Mina bejn Malta u Għawdex — Studju dwar is-saħħa u s-sigurtà waqt ix-xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarux studji dwar is-saħħa u s-sigurtà waqt ix-xogħlijiet fuq il-mina bejn Malta u Għawdex? Mir-rapporti li saru s'issa, jekk saru, ħareġ x'inċidenza ta' fatalitajiet jista’ jkun hemm waqt li jkun għaddej ix-xogħol u kif dawn jistgħu jiġu eleminati?
Response (BORG, IAN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li x-xogħol ta’ ppjanar u tħejjijiet għat-tħaffir u l-bini tal-mina bejn Malta u Għawdex ilu għaddej sentejn u nofs u qed javvanza b’ritmu mgħaġġel, iżda b’attenzjoni sħiħa sabiex niksbu l-aħjar valur għal dan l-investiment kapitali kbir.
L-istudji dwar is-saħħa u s-sigurtà waqt ix-xogħolijiet tal-mina bejn Malta u Għawdex ser isiru bħalma jsir għal kull proġett infrastrutturali infrastrutturali ieħor. Dawn l-istudji, li jinkludu wkoll risk assessments, ikunu jistgħu jiġu jitwettqu kif meħtieġ meta jkunu magħrufa aħjar il-kundizzjonijiet ġeoloġiċi kif ukoll ir-rotta tal-mina u l-metodu ta’tħaffir li jkun ser jintuża.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hawn Malta għandniex National Geological Survey nazzjonali bħala organizzazzjoni permanenti li tagħti pariri lill-Gvern dwar il-ġeoloġija tal-pajjiż? Jekk le, għaliex hawn Malta bqajna l-unika pajjiż fl-Unjoni Ewropea mingħajr dan is-servizz?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Prim Ministru jippubblika l-pre-drilling log stratigrafiku tal-bjar kollha li tħaffru fl-ibħra Maltin mit-13 ta' Marzu 2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux dawn id-dokumenti mingħand il-kumpanija/i taż-żejt li kienu se jħaffru għaż-żejt?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Id-dokument mitlub huwa ta’ natura kunfidenzjali u għalhekk ma jistax jiġi publikat. Il-Gvern jingħata kopja tad-dokumenti kollha mill-kumpaniji taż-żejt li jkollhom liċenzja fl-ibħra Maltin.
Għawdex – Bir Madonna taż-Żejt – log stratigrafiku
Question
Peress li l-bir Madonna taż-Żejt f'Għawdex kien bir stratigrafiku, u peress li fis-sena 2000 matul amministrazzjoni Nazzjonalista kien ġie ppubblikat il-log stratigrafiku tat-tħaffir, jiġifieri għal fond ta' minn 4,500 metru sa 8,000 metru, iżda l-istratigrafija tat-tħaffir li sar fiż-żmien amministrazzjoni Laburista preċedenti, jiġifieri minn wiċċ l-art sa fond ta' madwar 4,500 metru baqa’ mistur, allavolja dan huwa bir stratigrafiku, jista' jippubblika l-log stratigrafiku sħiħ għat-8km kollha ta' fond?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x'kienet il-ħidma tal-Continental Shelf Department mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab informat li parti mill-ħidma li twettqet fl-aħħar snin kienet tinkludi:
Monitoraġġ ta’ l-obbliġi kuntrattwali ta’ kumpanija li jkollhom liċenzja għat-tiftix taż-żejt fl-ibħra Maltin;
Promozzjoni ta’ opportunitajiet għat-tiftix għaż-żejt fl-ibħra Maltin waqt diversi fieri Internazzjonali;
Kuntratt mat-TGS għall-proċessar mill-ġdid ta’ informazzjoni sismika li kienet inġabret fl-ibħra Maltin;
Kuntratt għat-tifix taż-żejt (Exploration Study Agreement) ma’ Ratio Malta Limited;
Ġbir ta’ informazzjoni sismika ġdida kemm 2D minn Capricorn Malta Ltd u 3D minn Ratio Malta Ltd;
