Legislature:
Category:
Reset
Active:

Karozzi tal-linja – passiġġieri bil-wieqfa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu permissibbli passiġġieri bil-wieqfa f'karozza tal-linja? X'parametri jistabbilixxu l-ammont massimu ta' passiġġieri li jistgħu joqogħdu bilwieqfa tul vjaġġ f'karozza tal-linja?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru permessibbli ta' passiġġieri bil-wieqfa f'karozza tal-linja jiġi determinat mis-Certificate of Conformity (COC) li jinħareg mill-manifattur tal-vetturi fuq il-linji gwida maħruga minn Direttivi tal-Unjoni Ewropea.

Is-Siġġiewi – karozza tal-linja 62 – żieda fir-rotta

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-karozza tal-linja bin-numru 62 li titlaq mis-Siġġiewi tibda tgħaddi minn Triq Eugenio Borg f'Ħaż-Żebbuġ biex taqdi n-nies tal-akkwati speċjalment in-nies ta' Triq Ħal Mula u tal-viċin peress li l-ebda karozza tal-linja ma sservi dawn l-akkwati?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ttieħdet nota ta' dan is-suġġeriment li ser ikun qed jiġi kkunsidrat.

Iż-Żurrieq – sit tal-Kunsill Lokali

Question

Peress li l-Lands iddeċidiet li ma titrasferixxix sit li fuqu l-Kunsill Lokali taż-Żurrieq kellu ppjanat li jibni Ċentru Ċiviku għal-lokalità, jista’ l-Ministru jgħid jekk identifikax sit ieħor fejn tali Ċentru Ċiviku jista’ jinbena? X'se isir/sar mis-sit fiż-żona tal-Bebbux li fuqu kien ippjanat li jsir dan iċ-Ċentru Ċiviku?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-art in kwistjoni (Ref A/115/2004), tifforma parti mir-Rationalisation Development Boundaries tat-2006. Peress li Zoning, Building Heights u Road Alignment ta’ din iż-żona għadhom mhux konklużi, l-Awtorità ta’ l-Artijiet ma tista’ tieħu ebda deċiżjonijiet finali.

Ħad-Dingli – rotta tat-trasport pubbliku numru 56

Question

Peress li r-rotta tat-trasport pubbliku bin-numru 202 li kienet titlaq minn Ħad-Dingli ġiet sostitwita bin-numru 56, u fejn qabel ir-rotta 202 kienet tgħaddi minn fejn it-Technopark fil-Mosta, jista’ l-Ministru jara li r-rotta 56 tibda tgħaddi minn fejn it-Technopark fil-Mosta kif kienet tagħmel r-rotta ta' qabilha bin-numru 202?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ttieħdet nota ta' dan is-suġġeriment li ser ikun qed jiġi kkunsidrat.
Leg 13 PQ #4748 Sitting 103 2018-04-23 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Ministeru għat-Turiżmu

Iż-Żurrieq, il-Qrendi, l-Imqabba, Ħal Safi, Ħal Kirkop, Birżebbuġa u Ħal Luqa – attrazzjoni ta’ aktar turisti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi proġetti hemm ippjanati għan-naħa t'isfel ta' Malta, b'mod speċjali fiż-Żurrieq, il-Qrendi, l-Imqabba, Ħal Safi, Ħal Kirkop, Birżebbuġa u Ħal Luqa biex jattiraw aktar turisti lejn din in-naħa ta' Malta? F'każ ta' proġetti ppjanati, kemm hu l-baġit ippjanat li jintefaq fuq kull proġett u meta hemm il-ħsieb li se jibda u jispiċċa dan ix-xogħol?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa l-Gvern qiegħed jaħdem fuq numru ta’ proġetti turistiċi fin-naħa t’isfel ta’ Malta fosthom ir-riġenerazzjonji ta’ Birżebbuġa, Marsaxlokk u Wied iŻ-Żurrieq.

