Legislature:
Category:
Reset
Active:

Awtorità tal-Ippjanar — impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati mal-Awtorità tal-Ippjanar, f'liema grad u f'liema sezzjoni, xahar b'xahar, mill-2016 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra

Awtorità tal-Ippjanar – impjegati ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati ġodda mal-Awtorità tal-Ippjanar, xahar b'xahar, mill-2016 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant skont ma jien infurmat mill-Awtorita tal-Ippjanar, l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabelli segwenti; Planning Authority - New employees Year Jan Feb Mar April May June July Aug Sep Oct Nov Dec Total 2016 0 0 0 0 0 0 1 1 1 3 5 0 11 2017 8 4 3 1 4 2 2 1 0 1 1 1 28 2018 3 6 4 1 1 2 1 1 2 0 0 0 21 60 Planning Authority - Resignations Year Jan Feb Mar April May June July Aug Sep Oct Nov Dec Total 2016 3 3 2 2 1 1 1 1 1 5 7 2 29 2017 6 2 2 2 2 0 1 0 1 0 2 0 18 2018 0 2 0 0 1 0 0 0 3 0 0 0 6 53

Awtorità tal-Ippjanar – ħaddiema li ma għadhomx impjegati mal-Awtorità

Question

Jista’ l-Ministru jagħti n-numru ta’ ħaddiema li ma għadhomx impjegati mal-Awtorità tal-Ippjanar, xahar b'xahar, mill-2016 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant jirreferi għat-twegiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 7581 tal-istess Seduta.

Awtorità tal-Ippjanar – enforcement officers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm enforcementofficers impjegati mal-Awtorità tal-Ippjanar, sena b'sena, mill-2016 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant skont ma jien infurmat mill-Awtorita tal-Ippjanar, l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella segwenti; Year Enforcement Officers 2016 24 2017 29 2018 32

Awtorità tal-Ippjanar – użu tal-Planning Shop — dħul

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni għamlu użu mill-Planning Shop tal-Awtorità tal-Ippjanar u kemm kien id-dħul (revenue) li kellha l-Awtorità tal-Ippjanar mill-Planning Shop xahar b'xahar mill-2016 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant skont ma jien infurmat mill-Awtorita tal-Ippjanar, b’risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 7584, l-Awtorità tal-Ippjanar ma tiġborx informazjoni dwar kemm il-persuna tuża is-servizz tal-Planning Shop. Mill-bidu tal-2016 tat-30 ta' Ottubru 2018, inħarġu mill-Planning Shop irċevuti tal-valur muri fit-tabella t'hawn taħt: Xahar Ammont Jannar 2016 €70,884.55 Frar 2016 €84,120.94 Marzu 2016 €154,693.67 April 2016 €52,074.34 Mejju 2016 €49,835.33 Ġunju 2016 €44,303.70 Lulju 2016 €46,430.05 Awwissu 2016 €43,320.98 Settembru 2016 €45,115.63 Ottubru 2016 €51,508.96 Novembru 2016 €50,868.82 Diċembru 2016 €33,567.37 Jannar 2017 €51,321.23 Frar 2017 €50,517.69 Marzu 2017 €57,252.53 April 2017 €54,578.04 Mejju 2017 €65,973.67 Ġunju 2017 €50,343.55 Lulju 2017 €54,843.43 Awwissu 2017 €40,479.88 Settembru 2017 €10,616.77 Ottubru 2017 €11,657.51 Novembru 2017 €12,333.61 Diċembru 2017 €7,916.58 Jannar 2018 €12,071.10 Frar 2018 €12,180.92 Marzu 2018 €14,850.16 April 2018 €13,864.39 Mejju 2018 €15,123.49 Ġunju 2018 €11,448.76 Lulju 2018 €12,723.16 Awwissu 2018 €14,263.45 Settembru 2018 €10,123.76 Ottubru 2018 €12,667.71 Total €1,323,875.73 L-ammonti inħarġu mis-sistema tal-irċevuti tal-Awtorità tal-Ippjanar.