Tħaffir tal-bir Ħaġar Qim mill-kumpanija Phoenicia Energy Company Ltd u Melita Exploration Company Ltd;
Informazzjoni dwar it-tiftix għaż-żejt mill passat ġiet maqluba f’format diġitali u l-informazzjoni kollha ġiet mdaħħla f’data base;
Koordinazzjoni ta’ żjarat minn-kumpaniji taż-żejt fid-Data Room;
Emendi fil-leġiżlazzjoni: Att dwar il-Produzzjoni tal-Petroleum, Att dwar il-Blata Kontinentali; Att dwar l-Ibħra Territorjali u ż-¯ona Kontigwa;
Leġiżlazzjoni ġdida: Regolamenti dwar il-Blata Kontinentali u Regolamenti dwar Offshore Safety (Oil and Gas);
Diskussjonijijet bilaterali rigward il-Blata Kontinentali;
Servizz ta’konsultazzjoni lill diversi Dipartimenti u entitajiet tal-Gvern rigward il-Blata Kontinentali;
Dmirijiet konessi mas-Survey Ġeoloġika ta’ Malta, inkluż parteċipazzjoni fil-laqgħat tal-Euro Geo Surveys u parteċipazzjoni fi proġetti tal-Ewropa relatati bħal EMODnet 2 u EMODnet 3 u GeoERA;
Xogħol sabiex il-mappa ġeoloġika ta’ Malta tinqaleb f’format diġitali;
Ħruġ ta’ liċenzji għar-riċerka xjentifika marittima.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni impjegati mal-Continental Shelf Department, x'inhu l-grad tagħhom u x'qed jagħmlu?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab informat li b’kollox hemm hames persuni impjegati : Direttur Generali – jamministra d-Dipartiment, Principal Scientific Officer – jieħu ħsieb il-parti teknika, Executive Officer – Xogħol klerikali, Clerk – Xogħol klerikali u Messaġġiera.
Aġenzija għal Infrastruttura Malta – regolatur tal-bini ta’ toroq
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min hu r-Regolatur tal-bini mill-ġdid ta' toroq hekk kif ġiet imwaqqfa l-Aġenzija għal Infrastruttura Malta?
Response (BORG, IAN)
Ir-regolatur tas-sistemi tat-trasport f’pajjiŻna huwa Transport Malta. It-toroq huma mezz importanti tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiŻna u l-irregolar ta’ kull attività fihom tifforma parti mir-rwol regolatorju ta’ din l-awtorità. L-irwolijiet regolatorji ta’ Transport Malta u l-irwol implimentattiv ta’ Infrastructure Malta huma spjegati fid-dettal fil-Liġi dwar l-Aġenzija għal Infrastruttura Malta, li għaddiet mill-istadju tat-tielet qari fil-Parlament f’Lulju li għadda u daħlet fis-seħħ ftit ġimgħat wara.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk preżenetament hawnx kumpaniji li bħalissa għaddejjin bit-tħaffir taż-żejt fl-ibħra Maltin u f'liema stadju wasal dan it-tħaffir?
Gvern Taljan – Decreto Ministeriale — Blata kontinentali
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk wara li l-Gvern Taljan kien ħareġ Decreto Ministeriale li bih estenda l-pretenzjonijiet Taljani fuq Żona Ċ fil-Lvant tal-blata kontinentali Maltija u wara li l-Gvern Malti pprotesta bil-qawwa għal dan id-digriet, din iż-żona ġietx irritornata lura lil pajjiżna?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li l-mistoqsija tiegħu hija bbażata fuq konkluzjoni zbaljata għaliex l-Onor Interpellant jasal għall-konkluzjoni li ż-żona C fil-Lvant tal-blata kontinentali Maltija ttiehdet u ma ġietx irritornata lura lil pajjiżna, xi haga li l-Onorevoli Interpellant għandu jifhem li ma saritx.