Malta Public Transport – Audited Accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Audited Accounts tal-kumpanija Malta Public Transport għas-sena 2015?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li l-Malta Public Transport hija kumpanija privata din hija rikjesta mill-liġi sabiex tissottometti l-Audited Accounts lil Malta Financial Services Authority. Għaldaqstant nissuggerixxi lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għas-sit elettroniku ta' din l-Awtorità, minn fejn jista’ jikseb din l-informazzjoni. ( Korrezzjoni: Ara Dokument PL 1570 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 106, nhar it-Tnejn, 30 ta' April 2018 )

Malta Public Transport – Audited Accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Audited Accounts tal-kumpanija Malta Public Transport għas-sena 2016?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li l-Malta Public Transport hija kumpanija privata din hija rikjesta mill-liġi sabiex tissottometti l-Audited Accounts lil Malta Financial Services Authority. Għaldaqstant nissuggerixxi lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għas-sit elettroniku ta' din l-Awtorità, minn fejn jista’ jikseb din l-informazzjoni. ( Korrezzjoni: Ara Dokument PL 1571 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 106, nhar it-Tnejn, 30 ta' April 2018 )

Malta Public Transport – Audited Accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Audited Accounts tal-kumpanija Malta Public Transport għas-sena 2017?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li l-Malta Public Transport hija kumpanija privata din hija rikjesta mill-liġi sabiex tissottometti l-Audited Accounts lil Malta Financial Services Authority. Għaldaqstant nissuggerixxi lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għas-sit elettroniku ta' din l-Awtorità, minn fejn jista’ jikseb din l-informazzjoni. ( Korrezzjoni: Ara Dokument PL 1572 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 106, nhar it-Tnejn, 30 ta' April 2018 )
Leg 13 PQ #4734 Sitting 102 2018-04-18 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Ministeru għat-Turiżmu

Air Malta – rappreżentanti f’destinazzjonijiet differenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma r-rappreżentanti tal-kumpanija nazzjonali tal-ajru l-Air Malta fid-diversi destinazzjonijiet li ttir lejhom?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4733.

Ħal Balzan – Triq il-Wied – xogħljiet ta’ manutenzjoni

Question

Peress li Triq il-Wied f'Ħal Balzan hemm bżonn li jsirilha xogħol ta' manutenzjoni, jista’ l-Ministru jara li tali xogħol isir?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Transport Malta qed tahdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet, liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirrizultaw.

Karozzi tal-linja 24, 25 u 35 – l-istess venda fil-Belt

Question

Peress li l-karozzi tal-linja bin-numri 24, 25 u 35 jitilqu mill-istess venda, jista’ l-Ministru jara li fil-venda tal-Belt ikunu fejn xulxin ukoll, biex titnaqqas l-inkonvenjenza lill-pubbliku li jużaw dawn ir-rotot?

Response (BORG, IAN)

Ninsab infurmat li r-rotot 24, 25 u 35 huma kollha ppjanati li jitilqu mill-istess bay mill-Belt Valletta, jiġifieri minn Bay B4.

Ħal Safi – Triq il-Kuċċard — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jitlesta x-xogħol fuq Triq il-Kuċċard, Ħal Safi?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-bini mill-ġdid tat-triq imsemmija qed jiġi ppjanat b'kordinazzjoni mal-proġett ta' Triq ix-Xarolla fiż-Żurrieq. It-twettiq ta' dan il-proġett ser jiġi skedat hekk kif jintemm ix-xogħol fi Triq ix-Xarolla sabiex jitnaqqas l-inkonvenjent għal dawk li jużaw dawn it-toroq.

Iż-Żurrieq – Vjal ix-Xarolla — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jitlesta x-xogħol fi Vjal ix-Xarolla fiż-Żurrieq?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-triq il-ġdida issa nfetħet għall-vetturi. Fl-istess waqt, għaddej ix-xogħol sabiex tinbena mill-ġdid it-triq li qabel kienet Vjal ix-Xarolla, u li issa ser tkun triq residenzjali li tagħti aċċess aħjar, b'aktar sigurtà, lir-residenti ta' din it-triq. Ix-xogħol ta' bini mill-ġdid ta' din is-service road residenzjali qed issir b'attenzjoni sħiħa, b'kollaborazzjoni mal-awtoritajiet tal-ħarsien tal-wirt kulturali, minħabba s-sensittività arkeoloġika ta' dawn l-inħawi. Jekk ma jkunx hemm diffikultajiet jew sejbiet mhux mistennija, din il-parti tat-triq mistennija tkun inbniet mill-ġdid fis-sajf li ġej.