Awtorità tal-Ippjanar – Servizz ta’ Aerial Photo Interpretation

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li għamlu użu mis-servizz tal-aerial photo interpretation li jingħata mill-Awtorità tal-Ippjanar kif ukoll kemm kien id-dħul (revenue) minn dan is-servizz xahar b'xahar mill-2016 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant skont ma jien infurmat mill-Awtorita tal-Ippjanar li kienu 20 il-persuni li għamlu użu mis-servizz tal-aerial photo interpretation. Id-dati u d-dħul (revenue) ta’ dan is-servizz hu indikat fit-tabella segwenti. Sale Date of Photo-interpretation Documents Amount (€) 18 May 2016 116.5 24 May 2016 116.5 23 June 2016 116.5 13 July 2016 116.5 01 March 2017 233 116.5x2 09 March 2017 116.5 13 April 2017 116.5 19 June 2017 116.5 13 July 2017 116.5 24 July 2017 349.5 116.5x3 22 November 2017 116.5 20 March 2018 116.5 09 April 2018 116.5 14 May 2018 116.5 27 June 2018 116.5 09 August 2018 116.5 28 September 2018 116.5 Total 2330

Servizz pubbliku – vetturi li jaħdmu bl-elettriku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn vetturi fis-servizz pubbliku li jaħdmu bl-elettriku? Jista’ jgħid x'inhu l-persentaġġ (%) ta' vetturi li jaħdmu bl-elettriku fis-settur pubbliku?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta għandha 13-il vettura tal-elettriku li tfisser 15% tal-flotta totali ta’ TM.

Proġett ta’ Smart Parking Technology

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett tal-iSmart Parking Technology kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex?

Response (BORG, IAN)

Ninsab infurmat illi f’Diċembru tas-sena li għaddiet Transport Malta implimentat proġett pilota għal sistema ta’ ġestjoni ta’ parkeġġi li tagħmel użu minn sensuri intelliġenti fi Triq San Bastjan, il-Belt Valletta. Dan il-proġett kien jinvolvi r-riżultati li ġejjin: 1. Provvista u installazzjoni ta’ 100 sensur fi Triq San Bastjan, Valletta; 2. Provvista u installazzjoni ta’ portal li juża t-teknoloġija biex jikkomunika mas-sensuri; 3. Provvista u installazzjoni ta’ management software; u 4. Applikazzjoni għat-telefons ċellulari. Ninsab infurmat ukoll illi wara t-tlestija ta’ dan il-proġett pilota, il-Kunsill Lokali tal-Belt qiegħed fi stadju avvanzat fl-evalwazzjoni ta’ offerta pubblika biex ikun implimentat proġett akbar ta’ dan it-tip ġewwa l-Belt stess.

Road Safety Council — membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn min hu fformat ir-Road Safety Council minn meta ġie mwaqqaf sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm-il darba ltaqa’ dan il-kunsill? X'xogħol għamel tul is-snin?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li il-Malta Road Safety Council ġie mwaqqaf f’Mejju 2015 u jinkludi rappreżentanti minn dawn l-entitajiet: - Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura - Transport Malta - Intelligent Transport Systems Malta - Protezzjoni Ċivili - Malta Insurance Association - Korp tal-Pulizija - Dipartiment tas-Saħħa - Dipartiment tal-Emergenza (Mater Dei) - Dipartiment tal-Edukazzjoni - Ghaqda taċ-Ċiklisti - Kummissarju għat-Tfal - Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali - Malta Motorsport Federation - Red Cross Malta - Driving Instructors Association - Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilita’ - Għaqda Żwiemel u Kultura Dan il-Kunsill ġie mwaqqaf bil-għan li jlaqqa’ flimkien l-entitajiet u stakeholders oħra li huma b’xi mod involuti fil-qasam tat-trasport, sabiex jaħdmu għal aktar sigurta’ fit-toroq tagħna. Dan il-Kunsill qed jaħdem bis-sħiħ sabiex ikun hawn nfurzar ikbar tar-regolamenti tat-traffiku kif ukoll jaħdem biex jimplimenta l-istrateġija nazzjonali għas-sigurta’ fit-toroq. Tul dan iz-zmien il-kunsill ħoloq kuxjenza nazzjonali fejn tidħol is-sigurta fit-toroq, dawn ġew attwatti minn kampaniji fuq meżżi tax-xandir u social media. Dawn kienu jikkonsistu mill-użu tal-mobile, rispett lejn ic-ciklisti, ħarsien lejn iż-żwiemel, tagħrif bażiku kif għandek tieħu ħsieb il-mutur u rispett fuq it-triq. Il-kampanja Eyes on the Road kompliet ukoll, waqt żjarat li jsiru fl-iskejjel primarji u sekondarji. Tajjeb li ngħidu li dawn ġew estiżi anki f ħdan il-Freshers Week ġewwa l-Universita u anki fis-Sixth Form f’Malta u Għawdex. Hemm attivitajiet oħra bħal Science in the City, Quality Malta, Careers & Reseach, Teens Science Kafe fost oħrajn. Wieħed irid ukoll jirrimarka li l-membri tal-istess kunsill kienu huma li proponew miżuri ġodda t’infurzar bħal żidiet fil-penali għall-użu tal-mobile u l-introduzzjoni tas-sistema tal-punti tas-sewqan. Il-kunsill jiltaqa b’mod regolari u tiżdied il-frekwenza meta xi attivita jew proposta tkun qed tiġi ppjanata w implimentata.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali – Coordination Unit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Coordination Unit fi ħdan il-Ministeru tiegħu li fil-leġiżlatura li għaddiet kien immexxi mill-Ministru, għadux jiffunzjona jew le? Kemm-il laqgħa saret minn meta ġie ffurmat dan il-Unit, sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, sena b'sena? Minn min hu ffurmat dan il-kumitat/bord? Min imexxi dan il-kumitat?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-Traffic Management Committee f’din il- leġislatura kiber u issa hu ffurmat min rappreżentanti ta’ TM, Pulizija, rappreżentant tal-Ministeru, MTA, AKL, GRTU, LESA u MDA li flimkien jiddiskutu talbiet sabiex kemm jista’ jkun jitaffa l-piż fuq it-traffiku waqt attivitajiet ta’ ċertu portata u tibdil/għeluq ta’ toroq skond proġetti li jaffettwaw l-andament tat- traffiku. Kull każ li jitressaq quddiem dan il-kumitat jiġu mistiednin jitkellmu il-partijiet kollha nvoluti flimkien mal-Kunsill u l-Pulizija tad-distrett jekk ikun il-każ. Kull min jitlob li jattendi għal xi każ partikolari għax iħoss li għandu jkun parti jiġi mistieden. Dan il-Kumitat jiltaqa’ kull tlett ġimgħat jew b’urġenza jekk ikun il-bżonn u ilu jagħmel hekk minn mindu ġie ffurmat. Dan huwa mmexxi minn Transport Malta.