Il-Gvern Taljan kien ħareġ id-digriet biex jestendi Żona Ċ fil-Lvant ta’ Malta f’Diċembru 2012, wara li kien ħareġ diġriet simili biex jestendi Żona G fil-Punent ta’ Malta f’Marzu 2010. Permezz ta’ dawn iż-żewġ digrieti l-Gvern Taljan estenda l-pretenzjonijiet tiegħu fuq il-blata kontinentali Taljana. L-estensjonijiet imsemmija jidħlu fuq il-pretenzjonijiet tal-blata kontinentali li Malta għandha f’dawn iż-żoni.
Meta inħarġu d-digrieti mill-Gvern Tajan, il-Gvern Malti kien ressaq Noti Verbali bil-pozizzjoni tieghu kontra. L-ebda pajjiż baqa ma irtira l-pretenzjonijiet tiegħu fuq il-blata kontinentali. Il-Gvern Malti qatt ma aċċetta l-pretenzjonijiet tal-Gvern Taljan waqt li qatt ma ċeda l-pretenzjonijiet li Malta għandha f’dawn iż-żoni.
Fl-istess ħin il-Gvern Malti baqa għaddej bid-diskussjonijiet bilaterali sabiex tinstab soluzzjoni għal din is-sitwazzjoni.
Mediterranean Oil and Gas u General Energy – liċenzji għat-tħaffir
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-kumpaniji Mediterranean Oil and Gas u General Energy, li għandhom il-liċenzja ta’ parti kbira ta’ Area 4 u kellhom iħaffru l-ewwel bir f'din iż-żona fl-ewwel kwart tal-2014, fil-fatt għamlux dan it-tħaffir? X'kien l-eżitu ta' dan it-tħaffir?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab informat li t-tħaffir li qed jagħmel riferenza għalih l-Onor Interpellant beda f’Mejju tas-sena 2014 u spiċċa f’Lulju tal-istess sena. It-tħaffir waqaf wara li laħaq il-fond kuntrattwali.
Jista’ l-Prim Ministru jippubblika r-risk assessments fejn sar tħaffir/se jkun qed isir tħaffir għaż-żejt fl-areas li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Gvern Malti?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab informat li dokumenti marbuta mal-bjar taż-żejt minn dejjem kienu meqjusa bhala kunfidenzjali u għalhekk ma jistghux ikunu ppublikati.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk preżentement hemmx xi licensing round għal min hu interessat li jħaffer għaż-żejt fl-areas li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Gvern Malti? Jekk dan il-proċess hu miftuħ, jista’ jgħid meta se jagħlaq dan il-proċess?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab informat li l-proċess ta’ liċenzjar li Malta għanda bhalissa hu wieħed ta’ ‘open door’ jiġifieri li kumpanija tista titfa’ applikazzjoni x’ħin trid għax m’hemmx data ta’ għeluq. Dan il-proċess hu maħsub taħt il-liġi tal-Unjoni Ewropea u dan il-proċess intuża matul is-snin mill-Gvern Malti.
Gvern Malti – negozjati ma’ kumpaniji barranin għat-tħaffir taż-żejt
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min imexxi n-negozjati f'isem il-Gvern Malti ma’ kumpaniji barranin li juru interess biex iħaffru għaż-żejt f'Malta? Xi kwalifiki u esperjenza għandu min qed imexxi dawn in-negozjati?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li n-negozjati jitmexxew mid-Direttur Ġenerali tal-Continental Shelf Department. Dan il-persuna, li inħatar Direttur mill-amministrazzjoni preċedenti, għandu l-esperjenza meħtieġa u beda l-karriera tiegħu f'dan il-qasam fl-1985 fl-Oil Exploration Department u ilu jaħdem f'dan is-settur ghal iktar minn 30 sena.