Iż-Żurrieq – Misraħ ir-Repubblika u Triq P P Saydon – water culverts

Question

Peress li f’Misraħ ir-Repubblika u fi Triq P. P. Saydon fiż-Żurrieq hemm problemi ta' għarar meta tagħmel ħafna xita, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ippjanat li jsiru xi tip ta' water culverts f'dawn it-toroq? Jekk fl-affermattiv, meta hemm ħsieb li jibda x-xogħol u kemm ġej jiswa tali xogħol?

Response (BORG, IAN)

Ninsab informat li d-Dipartiment tax-Xogħlijiet u l-Infrastruttura ħejja proposta biex isiru numbru ta’ culverts għall-ilma tax-xita ħalli tittaffa l-problema ta’ għargħar fit-toroq indikati. L-istima preliminari tammonta għal €500,000. Dan ix-xogħol ikun jista’ jsir ladarba jiġu pprovduti l-fondi neċessarji.

Vjaġġi tal-Karozza tal-Linja — ħinijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema ħinijiet suppost kellhom jitilqu, u f’liema ħinijiet fil-fatt telqu, il-vjaġġi tal-karozza tal-linja bin-numru 61 mill-Belt għal Ħaż-Żebbuġ is-Sibt 27 ta’ Jannar 2018 fin-nofsinhar ta’ filgħaxija?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fis-27 ta' Jannar 2018 fuq ir-rotta 61, wara nofsinhar kienu skedati li jsiru 22 vjaġġ li13 minnhom saru fil-limitu tal-ħin skedat. Kien hemm xi vjaġġi li minħabba illi kien hemm xi xufiera nieqsa ma sarux. Ninforma lill Onorevoli Interpellant li qegħdha issir pressjoni fuq l-operatur tat-trasport pubbliku sabiex fl-iqsar żmien possibbli jindirizza s-sitwazjoini li tirrigwardja lix-xufiera. Kif spjegajt fr-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari oħra fil-preżent hemm 70 persuna li qed jiġu mħarrga sabiex jibdew jaħdmu bħala xufiera. Hemm ukoll persuni oħra li huma mistennija jibdew it-taħrig tagħhom fi żmien qasir.

Bdiewa u raħħala – teknoloġija li tikkonverti demel tal-annimali f’enerġija alternattiva