Accident Investigation Authority

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se titwaqqaf l-Accident Investigation Authority?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Ministeru jinsab f’ħidma sabiex, kif inhu mwiegħed fil-Manifest Elettorali, titwaqqaf Aġenzija li tkun responsabbli mill-investigazzjonijiet t’inċidenti fil-qasam tal-avjazzjoni, dak marittimu u dak relatat mat-trasport fit-toroq. F’dan ir-rigward, il-Ministeru qiegħed jikkonsulta mal-uffiċjali kkonċernati fi ħdan il-Ministeru għat-Turiżmu, inkluż il-Bureau of Air Accident Investigation, kif ukoll il-Marine Safety Investigation Unit fi ħdan il-Ministeru għat-Trasport, bil-għan li l-operat tagħhom iżomm il-kontinwita’ meħtieġa. Dan qiegħed isir b’mod strutturat sabiex il-perjodu ta’ tħejjija jkun wieħed li jolqot l-aspetti kollha.

Miżuri biex annimali indiġeni lokali jkunu konservati u mkattra

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'miżuri qed jittieħdu mill-Gvern biex annimali indiġeni lokali jkunu konservati u mkattra? Hemm xi programmi u/jew għajnuniet biex iħajru raħħala u bdiewa jrabbu dawn l-ispeċi indiġeni?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħala miżuri biex nissalvagwardjaw ir-razez tal-annimali indiġeni agrikoli, qed inżommu merħliet ta’ dawn l-annimali fosthom baqar, mogħoż, nagħaġ u tiġieġ fil-qasam tar-riċerka agrikola ġewwa l-Għammieri, bil-għan ta’ konservazjoni u tkattir. Barra minn hekk, id-Direttorat responsabbli qed iżomm kuntatt ma raħħala li jrabbu dawn ir-razzez sabiex jagħti pariri kif dawn ir-razzez ikunu jistgħu jibqgħu mħarsa. Il-Programm tal-Iżvilupp Rurali għal Malta 2014-2020 jinkludi miżuri li joffru għajnuna finanzjarja għat-trobbija u l-konservazzjoni ta' annimali indiġeni. L-iskemi agro-ambjent-klima 6A u 6B, li jaqgħu taħt il-Miżura 10.1 tal-Programm, huma skemi li jipprovdu għajnuna għall-integrazzjoni u ż-żamma ta' speċijiet Maltin, speċifikament it-tiġieġa sewda Maltija u l-gendus Malti. Barra minn hekk il-Programm jinkludi wkoll il-Miżura 10.2, li għadha ma ġietx imnedija mill-Awtorità ta' Ġestjoni, u li tipprovdi għajnuna finanzjarja għall-konservazzjoni, l-użu sostenibbli u l-iżvilupp ta' riżorsi ġenetiċi fl-agrikoltura. Din il-miżura tkopri l-konservazzjoni ta' riżorsi ġenetiċi tal-annimali li għandu jsir primarjament permezz tal-introduzzjoni mill-ġdid ta' speċijiet indiġeni Maltin ta' annimali li qegħdin f'riskju ta' estinzjoni.