Awtorità tal-Ippjanar – Planning Shop – xiri ta’ aerial photos
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw aerial photos tas-snin 1957, 1967, 1978, 1988, 1998, 2008 u 2018 għal kull sena separatament, mill-Planning Shop tal-Awtorità tal-Ippjanar xahar b'xahar mill-2016 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kif ukoll x'kien id-dħul (revenue) xahar b'xahar mill-2016 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant skont ma jien infurmat mill-Awtorita tal-Ippjanar, li l-Mapping Shop ma jżommx dokumentazzjoni ta' liema sena qed jintalab ir-ritratt, jżomm biss n-numru ta' bejgh tar-ritratti.
Kemm inbiegħu ritratti u d-dħul (revenue), xahar b'xahar, mill-2016 sa Ottubru 2018 jidher fit-tabella segwenti. Nixtieq ukoll nitlob lil Onor. Interpellant jirreferi wkoll għal mistoqsijet parlamentari mwieġba b’numru 7584 u 7585 ta’ Seduta 158 u PQ 7587 tas-Seduta tal-llum.
2016
2017
2018
Month
Photos
Month
Photos
Month
Photos
Jan EUR635.20
46
Jan EUR 2241.4
162
Jan EUR 1922
139
Feb EUR 957.6
69
Feb EUR 2176
158
Feb EUR 2168.2
157
Mar EUR1715.40
124
Mar EUR 2357.6
171
Mar EUR 2431.4
176
Apr EUR2202.8
159
Apr EUR 1792.8
130
Apr EUR 2606.3
189
May EUR1552.6
112
May EUR 1911.2
138
May EUR 2109.20
153
Jun EUR1393.80
101
Jun EUR 1306.00
95
Jun EUR 2231.4
161
Jul EUR1349.8
98
Jul EUR 1528.4
110
Jul EUR 2306.9
167
Aug EUR1446.4
104
Aug EUR 1457.00
105
Aug EUR 1861.4
135
Sep EUR1432.8
103
Sep EUR 1996
144
Sep EUR 1915
139
Oct EUR1996.8
144
Oct EUR 2022.2
146
Oct EUR 2818
204
Nov EUR2026
147
Nov EUR 1666.7
120
Dec EUR 1257
91
Dec EUR 1131.2
82
Awtorità tal-Ippjanar – Land Survery Unit — talbiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il talba għal għoti ta' servizz saret lil-Land Survey Unit tal-Awtorità tal-Ippjanar u kemm kien id-dħul (revenue) xahar b'xahar mill-2016 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant skont ma jien infurmat mill-Awtorita tal-Ippjanar, li t-talba għal għoti ta’ servizz li saret lill-Land Survey Unit ta’ l-Awtorità tal-Ippjanar u kemm kien id-dħul xahar b’xahar mill-2016 hu indikat fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Nixtieq ukoll nitlob lil Onor. Interpellant jirreferi wkoll għal mistoqsijet parlamentari numru 7584 u 7585 ta’ Seduta 158 u PQ 7586 tas-Seduta tal-llum.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il-enforcement notice ħarġet l-Awtorità tal-Ippjanar, lokalità b'lokalità u xahar b'xahar mill-2016 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? , Jista’jgħid xahar b'xahar u sena b'sena, kemm minn dawn l-enforcement notice:
a. saret applikazzjoni mal-Awtorità biex jiġi sanzjonat l-iżvilupp illegali u l-applikazzjoni relatata għadha pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar;
b. saret applikazzjoni mal-Awtorità biex jiġi sanzjonat l-iżvilupp illegali u l-applikazzjoni relatata ġiet deċiża u l-permess neċessarju nħareġ;
c. saret applikazzjoni mal-Awtorità biex jiġi sanzjonat l-iżvilupp illegali u l-applikazzjoni relatata ġiet deċiża u l-permess ġie rifjutat;
d. saret applikazzjoni mal-Awtorità biex jiġi sanzjonat l-iżvilupp illegali u peress li l-applikazzjoni relatata ġiet deċiża u l-permess neċessarju ġie rifjutat, sar appell mid-deċiżjoni t-Tribunal tal-Appelli għall-Ippjanar; u
e. kemm minn dawn l-
enforcement
notices