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inċentivi mmirati lejn il-bdiewa u r-raħħala saru biex dawn jinvestu f'teknoloġija ġdida inkluż li tikkonverti d-demel tal-annimali f'enerġija alternattiva u rinovabbli?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Programm tal-Iżvilupp Rurali għal Malta, jidentifika ħames bżonnijiet ewlenin għal Malta u Għawdex li jridu jiġu ndirizzati permezz tal-għajnuna finanzjarja li joffri dan il-programm, fosthom “Settur sostenibbli tal-bhejjem: titjib tal-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi, fil-kompetittività u l-produttività, u fil-benesseri tal-annimali” u “l-ilma, l-iskart (waste) u l-enerġija: titjib fl-użu sostenibbli u l-iġġenerar ta’ enerġija rinovabbli”. Il-Programm jimmira li jindirizza dawn il-bżonnijiet primarjament permezz tal-Miżura 4.1 li tipprovdi għajnuna finanzjarja għal investimenti fuq l-irziezet tal-bdiewa u telenka bħala waħda mill-għanijiet tagħha investimenti f’tagħmir li jagħmel użu mill-iskart u d-demel tal-annimali u saħansitra għall-produzzjoni ta’ bijoenerġija għall-użu fuq ir-razzett. Bil-għan li r-raħħala lokali ikollhom inċentiv sabiex jinvestu f’teknoloġiji simili, il-Programm jinkludi bħala waħda mill-kriterji tal-għażla, t-titjib fl-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, biex b’hekk applikazzjonijiet għal għajnuna li jinkludu tali investimenti jingħataw punti addizzjonali taħt dan il-kriterju. Il-Programm tal-Iżvilupp Rurali jinkludi wkoll il-Miżura 16.6 li tipprovdi għajnuna finanzjarja speċifikament biex tkopri l-ispejjeż relatati mal-iffurmar ta’ koperazzjoni bejn operaturi fil-katina tal-provvista ( supply chain ) għal proġetti li jwasslu għall-provvista sostenibbli ta’ bijomassa għall-użu fil-produzzjoni tal-ikel u tal-enerġija u fi proċessi industrijali. Għaldaqstant, waħda mill-għanijiet ewlenin ta’ din il-Miżura hija li jiġu stabbiliti koperattivi jew sħubija bejn partijiet interessati diversi, li jinkludu wkoll ir-raħħala bi proġetti li jikkonċernaw il-provvista sostenibbli tal-bijomassa u t-trattament ta’ skart u demel tal-annimali għall-konverżjoni f’enerġija alternattiva u rinovabbli. Għal aktar informazzjoni dwar il-kontribut tal-Programm tal-Iżvilupp Rurali għal dan il-għan, għandha tiġi kkonsultata l-Awtorità ta’ Ġestjoni fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwuljanza, li hija l-entità responsabbli mill-implimentazzjoni ta’ dan il-Programm.

Raħħala – disponiment ta’ demel tal-annimali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min ħareġ l-ordni li raħħala jiġu miżmuma milli jiddisponu mid-demel tal-annimali li jrabbu mingħajr pre-avviż?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jgħid f'liema post ir-raħħala ġew miżmuma milli jiddisponu mid-demel tal-annimali. Sa fejn jiena infurmat ir-raħħala jaħżnu d-demel fid-demmiela sabiex fi żmien f’waqtu jkunu jistgħu jferrxuh fuq ir-raba skond ir-regolamenti dwar il governanza tal-agrikoltura.

Raħħala – mezz biex jeħilsu mid-demel tal-annimali li jrabbu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif u b'liema mezz ir-raħħala se jkunu jistgħu jeħilsu mid-demel tal-annimali li jrabbu?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-2017 twaqqfet Aġenzija għall-Governanza tal-Bio Riżorsi Agrikoli, li qegħda tistudja l-isfidi tal-immaniġjar sostenibbli tad-demel tal-annimali. Is-sitwazzjoni hija diffiċli meta wieħed jikkonsidra li Malta hija ddikjarata kollha bħala żona vulnerabbli għan-nitrati. Huwa mistenni li fil-futur qarib jista’ jkun hemm xi żviluppi. Dawn l-istudji huma mhux biss ta’ natura teknika imma wkoll ta’ natura ekonomika biex il-Gvern jassigura soluzzjonijiet sostenibbli li jimmassimizzaw il-valur tar-riżorsi fid-demel liema valur ma jgħabbix lir-raħħal bi spejjeż inutli.
Leg 13 PQ #4732 Sitting 101 2018-04-17 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Ministeru għat-Turiżmu

Air Malta – ingaġġ ta’ ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema mal-kumpanija nazzjonali tal-ajru, l-Air Malta, mill-1 ta' April 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari maqsuma xahar b'xahar? F'liema gradi ġew impjegati dawn il-ħaddiema u ta' liema sess huma? F'liema dipartimenti/entitajiet tal-kumpanija ġew ingaġġati dawn il-ħaddiema? Minn liema lokalità ġej kull impjegat?

Response (MIZZI, KONRAD)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Leg 13 PQ #4733 Sitting 101 2018-04-17 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Ministeru għat-Turiżmu

Air Malta – duty manager

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f'liema pajjiżi l-kumpanija nazzjonali l-Air Malta għandha duty manager u min huma?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Air Malta għandha mudell li tuża General Service Agents jew Regional Managers biex tmexxi l-operat fi swieq barranin f’20 pajjiż differenti.