Port fil-Valletta Waterfront xahar b'xahar mis-sena 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub jinsab fit-tabella li ssegwi;
Year
Month
No. of Cruises
2013
January
3
February
2
March
7
April
17
May
32
June
28
July
27
August
34
September
39
October
45
November
26
December
10
2014
January
9
February
6
March
7
April
33
May
28
June
24
July
21
August
22
September
39
October
53
November
34
December
9
2015
January
5
February
1
March
3
April
39
May
38
June
29
July
22
August
28
September
44
October
52
November
23
December
7
2016
January
2
February
5
March
10
April
25
May
43
June
39
July
31
August
27
September
46
October
48
November
24
December
10
2017
January
9
February
12
March
13
April
38
May
41
June
29
July
31
August
30
September
33
October
53
November
23
December
8
2018
January
6
February
5
Grand Total
1,487
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali – bini li jżommu b’titolu ta’ kera
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' bini li d-dipartimenti/entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu jżommu b’titolu ta' kera sena b'sena mill-2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jindika liema huma dawn il-binjiet, minn liema dipartiment/entitá qed jinkrew u min huma s-sidien tagħhom? Jista' jgħid kemm qed tkun in-nefqa f’kiri għal dawn il-binjiet fis-sena?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f’seduta oħra
Jista’ l-Ministru jara li tiġi introdotta venda ġdida għat-trasport pubbliku ġo l-Isptar Mater Dei biex dan is-servizz tant importanti jkun aktar organizzat u jitnaqqas il-periklu ta’ ffullar li qed jinħoloq bħalissa?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ittieħdet nota ta’ dan is-suġġeriment, liema suġġeriment ser ikun qed jiġi kkunsidrat aktar il’quddiem.
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali – transfers lil ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il transfer lil ħaddiema ħareġ mill-entitajiet/dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu, kull entità/dipartiment separatament minn Ġunju 2017 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Minn liema entità/dipartiment għal liema entità/dipartiment sar kull transfer? X’kienet ir-raġuni li sar kull wieħed minn dawn it-transfers?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali – aġenziji tal-ivvjaġġar
Question
Jista' l-Ministru jagħti l-lista ta' dawk l-aġenziji tal-ivvjaġġar li taw servizz lid-dipartimenti/entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jinkludi s-servizzi li ġew ipprovduti minn kull aġenzija flimkien mal-ammont minfuq?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji mitluba qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Trasport Pubbliku — Rapporti magħmula minn sewwieqa tat-trasport pubbliku
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' rapporti magħmula minn sewwieqa tat-trasport pubbliku fejn irrapportaw każijiet fejn huma ġew aggrediti, insultati, mhedda u anke msawta?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lil Onor. Interpellant sabiex jispeċifika il-perjodu li għalih qed jitlob din l-informazzjoni.