Skalin — manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba saret manutenzjoni fuq l-iskalin madwar Malta u Għawdex, meta saret din il-manutenzjoni u f'liema lokalità sena b'sena mill-2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm ġiet tiswa l-ispiża biex saret il-manutenzjoni tal-iskalin f'kull lokalità?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru konċernat.

Sajjieda – skema għall-konservazzjoni tad-dgħajjes

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi skema li tgħin lis-sajjieda jikkonservaw id-dgħajjes tas-sajd tradizzjonali tagħhom? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid kemm kien hemm sajjieda li gawdew minn din l-iskema? Kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal din l-iskema?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lil Onor. Interpellant li fil-mument m’hemmx skema li tgħin lis-sajjieda jikkonservaw id-dgħajjes tas-sajd tradizzjonali tagħhom

Provvista ta’ ħaxix, frott, ħut u laħam – żieda fis-sigurtà

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu biex tiżdied aktar is-sigurtà tal-provvista ta' ħaxix, frott, ħut u laħam frisk u lokali?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sigurtà tal-provvista bid-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropeja ġiet indirizzata mill-Politika Agrikola Komuni (PAK), li tipprovdi għajnuniet diretti lill-bdiewa u raħħala sabiex ikunu jistgħu iwettqu attività agrikola sostenibbli u li jipproduċu, fost affarijiet oħra, ħaxix, frott u laħam. Filwaqt li bl-adozzjoni f’Malta tal-iskema ta’ pagament uniku diżakkoppjat fl-2007, l-għajnuniet diretti jipprovdu dħul finanzjarju lill-bidwi jew raħħal bla rabta mal-produzzjoni sabiex ikun jista’ jiddeċiedi hu x’tip ta’ attività għandu jwettaq, mir-Riforma tal-PAK tal-2013 il’ quddiem Malta bħala eċċezjoni f’ċertu setturi sensittivi żammet ħlasijiet volontarji akkopjati. Barra minn hekk ġew imnedija wkoll għajnuniet li jkomplu jsaħħu l-kompetitività, l-effiċjenza u l-innovazjoni fl-agrikoltura taħt il-programm tal-iżvilupp rurali 2014-2020. Rigward s-sigurtà fil-provvista ta’ ħut, f’Malta, id-Dipartiment tas-Sajd u l-Akkwakultura, timplimenta dawk il-passi kollha sabiex tinforza miżuri maqbula kemm fuq livell internazzjonali, fi ħdan l-Unjoni Ewropeja, kif ukoll fuq livell nazzjonali bil-għan li tassigura li l-istokkijiet tal-ħut jibqgħu sostenibbli. B’hekk kemm is-sajjieda tal-lum kif ukoll dawk tal-ġenerazzjonijiet li jmiss jibqgħu jsibu ħut li jista jittieħed mill-baħar filwaqt li jiġu preservati l-istess ekosistemi illi jagħmlu parti minnhom.

Childcare Centres

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-ġenituri tat-tfal li jattendu fiċ-Childcare Centres u jfallu f'każijiet ġenwini ta' mard, għadhomx jiġu ppenalizzati?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li irrispettivament mir-raġuni ta’ assenza, il-ġenituri ma jiffaċċjaw l-ebda penali jekk uliedhom ifallu milli jattendu għal 25% tal-ħin li jkunu bbukjaw. Dan ifisser li t-tfal jistgħu ifallu sa massimu ta’ tliet (3) xhur sħaħ minn sena. Infurmat li fl-ebda pajjiż fid-dinja ma teżisti sistema daqstant ġeneruża li taġevola l-ġenituri b’dan il-mod.

Il-Pitkalija — riforma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se titkompla r-riforma fil-Pitkalija kemm dik infrastrutturali (billi l-binja eżistenti tiġi mmodernizzata) kif ukoll billi jiġu introdotti sistemi ta' grading, ippakkjar u labelling biex jiġi żgurat li l-bdiewa jieħdu l-aktar prezz ġust għall-prodotti tagħhom? Jista’ jserraħ ras il-bdiewa li l-Pitkalija mhux se tgħaddi f'idejn il-privat?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern jinsab f’diskussjonijiet interni, fejn wara se jkun qed jiddiskuti din ir-riforma mal-partijiet kollha nvoluti sabiex jaċċerta li din ir-riforma tagħti l-aħjar servizz lill-bidwi u l-konsumatur.

Pitkalija – bejgħ ta’ prodotti lokali

Question

Jista’ l-Ministru jserraħ ras il-bdiewa li mill-binja tal-Pitkalija se jibqa’ jinbiegħu prodotti lokali biss?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont il-Liġi Sussidjarja 117.20 il-prodott agrikolu li jiġi mibjugħ fil-Pitkalija għandu jkun biss dak imkabbar lokalment.