ġew irtirati għaliex min wettaq l-illegalità ddeċieda li jneħħi din l-illegalità?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant skont ma jien infurmat mill-Awtorita tal-Ippjanar, għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 7588, qed npoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni maħruġa mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità tal-Ippjanar li juru:
i. kemm-il enforcement notice ħarġet l-Awtorità tal-Ippjanar, lokalità b'lokalità u xahar b'xahar mill-bidu tas-sena 2016 sal-31 ta' Ottubru 2018; u
ii. sena b'sena u xahar b'xahar:
a. kemm ġew validati/pubblikati applikazzjonijiet li kienu jinkludu sanzjonar ta' żvilupp illegali kopert b'Avvi¿ ta' Twettieq u Infurzar u l-applikazzjoni relatata għadha pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar;
b. kemm ġew validati/pubblikati applikazzjonijiet li kienu jinkludu sanzjonar ta' żvilupp illegali kopert b'Avviż ta' Twettieq u Infurzar u l-applikazzjoni relatata ġiet approvata;
c. kemm ġew validati/pubblikati applikazzjonijiet li kienu jinkludu sanzjonar ta' żvilupp illegali kopert b'Avviż ta' Twettieq u Infurzar u l-applikazzjoni relatata ġiet rifjutata;
d. kemm ġew validati/pubblikati applikazzjonijiet li kienu jinkludu sanzjonar ta' żvilupp illegali kopert b'Avviż ta' Twettieq u Infurzar u peress li l-applikazzjoni relatata ġiet deċiża u l-permess neċessarju ġie rifjutat, sar appell mid-deċiżjoni t-Tribunal tal-Appelli għall-Ippjanar; u
e. kemm, minn l-enforcement notices li L-Awtorità tal-Ippjanar ħarġet mill-bidu tas-sena 2016 sal-31 ta' Ottubru 2018, ġew irtirati għaliex min wettaq l-illegalità ddeċieda li jneħħi din l-illegalità.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kif inhi magħmula l-istruttura tan-National Oil Corporation? Min huma l-membri tal-bord tan-National Oil Corporation? X'inhi l-funzjoni tan-National Oil Corporation? X'inhu x-xogħol li qed twettaq din il-Korporazzjoni bħalissa?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab infurmat li l-istruttura ppjanata hi ta’ kumpanija – National Oil Company, iżda din għadha ma ġietx iffurmata minhabba li qed tigi studjata l-aħjar struttura tagħha. Il-funzjoni tal-kumpanija tkun li tħares l-interessi ta’ l-Istat fil-qasam taż-żejt u gass naturali.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid f'liema żoni u lil min inħarġu liċenzji mill-Gvern Malti għat-tħaffir taż-żejt, sena b'sena, mill-2008 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? X'area tkopri kull liċenzja u min għandu dawn il-liċenzji? Jista’ jgħid x'tip ta' kuntratt kien hemm/hemm bejn dawk li ħaffru/se jħaffru għaż-żejt u l-Gvern Malti? Min se jħallas għat-tħaffir għaż-żejt?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
It-tagħrif mitlub rigward liċenzji għat-tħaffir huwa fit-tabella hawn taht:
Sena
Kumpanija
Area/Blokki
Tip ta' Kuntratt
Min hallas
Terminat
Area (sq km)
2008
Malta Oil Pty Ltd
Area 4, Blocks 4,5,6,7
Production Sharing Contract
Malta Oil Pty Ltd
Iva
5715
Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-kumpaniji taż-żejt li bħalissa qed juru interess fit-tħaffir taż-żejt fl-areas li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni Maltija u fiex waslu d-diskussjonijiet mal-Gvern Malti? F'kull każ, jista’ jgħid meta bdew id-diskussjonijiet mal-Gvern Malti?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Waqt li ninsab informat li hemm kumpaniji li qegħdin juru interess għat-tiftix għaż-żejt, ma jaghmilx sens kummercjali li jingħata tagħrif dwar dawn il-kumpaniji qabel ma jintlaħaq ftehim.